Illum previous editions

ILLUM 8 JUNE 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/326226

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Il-Ħadd 08 ta' Ġunju 2014 | illum 7 Il-ftehim tal-MRI ikopri biss 14% BILPROBLEMA ta' aktar minn 3,800 persuna jistennew għal MRI, lejn l-aħħar t'April il-gvern kien ħabbar li laħaq ftehim mal- isptarijiet privati ta' St James u Da Vinci biex isiru testijiet bla ħlas f 'dawn l-isptarijiet għal min ilu jistenna. Iżda ILLUM hi infurmata li l-ftehim se jaqdi biss lil 550 pazjent, li jfisser 14.5% biss tal-pazjenti li hemm fuq il-lista tal-istennija għal MRI. Il-ftehim li ġie ffirmat mill- gvern kien jagħmel tajjeb għal 275 MRI mingħand St James u 275 test minn Da Vinci. Skont estimi li għamlet din il-gazzetta, kollox jindika li dan il-ftehim li daħal għalih il-gvern se jiġi jiswa madwar mitt elf ewro. Oriġinarjament, Chris Fearne kien irrifjuta li jagħti dettalji dwar l-ispiża tal- ftehim peress li dawn huma kummerċjalment sensittivi. Madankollu hu kien sostna li dawn mhux se jiġu jiswew ħafna aktar minn dawk li jsiru fl-isptar Mater Dei. Hu kien indika li bħala medja, test tal-MRI jiswa bejn €150 u €190. Kelliema għas-Segretarjat Parlamentari tas-Saħħa rrifjutat milli tikkonferma dawn id-dettalji tal-ftehim. Fir-risposta tagħha għal mistoqsijiet mibgħuta minn din il-gazzetta, il-kelliema qalet biss li l-inizjattiva tuża l-aspett ta' private-public partnership biex isir użu aħjar tar-riżorsi f 'Mater Dei. "L-inizzjattiva miexja on track. Bħalissa ftit ġimgħat wara li bdiet, bdejna nsejħu pazjenti li ilhom fil-waiting list bejn sitt xhur u sena. Fl-ewwel ġimgħat sejjaħna lil dawk li kienu ilhom fuq il-waiting list għal aktar minn sena," sostniet il- kelliema. Hi ma rrispondietx jekk il- gvern hux se jirrikorri għal ftehim ieħor bħal dan, iżda tenniet il-wegħda tal-gvern li b'din is-sħubija mal-isptarijiet privati il-lista ta' stennija se tinżel minn sentejn għal tliet xhur fi żmien sena. Fiż-żmien li ġie ffirmat il-ftehim f 'April li għadda, kull min jitlob appuntament għal MRI kien jingħata appuntament fl-2016. Bil- gvern jikkunsidra dan bħala perjodu inaċċettabbli, kien ġie deċiż li t-testijiet tal-MRI fl-isptar Mater Dei jiżdiedu minn 30 MRI kuljum fl-2012, għal 55 test kuljum din is-sena. Dritt ġdid għall- persuni li jiġu arrestati ILMINISTRU għall- Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici daħħal fis-seħħ, permezz ta' avviż legali, dritt ġdid u importanti favur il-persuna li tkun arrestata fi proċeduri kriminali – id-dritt għad- disclosure. Id-dritt għad-disclosure huwa d-dritt li permezz tiegħu suspettat jew akkużat ikollu aċċess għall- informazzjoni fi proċeduri kriminali. B'dan il-mod l-akkużat jew suspettat ikun f 'pożizzjoni aħjar li jikkontesta b'mod effettiv il-leġittimità tal-arrest jew id-detenzjoni, u jkollu aċċess għal kull materjal ta' evidenza fil-pussess tal- Pulizija, kemm jekk favur jew kontra l-imsemmija persuna suspettata jew l-akkużat, jew lill-avukati tiegħu sabiex tkun salvagwardjata l-ġustizzja tal- proċedimenti u li jipprepara d-difiża tiegħu. Dan id-dritt se jippermetti persuni suspettati jew akkużati li jippreparaw d-difiża tagħhom bl-aħjar manjiera u se jwassal għal proċeduri aktar spediti u effiċjenti. YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt DOWNLOAD THE MALTATODAY APP NOW

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 JUNE 2014