Illum previous editions

illum 15 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/329967

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 15 ta' Ġunju 2014 Republic Street, Valletta next to the Courts L-aħħar xogħlijiet fuq l-isptar ġdid tal-kanċer JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt ILPROĠETT tal-isptar il-ġdid tal-onkoloġija jinsab miexi kif pjanat, jiġifieri li sal-aħħar ta' din is-sena jkun diġà fetaħ il-bibien u beda jilqa' l-ewwel pazjenti. Dan ikkonfermatu kelliema għall-Ministeru tas-Saħħa, li madankollu żiedet tgħid li ma tistax tagħti data definittiva ta' meta dan se jibda jopera. "Fil-preżent qed jinżammu b'mod regolari laqgħat tal- bord responsabbli minn dan iċ-ċentru, biex tiġi identifikata l-aħjar data ta' meta dan l-isptar jista' jilqa' l-ewwel pazjenti," qalet il- kelliema. L-isptar il-ġdid tal-kanċer inbena fuq l-għatba tal- isptar Mater Dei, b'tali mod li servizzi simili bħal dawk tal-ematoloġija jibdew ikunu offruti f 'dan l-isptar il-ġdid b'mod aktar speċjalizzat. Se jkun hemm ukoll aċċess dirett bejn iż-żewġ sptarijiet. "Ix-xogħol jinsab għaddej b'ritmu mgħaġġel u filwaqt li l-bini tlesta, bħalissa qed isir ħafna xogħol ieħor neċessarju biex l-isptar ikun jista' jiffunzjona," ssuktat tgħid il- kelliema. L-isptar il-ġdid tal- onkoloġija se jkun qed jieħu post l-isptar Pawlu Boffa fil-Floriana. Ikkumparat mal- isptar Boffa, l-isptar il-ġdid se jkollu 82 sodda residenzjali għal kura speċjalizzata, 55 sodda aktar minn Boffa. Iċ- ċentru tal-onkoloġija se jkollu wkoll 31 sodda oħra għal kura ta' kuljum. Dwar il-proċess ta' tranżizzjoni bejn it-tmiem tal-isptar Boffa u t-twelid taċ-ċentru l-ġdid, il-kelliema qalet li l-prijorità se tkun il- pazjent. "Il-pjan ta' tranżizzjoni huwa bbażat fuq konsiderazzjonijiet għall- bżonnijiet tal-pazjent u biex bl-ebda mod ma tkun affetwata l-kura li tingħata lill-pazjent." Inizzjalment il-proġett intlaqa' b'xettiċiżmu mill- professjonisti u l-infermiera minħabba n-nuqqas ta' parkeġġ, tant hu hekk li l-MUMN kienet ordnat li jekk il-problema ma tissolvix, l-infermiera ma kinux se jiċċaqalqu mill-isptar Boffa. Iżda l-kelliema sostniet li wara diskussjonijiet ġie maqbul li kemm l-infermiera kif ukoll il-pazjenti se jkollhom spazju adekwat għall-parkeġġ. Il-proġett kien stmat li jiġi jiswa ftit inqas minn 55 miljun ewro, b'44 miljun minnhom ikunu mħallsa minn fondi Ewropej. KAV JOE M ATTARD ILLUM infakkru 'Jum il- Missier'. Bħalma tajna ġieħ lil Omm matul ix-xahar ta' Mejju, xieraq illi issa nagħmlu l-istess ma' waħda miż-żewġ kolonni li fuqhom tistrieħ il-familja. Il-għaliex jekk fi ħdan l-Omm jinġabru l-ulied bħalma l-qroqqa ddur b'uliedha, il-Missier huwa t-tmun li b'għaqal irid ireġi l-bastiment qalb il-ħalel u l-mewġ tal-ħajja sa ma jwasslu hieni fil-port. Bħall-Omm, il-missier jeħtieġlu jagħmel għadd ta' sagrifiċċji biex jara li fil- familja ma jkun jonqos xejn, u għalkemm ħafna drabi jkun barra fuq ix-xogħol, ħsiebu xorta waħda jkun id-dar, meta b'mod speċjali warajh ikun ħalla lil xi ħadd ma jiflaħx, mhux f 'sikktu kif imiss. Il-ħajja fuq ix-xogħol mhux dejjem ward u żahar; mhux darba u tnejn il-missier ikollu jishar biex jara jġibx xi ħaġa iktar id-dar biex ikun jista' jlaħħaq ix-xlief. Drabi oħra jkollu saħansitra jħalli art twelidu biex jaqla' l-ħobża ta' kuljum u jkun jista' jeduka lil uliedu. Fi ftit kliem, huwa tassew floku li f 'din il-għodwa niftakru fil-missier li tant jagħmel biex iġib 'il quddiem lill-familja. Irridu niftakru wkoll f 'dawk il-missirijiet anzjani li llum forsi qegħdin f 'xi qiegħ ta' sodda nkella f 'xi dar tax- xjuħ. Dawn forsi jeħtieġu l-attenzjoni tagħna iktar minn dawk li għadhom xi ftit fiż- żmien. Kemm tagħmlilhom tajjeb xi kelma ta' faraġ, ta' kuraġġ biex ma jħossuhomx maqtugħin mid-dinja ta' barra! Għalkemm imdaħħla sew fiż-żmien u fiżikament ftit li xejn fadlilhom x'joffru, xorta waħda m'għandniex ninsewhom; għal kuntrarju wieħed għandu jiżen il-pariri siewja tagħhom. Il-qawl jgħid: staqsi lill-imġarrab! Bla dubju lanqas irridu ninsew lil dawk il-missirijiet li m'għadhomx magħna u li llum jinsabu taħt l-irħama kiesħa tal-qabar. Din hi l-festa tagħhom ukoll u għalhekk ninsabu fid-dmir li mmorru nżuruhom aħna la darba ma jistgħux jiġu huma. Bukkett fjuri flimken ma' xi talba fuq qabarhom kemm japprezzawha! Ilkoll jeħtieġu t-talb tagħna; ilkoll jistħoqqilhom il-ħsieb u l-attenzjoni tagħna. Li għamlu għalina ma għamlu ħadd u għalhekk dan ma rridux ninsewh! Il-proġett fuq l-għatba ta' Mater Dei mistenni jiswa €55 miljun Il-proġett kif inhu maħsub li jkun meta jitlesta Jum il-Missier

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 June 2014