Illum previous editions

illum 29 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/337889

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

12 illum | Il-Ħadd 29 ta' Ġunju 2014 It-Teatru Astra – il-benniena ta' Joseph Calleja Għawdex: Int djamant Jean Pierre Cassar jpcassar@mediatoday.com.mt KIF naraw kull ġimgħa f 'din is-sezzjoni tal-gazzetta, Għawdex hu djamant mogħni b'rikezzi f 'kull rokna. Illum il-ġurnata qed naraw li Għawdex qed ukoll jilħaq il-milja tiegħu hekk kif qed jara żieda kontinwa fl-ammont ta' turisti li jżuruh matul is-sena. Din il-ġimgħa dħalna fit- Teatru Astra, teatru li jinsab fi Triq ir-Repubblika, jew kif inhi tradizzjonalment magħrufa, Triq it-Tiġrija, fil-belt kapitali Għawdxija, ir- Rabat. Dan it-teatru jifforma parti minn organizzazzjoni mużikali ferm akbar, is- Soċjetà Filarmonika La Stella. Ġie inawgurat f 'Jannar tal-1968 u matul dawn l-aħħar 46 sena tella' diversi produzzjonijiet u għandu storja mill-isbaħ. Illum se nagħtu ħarsa ħafifa lejn dak li seħħ tul l-istorja tal-Astra. Tul dawn is-snin, it-teatru laqa' fih artisti ta' kalibru kbir, fosthom Raffaella Carrà, Goggi Sisters, Al Bano u Romina Power. Iżda dan it-teatru qatt ma ffoka biss li jkollu t-talent barrani, anzi kien minn ta' quddiem sabiex iħeġġeġ, jippromwovi u jinkoraġixxi t-talent lokali. Bi kburija liema bħala t-Teatru Astra jiftaħar li t-tenur ċelebri Malti, Joseph Calleja, li bħalissa qed jikseb fama liema bħala mal- erbat irjieħ tad-dinja, beda l-karriera tiegħu propju f 'dan il-bini, fl-opra Macbeth, fl-1997. Imbagħad reġa' ħa sehem fl-2005 f 'La Bohème u fl-2007 fi produzzjoni oħra ta' Macbeth. Iżda Calleja ma kienx l-unika stilla Maltija li beda l-karriera tiegħu fl-Astra. Is- sopran Miriam Cauchi wkoll u ħadet sehem f 'diversi opri, l-aktar waħda riċenti kienet Otello fl-2013. It-Teatru Astra tella' wkoll produzzjonijiet klassiċi u operetti għal dawk dilettanti ta' din l-arti fosthom Geisha, Merry Widow u The Great Waltz. Diversi xogħlijiet letterarji kbar li jinkludu Shakespeare, Feydeau u Molière. Fl-1978 it-Teatru Astra għamel qabża kbira fil-kwalità tal-produzzjonijiet tiegħu, għaliex tella' għall-ewwel darba l-ogħla produzzjoni teatrali: l-opra lirika. L-opra ta' Giuseppe Verdi, Rigoletto, kienet l-ewwel waħda minn lista twila ta' produzzjonijiet ta' din ix-xorta. Imbagħad segwew Il Barbiere di Siviglia, Aida, Lucia di Lamermoor, L'Elisir d'Amore, La Traviata, La Forza del Destino, Il Trovatore, Macbeth, La Gioconda, Madama Butterfly, Un Ballo in Maschera, Otello, Tosca u La Bohème. Iżda nhar it-8 ta' Novembru 2003 l-istorja tat-teatru ħadet żvolta oħra. It-Teatru Astra sofra minn ħruq kbir li s'issa ħadd ma jaf x'kienet It-Teatru Astra, il-mimmi t'għajnejn il-partitarji tas-Soċjetà Filarmonika La Stella Joseph Calleja beda l-karriera tiegħu waqt Macbeth Fatti fil-qosor dwar it-Teatru Astra Jesa' 1,200 persuna • Inawgurat fl-1968 • Ħa n-nar fl-2003 • Reġa' nfetaħ fl-2005 • Kien il-post fejn Joseph • Calleja beda l-karriera tiegħu f 'Macbeth

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 June 2014