Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/337889
24 illum | Ħadd 29 ta' Ġunju 2014 Kummercjali L-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni tgħin lil min hu fil-bżonn PERMEZZ tal-parteċipazzjoni sħiħa tal-impjegati li ġabru somma flus, filwaqt li numru ieħor taw ukoll sehemhom waqt il-maratona ta' 60 siegħa ta' futbol u volleyball organizzata minn Puttinu Cares bejn is-6 u t-8 ta' Ġunju, l-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA), irnexxielha tagħti donazzjoni ta' €950 sabiex tgħin f 'din il- kawża ġusta. "L-MCA tikkollabora regolarment ma' diversi entitajiet bħala parti mill- programm kostitwit ta' responsabbiltà soċjali," spjegat Sharon Scerri, Koordinatriċi Eżekuttiva. "Din id-darba, it-tim formidabbli tagħna magħmul minn individwi professjonali, ngħaqad flimkien sabiex jgħin lil Puttinu Cares fil-ħolma tagħha li tiġbor biżżejjed fondi ħalli b'hekk hi tkun tista' tħallas l-akkomodazzjoni lill-pazjenti kollha li jkollhom bżonn isiefru għat-trattamenti neċessarji." Din l-azzjoni timxi mal- istatut tal-MCA li jimmira li jiffaċilita l-iżvilupp tal-ambjent li jwassal għall-investiment, għall- innovazzjoni u għat-tkabbir kontinwu soċjali u ekonomiku. Impjegati ta' BOV jiltaqgħu ma' Anthony Mahoney Heritage Malta se tbaħħar lejn Filfla OPPORTUNITÀ unika għal grupp ta' impjegati tal-BOV u l-familji tagħhom sabiex jiltaqgħu mal-artist Anthony Mahoney li preżentament għandu x-xogħlijiet tiegħu esebiti fl-uffiċċji ġenerali tal-BOV f 'Santa Venera bħala parti mill-Esebizzjoni Retrospettiva tal-Arti tal- BOV għal din is-sena. L-impjegata Caroline Sammut qalet "Kont mistgħaġba bl-effetti lixxi u ħfief li joħloq permezz tal-palette knife, għodda magħrufa li tipproduċi sensazzjonijiet partikolari meta tmiss ix-xogħol. Il- kuluri li ntużaw ikomplu joħolqu enfasi fuq il-burdata anġelika, ċelestjali f 'ħafna mix-xogħlijiet, li fihom it- temi tar-rebbiegħa, it-twelid mill-ġdid u Kristu." Impjegat ieħor Mario Lentini qal "Din kienet esperjenza interessanti ħafna. Il-passjoni ta' Anthony Mahoney għall-arti hija emottiva ħafna… iħalli lilu nnifsu jidħol f 'dinja immaġinattiva mmexxija mill-Mulej… Alla tagħna." Ix-xogħlijiet ta' Anthony Mahoney ser jibqgħu għall- wiri fl-Uffiċċji Ġenerali ta' BOV fi Triq il-Kanun Santa Venera sal-4 ta' Lulju 2014. HERITAGE Malta se torganizza dik li qed issejjaħ "Filfla – Geological and Historical Cruise" li se tkun tikkonsisti f 'ġita minn tas- Sliema sal-gżira ta' Filfla. Il-gżira ta' Filfla tqanqal kurżità u sens ta' misteru. Dil-gżira ċkejkna li tinsab 5km mill-kosta fin-nofsinhar ta' Malta hija r-riżultat ta' tiġrif fil-blat li hi magħrufa bħala Magħlaq Fault. Dan it-tiġrif kien ukoll il-kawża tal-irdumijiet maestużi li nsibu bejn Bengħisa u l-Fawwara. Filfla hija magħmula miż- żonqor li jgħatti saff tat-tafal. Il-gżira qiegħda tinbidel u tiċkien kontinwament kemm minħabba tgħawwir naturali kif ukoll kawża ta' bumbardamenti fil-passat. Il-"Filfla – Geological and Historical Tour", se tkun immexxija mill-kuratur anzjan fil-qasam tal-ġeoloġija u l-istudji ambjentali u kuratur mill-qasam storiku. Bit- tluq mix-xatt ta' tas-Sliema d-dgħajsa mbagħad tbaħħar madwar in-naħa t'isfel ta' Malta u tgħaddi minn ħdejn rħula tas-sajjieda, aspetti ġeoloġiċi. Fortifikazzjonijiet u siti arkeoloġiċi. Għal iktar informazzjoni wieħed jista' jċempel fuq 23954242, iżur is-sit elettroniku ta' Heritage Malta jew isegwi l-paġna ta' Heritage Malta fuq Facebook. L-impjegati li taw sehemhom waqt il-maratona ta' Puttinu L-impjegati mal-artist Anthony Mahoney Il-gżira ta' Filfla

