Illum previous editions

illum 22 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/333854

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 39

Il-Ħadd 22 ta' Ġunju 2014 | illum 23 ma' Rita Camilleri Rita Camilleri - omm, mara tad-dar u ħaddiema b'passjoni kbira għall-palk. Hi persuna b'karattru ferrieħi li jaf ukoll jidħol s-skiet u s-silenzju f 'dawk il-mumenti ta' dieqa jew niket. Imwielda taħt l-istilla Akwarjus, għamlet żmien tirrakkonta l-oroskopju taħt l-isem ta' Madam Von Berqa. FREDERICK ATTARD fattard@mediatoday.com.mt Int twelidt fis-sittinijiet hux hekk? Iva, jien twelidt fis-17 ta' Frar u dejjem nisma' lill-ommi tgħid li jien twelidt ġimgħa wara ċ-ċentinarju ta' San Pawl! Jien il-kbira fost ħamsa, qegħdin żewġt ibniet u tliet subien. Imma jien ta' ħdax-il xahar mort noqgħod m'oħt ommi sakemm ommi kellha lill-oħti u bqajt hemm. Kif tiddeskrivi tfulitek? Ferħana u mimlija mħabba mingħand kulħadd! Peress li jien trabbejt maz-zijiet li ma kellhomx tfal kont imfissda u konna noqogħdu ħdejn in-nanna u kien għad hemm ħafna miz-zijiet għadhom id-dar allura daqqa mmur x'imkien ma' wieħed u daqqa mal-oħra – dejjem niġri ma' xi ħadd minnhom, u anki l-ġirien kienu jfissduni ħafna. Qatt ma ċċaqlaqt minn tas- Sliema… L-aktar 'il bogħod li mort, is-Swieqi, u malajr ġejt lura tas- Sliema imma... Meta żżewwiġt morna San Ġiljan imbagħad morna s-Swieqi, imma tas- Sliema dejjem baqgħet f 'qalbi u konna xxurtjati li sibna dar f 'tas-Sliema, mhux in-naħa ta' fejn trabbejt għax meta kont żgħira (ilu ħafna) kont noqgħod in-naħa tax-xatt. X'ħajrek għall-palk? Kien Father H Born. Niftakar kelli xi erba' snin, u kellhom bżonn tifla żgħira biex tkun mitluqa fuq is-sodda fl-aħħar xena, jekk m'iniex sejra żball kelli mmut! U Fr Born staqsa liz-zijiet biex ngħamilha jien, u biex għidt iva kienu xtrawli ġelat! Li niftakar żgur li kont qiegħda fuq dan is-sufan u t-tabib qed jinvistani u hekk kif qallhom li jien mejta u kienet se tingħalaq il-purtiera jien qomt niġri għax kelli bżonn immur it-toilet! U hekk bdiet l-imħabba lejn il-palk. Liema kienu l-aktar karattri diffiċli li interpretajt? Naħseb kien ta' Kate Keller f 'All My Sons ta' Arthur Miller. Il-karattru kien kompless ħafna, min jaf il-kitbiet ta' Arthur Miller jaf kemm huma komplessi l-karattri tiegħu. Ħdimt ma' diversi atturi magħrufa, hemm xi ħadd minnhom li jispikka iżjed minn oħrajn u għaliex? Din diffiċli għax għalija kollha jispikkaw imma naħseb l-aktar kien il-mibki Lino Grech. Lino kien jinbidel quddiem għajnejk. Tgħallimt ħafna wkoll mingħand Mario Micallef. Kelli x-xorti li nirreċta ma' Mario u niġi diretta minnu f 'Novembru li għadda meta għamilna "Meta Morna tal-Mellieħa" fit-Teatru Manoel f 'għeluq l-għoxrin sena mill-mewt ta' Francis Ebejer. Apparti palk, ħdimt anke films hux hekk? Iva bħala film kont ħdimt "Sandra" ma' Elio Lombardi u milli jidher għadu popolari sal- lum avolja nħadem xi 24 sena ilu. Kelli x-xorti wkoll nieħu sehem f 'diversi serje televiżivi. L-ewwel wieħed tiegħi kien ma' Eileen Montesin fis-serje "Undercover" u niftakar li kont ninħasad meta kienu jsellmuli ħafna nies li jien ma kontx naf, imbagħad fl-aħħar bdejt nintebah li dawn għax jarawni fuq it-televixin! Qatt kellek xi mument ta' blackout u nsejt il-kliem li kellek tgħid? Le! Allaħares, imma nsomma issa qed nikber fl-età jiġifieri nistenniha xi ħaġa hekk! Dik hija l-aktar ħaġa tal-biża' għal kull attur, dik insejħula "dry". Trid tipprova timprovizza – tivvinta xi ħaġa biex timla u fil- verità, dak il-ħin, ftit sekondi jinħassu ħafna. X'inhu dak li jgħamlek kuntenta fil-ħajja? Il-palk! Ovvja! U l-familja speċjalment meta niltaqgħu l-aħwa kollha bin-nisa u l-irġiel u n-neputijiet u nagħmlu storbju sħiħ. Peress li jien ma trabbejtx ma' ħuti, avolja meta kont żgħira fil-weekends kont immur għand il-ġenituri tiegħi, inħoss ħafna n-nuqqas tagħhom, tlift ħafna mill- praspar tagħhom, allura meta nagħmlu xi picnic jew BBQ jew fl-ikla tal-Milied inkun fil- ġenna tal-art. Tħobb is-sajf u l-baħar… Ħafna, issa daqt nibdew bin- nofstanhari u nofs siegħa wara li nispiċċa nkun ġa qiegħda fuq il-blat ta' Exiles! Jien dejjem trabbejt fejn il-baħar u niftakar meta konna żgħar filgħodu konna ngħumu 'it-taraġ it-twil' jew 'il-galletta', min hu midħla tax-xatt jaf x'jiena ngħid! Il-qawl Malti favorit tiegħek? Rajt ma rajtx, smajt ma smajtx – dak qawl hux? Nifakar iz-ziju li rabbieni dejjem kien jikkoreġini bil-qwiel, daqqa bil-Malti u daqqa bl-Ingliż. Il-flus għandhom il-ġwienaħ huwa qawl ieħor favorit tiegħi għax għandu jkun il-flus vera għandhom il-ġwienaħ! Ħames Minuti L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 400 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew email illum@mediatoday.com.mt Ittri Gvern li ma jismax il-vuċi ta' kulħadd! DAREN DECELIS ĦADDINGLI ILKWIET, il-paċi u s-serenità li konna qegħdin ngħixu fihom aħna l-familji li noqogħdu fi Triq il-Knisja Ħad-Dingli, dan l-aħħar spiċċaw fix-xejn, wara li xi ħadd fil-Kunsill Lokali ta' Ħad-Dingli stess, għoġbu jilqa' lment ta' xi ħadd ieħor li mhux residenti fl-istess triq, sabiex titwaħħal "road hump" b'detriment għalina r-residenti. U dan minħabba l-istorbju kontinwu minn kull vettura li tgħaddi. Kienu kollha għalxejn l-ilmenti u l-protesti li tressqu għall-attenzjoni tal-Kunsill Lokali mir-residenti. Għax flok mal-Kunsill Lokali kien ta' tarka għall familji li jgħixu f 'din it- triq, sabiex ma jħallix din l-inkonvenjenza ssir, injorahom u rrombla minn fuqhom. Tant li qalilhom li jekk iridu jipprotestaw, jagħmlu dan ma' Transport Malta. Fid-dawl ta' dan kollu, tajjeb illi min hu kkonċernat jagħmel l-istudju li sar, sabiex saret din ir-"road hump" wieħed pubbliku. Wara kollox ftit aktar minn sena ilu aħna ġejna mwiegħda bi Gvern li jisma' lil kulħadd, u mhux li xi wħud ikunu preġudikati għax il-vuċi tagħhom hija waħda baxxa. Biex intejbu l-ħajja tal-istudenti JOSEPHINE GATT CIANCIO KALKARA ĦAFNA jitkellmu dwar il-bullying fl-iskejjel iżda huma ftit li jgħidu x'jikkawżah. Ġieli l-bullying jiġri għax it-tfal jgħiru għal dak jew dik l-istudent/a li tiġi mfaħħra mill-għalliem/a. Ċerti għalliema jaqbdu ma' xi student/a u joqogħdu jfaħħruha quddiem il-klassi kollha. L-istudenti l-oħra jgħiru u jkun hemm minnhom min jasal biex isawwat jew jgħajjar lil dak jew dik l-istudent/a. X'jista' jsir? Jew l-għalliem ma jfaħħar lil ħadd, ħaġa li jien ma naqbilx magħha, jew inkella l-għalliem isib xi ħaġa tajba f 'kulħadd anke jekk tasal li tfaħħar żarbun illustrat ta' student/a. Hekk kulħadd iħossu li għandu xi kwalità speċjali u ma jgħirx għall-oħrajn. Fid-dinja kulħadd iħoss il-bżonn li jispikka u jekk bniedem ma jirnexxilux jispikka fit-tajjeb ħafna drabi jispikka billi jagħmel il-ħażin. Ħaġa oħra, l-iskola għandha tagħmel l-almu tagħha biex toħloq komunitajiet ta' studenti. Hekk għandhom jinħolqu gruppi ta' interess komuni. Hekk ikun hemm grupp ta' ġbir tal-bolli, grupp tal-fotografija eċċ. Dawn il-gruppi għandhom, jitmexxew minn youth workers li joħorġu l-grupp inkwistjoni fil-ħin ħieles tal- istudenti bħas-Sibt u l-Ħadd. Hekk l-istudenti jidraw jiddevertu flimkien u hekk jonqsu l-perikli ta' drogi eċċ għax il-grupp ikollu interessi komuni. L-aħjar li l-youth workers ikunu koppji u mhux individwi biex jonqos iċ-ċans ta' abbuż. Hemm bżonn li ż-żgħażagħ jissoċjalizzaw bejniethom taħt il-kontroll tal-youth leaders u mhux inħallu ż-żgħażagħ jgħaffġu għal rashom.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 June 2014