Illum previous editions

illum 29 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/337889

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 29 ta' Ġunju 2014 | illum 13 It-Teatru Astra – il-benniena ta' Joseph Calleja Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mowbajl. Ibgħat lil poodle@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ … Zammit Lewis u yes minister Kemm iħobb jippoża Zammit Lewis, u kemm jieħu pjaċir li meta jasal bil-karozza jkun ix-xufier li joħroġ u jiftaħlu l-bieb. Hekk għandu jkun, ministru għandu jkun rispettat u x-xufier għandu jkun bħalma suppost ikun: tapit. Iva tapit, għax iriduhom. Apparti hekk irrid ngħid li veru qed nieħu pjaċir li t-turiżmu sejjer tajjeb. Imma frankament ikolli ngħid li naħsibx li dan dovut għal moħħ ta' Zammit Lewis, u lanqas għal dak il-bravu Gavin Gulia jew għal dak l-għaref ta' Salamun, Formosa Gauci. Bejnietna naħseb li kollox qed jiġri għax l-Ewropa ħarġet mir-riċessjoni, bl-inkwiet fl-Eġittu u fis-Sirja aħna dejjem immorru tajjeb. Bundy, O Bundy Mela kont qed nara t-televixin, u smajt lil Peppi Azzopardi waqt Xarabank li wara li reġa' għamel programm biex jerġa' għal ma nafx kemm-il darba jiġbor il-flus, qal li qed jieħu pjaċir li John Bundy qiegħed hawn minkejja li ommu qiegħda l-isptar. Jaħasra. Verament nobbli imma mbagħad mort niċċekkja u sibt li omm Bundy mhux veru kienet l-isptar. Imbagħad ftakart li Bundy mhux giddieb, mhux jimmaġina, huwa sempliċiment viżjonarju, li sar jemmen il-gideb tiegħu. Rikkardu, Rikkardu Rajtu tafux il-qorti! Dak l-għażiż tiegħi Rikkardu Kaka Caruana. U ftakart fih għax Dalli, iva Dalli John qal fil-qorti li meta Gonzi kien offrielu li joqgħod kummissarju qal, wara Rikkardu, (dak li jħobb jitħabbeb ma' Karol Aquilina u l-preżentattriċi fil-PBS), kien qallu li Cachia Caruana kien issuġerrixxa li hu, (Dalli) ikun kummissarju. Ajma, nista' nimmaġinaha din. U li nista' nimmaġina li Rikkardu li ftakru qatt ma jħobb juri idejh għandu u qatt għandu interess fil-post ta' Kummissarju. Tant li dan l-aħħar, waqt li kien qed jonħor bil-lejl tah ħmar il-lejl u beda jgħid: "Nistenna għaxar snin u meta nerġgħu nitilgħu nsir kummissarju. U bħala chief of staff nagħmel DEFFFFFNI Brrrr." Imbagħad raqad u reġa' beda jonħor. Brrrrrrrrrr!! Emminha jekk int għaġeb. Ferħanin għal Juncker Kulħadd ferħan li Juncker laħaq minflok Barroso dak il-qasir Portugiż. Anki Muscat, ara vera ma jafux kemm se jtellef aktar nies milli jkomplu jitilfu interess fl-Ewropa. Imma Muscat bħal kumplament tas-soċjalisti għażel li jgħid iva għal Juncker, persuna li żgur mhux se jagħmel differenzi kbar u se jġiegħel aktar nies jew li ma jivvutawx jew inkella jivvutaw għal xi miġnun bħal Le Pen… u le Lowell miġnun. Anzi għal xi bravu bħal Lowell. Franku Debono Kemm sar importanti Franku Debono maġenb Owen Bonnici l-ministru ta' għajnejh sbieħ u mhux f 'wiċċu, b'dak il-ġlekk griż waqt il-preżentazzjoni tal-liġi dwar il-finanzjament tal-partiti. Kapulavur liema bħalu li se jirregola l-partiti biex jivvintaw metodi oħra kif idaħħlu l-flus. Għax il-bravu Debono, dilettant tal-kanarini u l-pitazzi tal- Form 2, ma ħasibx li jissuġerrixxi li l-partiti jirċievu għajnuna finanzjarja mill-Gvern bħalma jiġri barra minn Malta. Għax suġġeriment bħal dan ma jaqblux miegħu l-kbarat. Li naf jien hu, li mingħajr flus la tgħannaq u lanqas tbus u ċerti fondi mhux se jidħlu, jekk se jkunu jidhru. U wara dawn il-kliem tad-deheb, ngħidu flimkien Ole, Ole! Inspire ma jispirawx Ħabib jew aħjar ammiratur bagħatli dan ir-ritratt ħdejn ir-razzett tal- ħbiberija fi Marsascala. Bil-pulit ngħidilkom 'clear up, clear up.' eżatt il-kawża tiegħu. Dan il-ħruq estensiv ġab fix-xejn il-palk, il-pitt tal-orkerstra u ħafna aċċessorji li kien hemm fuq palk peress li ftit jiem qabel kien hemm il-produzzjoni Otello ta' Giuseppe Verdi. Anke xi karti tal-mużika spiċċaw inħarqu! Fortunatament f 'dan l-inċident ma weġġa' ħadd iżda l-bini kellu jieħu sura ġdida. Oriġinarjament it-teatru kien mibni fuq pjanta tal-Perit Joseph Micallef iżda d-disinn l-ġdid tħalla f 'idejn l-espert Peter Howitt, li ta dehra klassika lit-Teatru Astra. Ix-xogħol ta' restawr ħa inqas minn sentejn. Kienet għażla kuraġġuża li f 'Ottubru li għadda t-tmexxija tat-teatru reġgħet għażlet li ttella' Otello, sewwasew għaxar snin wara l-ġrajja sfortunata tal-ħruq. Wara s-suċċess tal-opra La Bohème f 'Ottubru 2005, li reġgħet inawgurat mill-ġdid it-Teatru Astra, ġiet kompluta t-tieni fażi ta' restawr. Fis-sena 2006 fit-Teatru Astra ttellgħu tliet opri f 'serata waħda – Suor Angelica, Cavalleria Rusticana u Pagliacci, bħala parti minn Festival Mediterranea. It-Teatru Astra huwa mmexxi minn voluntiera. Ħadd minn dawk il-ħafna nies li huma involuti ma jitħallas tax-xogħol li jagħmel u li kieku ma jkunx għad-dedikazzjoni ta' dawn in-nies ma jkunux jistgħu jsiru produzzjonijiet ta' din ix-xorta. Ħafna teatri kummerċjali madwar id- dinja għandhom diffikultajiet finanzjari kbar u mhux eskluż li fis-snin li ġejjin xi wħud minnhom ikollhom jgħalqu. It-Teatru Astra, bl-għajnuna tal-voluntiera, diversi sponsors u l-gvern għadu jagħti servizz lil dawk kollha li jħobbu l-opra lirika jew kull forma ta' attività teatrali. It-teatru jesa' madwar 1,200 u huwa l-mimmi ta' għajnejn il-partitarji tas- Soċjetà Filarmonika La Stella li flimkien mal-Banda fi ħdanha, il-Banda La Stella, u l-festa ta' San Ġorġ, jiffurma t-tliet pilastri ta' ħidma tas- Soċjetà. U l-ħidma bla heda għadha u tibqa' għaddejja f 'dan it-teatru fil-qalba tal- kapitali Għawdxija. Bħalissa għaddejjin it-tħejjijiet għall- opra Nabucco ta' Giuseppe Verdi li se tittella' nhar il-Ħamis 23 t'Ottubru u s-Sibt 25 t'Ottubru 2014. Għal aktar dettalji dwar it-Teatru Astra u l-attivitajiet prinċipali tiegħu wieħed jista' jidħol fuq is-siti elettroniċi www.mediterranea. com.mt jew www.lastella.com. mt. Zammit Lewis that sexy boy John Bundy mhux giddieb iżda viżjonarju RCC lest isir kummissarju 10 snin oħra Muscat iħobb il-Junkie Inspire, Clear up! Il-kbir Franku Debono

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 June 2014