Illum previous editions

ILLUM 8 JUNE 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/326226

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Il-Ħadd 08 ta' Ġunju 2014 | illum 9 Omiċidju doppju f 'Raħal Ġdid f 'Diċembru 1990 Koppja anzjana tinqatel fgata waqt serqa fl-art kiesħa. Anke jekk l-anzjani bdew jgħajtu għall-ajjut, minn barra ma seta' jinstema' xejn. Persuna li tkellimt magħha fil-jiem li għaddew u li għadha toqgħod fl- istess triq sal-lum, qaltli li tiftakar li minħabba li kien żmien il-Milied kienu qegħdin jindaqqu l-kanzunetti tal-Milied minn fuq loudspeakers fit-toroq. Barra minn hekk ħafna nies kellhom it-twieqi magħluqin minħabba l-bard ta' Diċembru u kien kważi impossibli biex tisma' lil xi ħadd jitlob l-għajnuna. Fittxew is-safe bil-flus Biż-żewġ anzjani mheddin u tterrorizzati, il-qattiela bdew iqallbu kullimkien biex isibu x'jisirqu. Huma kienu jafu li l-koppja Briffa kellha l-flus u li dawn setgħu kienu moħbijin f 'safe. Forsi li ma kinux jafu huwa fejn eżatt kien is-safe u kif kienu se jiftħuh. Il-qattiela qallbu kullimkien, iżda s-safe ma nstabx. Huma kaxkru lil Ġużeppi fis-sular ta' fuq probabbli għax ħasbu li s-safe seta' kien hemm. Ġużeppi mhux biss kien mhedded li kienu se joqtluh, iżda anke li kienu se joqtlulu lil martu. L-anzjan ma kellux għażla oħra ħlief li jċedi u jiftħilhom is-safe li kien jinsab taħt it-taraġ. Minn hemm il-ħallelin serqu madwar Lm40,000 (madwar €92,000) li 23 sena ilu kienet somma fenominali. Minn hawn il-qattiela ma kellhomx bżonn aktar l-għajnuna tal-anzjan iżda ma setgħux jitilqu u jħalluh ħaj peress li dan żgur kien se jagħrafhom u jikxifhom mal-Pulizija. Għaldaqstant rabtuh ukoll bit-tape bl- istess mod kif rabtu lil Annie u tħalla fl-art fil- kamra tas-sodda fis-sular ta' fuq. Kien evidenti li l-qattiela riedu biss il-flus għax fid-dar il-koppja Briffa kellha diversi oġġetti antiki fosthom ornamenti li kienu ta' valur. Iżda minn dan ma ntmiss xejn. Biex ma tantx jagħtu fil- għajn, il-qattiela ħarbu mill- bieb tal-persjana li hemm fi Triq it-Tarzna u mhux mill-ħanut minn fejn daħlu li jinsab fit-triq prinċipali. Il-koppja anzjana tħallew mitluqin fl-art jifgaw ftit ftit biex it-tnejn li huma mietu mewta kiefra. Sejba tal-biża' Kienet waħda mill-ġirien, ċerta Ċensina Rickett, l-ewwel ma daħlilha suspett li kien hemm xi ħaġa mhux f 'postha kien l-għada filgħodu, it-Tnejn 12 ta' Diċembru, meta għall- ħabta tas-7am innutat li l-bieb fi Triq it-Tarzna kien imbexxaq u marret tara jekk Annie kellhix bżonn xi ħaġa. Kif ittawlet rat li t-televiżjoni kien mixgħul u li kien hemm xi taqlib. Hija nnotat ukoll li fil- ħanut kien għad hemm id-dawl mixgħul, xi ħaġa li Ġużeppi Briffa tul is- snin twal li kienu ilu f 'dan in-negozju qatt ma ħalla d-dawl tal-ħanut mixgħul jew ix-shutter tal-ħadid imtella' wara li jagħlaq. B'suspett qawwi li l-koppja anzjana kien ġralhom xi ħaġa, il-mara informat lil John Briffa, wieħed minn ulied il-koppja. Peress li John ma kienx joqgħod 'il bogħod mir-residenza tal-ġenituri tiegħu, huwa wasal fi ftit minuti. Kif fetaħ il-bieb u daħal ġewwa sab ħerba sħiħa l-aktar fil-parti ta' ħdejn it-taraġ, taħt it- taraġ kif ukoll taqlib f 'kull kamra. Persuni li kienu fil-qrib jistennew biex jaraw x'seta' ġralhom l-anzjani, kif raw it-taqlib daħlu huma wkoll ma' John. Iben il-vittmi kien jaf li ommu kienet torqod isfel fuq in-naħa ta' wara tad-dar u għalhekk baqa' sejjer dritt fejn kienet ommu. Ix-xena li sab quddiemu kienet xokkanti. Ommu Annie kienet mixħuta mal- art fil-kċina marbuta minn saqajha u jdejha bit-tape kif ukoll imdawwar ma' rasha. Dawk li daħlu ma' John ħeġġewh biex joħroġ 'il barra u jinfurmaw lill- Pulizija kif ukoll lil ħutu l-oħrajn. Meta l-Pulizija waslu fuq il-post u telgħu fuq sabu l-istess xena li kien hemm isfel. Ġużeppi wkoll instab marbut bħal martu u mitluq mejjet fl-art. Fi ftit minuti bdew jaslu diversi uffiċjali għoljin tal- Pulizija kemm tad-Distrett kif ukoll mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali. Il-ġimgħa d-dieħla Fit-tieni parti ta' dan l-omiċidju, li se tidher nhar il-Ħadd li ġej, se nkomplu b'aktar informazzjoni, fosthom kif Briffa kien diġà safa vittma drabi oħra, f 'min kellhom suspetti l-Pulizija, x'ġara sentejn wara dan il-qtil fil-Bajja tal-Ġnejna, ritratt li seta' tefa' dawl fuq dan il-qtil, u evidenza li minħabba kundizzjonijiet fejn kienet qed tinżamm ma tatx riżultati mixtieqa u aktar. Appell Bħalma qed nagħmlu ma' kull storja ta' delitti mhux solvuti, qed nappellaw lil kull min jaf xi ħaġa dwar dan il-qtil biex jgħaddi kull informazzjoni lill-Pulizija billi jċempel fuq in-numri 119 jew 21224001. Pulizija tal-Forensika u tad-Distrett flimkien ma' qraba tal-koppja Briffa barra l-ħanut tal-vittmi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 JUNE 2014