Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/326226
Il-Ħadd 08 ta' Ġunju 2014 | illum 5 Il-karta tal-€10 se • tidħol fiċ-ċirkolazzjoni t-Tlieta 23 ta' Settem- bru 2014 Se tkun it-tieni karta • ta' flus fis-serje Europa, wara l-introduzzjoni tal-€5 ġdida li daħlet f 'Mejju 2013 Id-disinn tal-€10 • l-ġdida ġie ppubblikat fit-13 ta' Jannar 2014 fl-2004 u 2008. Għaldaqstant, fil-mappa li tidher fuq wara tal-karta issa jidhru wkoll Malta u Ċipru. Id-disinn tal-karti se jibqa' fuq l-istess stil ta' dawk oriġinali, b'kull karta tirrappreżenta stil ta' arti li tkun iddominat il-kontinent tal-Ewropa matul iż-żmien. L-istil klassiku għal €5, ir-Romanesk għal €10, u l-Gotiku fl-€20. Isegwu r-Rinaxximent (€50), il- Barokk (€100), il-ħadid u l-ħġieġ tad-19-il seklu (€200) u l-arkitettura tas-seklu għoxrin (€500). Il-PN fuq il-problema tal-obeżità f 'pajjiżna l-Partit Nazzjonalista hu impenjat bis-sħiħ li jagħti l-kontribut tiegħu biex jindirizza l-isfida tal-obeżità, u għalhekk, għada t-Tnejn l-Oppożizzjoni se tkun qed tressaq Private Member's Bill fil-Parlament bl-isem ta' Att Dwar Stil ta' Ħajja b'Saħħitha, mimlija b'punti ta' azzjoni biex l-obeżità tiġi miġġielda mill-għeruq tagħha. Il-Knisja f 'Għawdex ġabret €120,000 għall-karità annwali f 'kull parroċċa f 'Għawdex li jmorru għal skopijiet karitatevoli huma dawk ta' Jum il-Karità, li fid-Djoċesi jiġi ċċelebrat ma' Kristu Re; tal-Ġurnata Missjunarja f 'Ottubru; ta' Ħamis ix-Xirka għas- saċerdoti; tal-Obolo ta' San Pietru; u l-Ġabra għas- Seminarju Djoċesan matul l-Eżerċizzi tar-Randan. Ta' min isemmi wkoll li minn dan il-ġbir igawdu entitajiet oħra bħal kongregazzjonijiet reliġjużi li spiss jiddipendu mill- providenza tal-poplu ta' Alla, kif ukoll kampanji ta' ġenerożità bħal Puttinu Cares u l-Maratona Oħloq Tbissima. Ma jonqsux ukoll ġabriet spontanji u oħrajn ipprogrammati b'riżq id-diversi missjunarji Għawdxin li kull tant żmien iżuru l-komunitajiet parrokkjali tagħna, mnejn isibu appoġġ kbir morali u finanzjarju.