Illum previous editions

illum 29 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/337889

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 35

26 illum Il-Ħadd 29 ta' Ġunju 2014 SPORTSillum SPORTSillum Brażil ......................3 Ċili ..........................2 (wara l-għoti tal-penalties) MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT ILBRAŻIL għamluha għall-kwarti-finali tat-Tazza tad-Dinja wara li b'sofferenza kbira għelbu liċ-Ċili bl-iskor ta' 3-2 wara l-għoti tal- penalties. M'hemmx dubju li għalkemm sfaw eliminati, iċ-Ċili, ħarġu b'rashom mgħollija minn din l-iktar kompetizzjoni importanti u prestiġjuża fil-futbol mondjali. Kienu l-Brażil li fetħu l-iskor fit-18-il minuta meta Neymar mix-xellug għadda tajjeb lejn Thiago Silva li xellef il-ballun lejn David Luiz li mill-viċin bir-ras tefa' ġewwa biex b'hekk skorja l-ewwel gowl fil- karriera tiegħu bil-flokk tat- tim nazzjonali Brażiljan u tefa' lill-eluf ta' partitarji Brażiljani f 'delirju ta' ferħ. Iżda l-istorbju ta' dawn il-partitarji Brażiljani ma tantx dam jidwi hekk kif fit-32 minuta Alexis Sanchez sikket il-grawnd hekk kif ġab l-iskor indaqs wara taħwida fid-difiża Brażiljana, il-plejer ta' Barcelona daħal fil-kaxxa qabel għeleb lill-goalkeeper Julio Cesar pernezz ta' xutt tajjeb. Il-Brażil resqu viċin li jmorru fil-vantaġġ lejn l-aħħar minuti tal-logħba permezz ta' xutt b'saħħtu ta' Hulk iżda l-goalkeeper taċ-Ċili, Bravo wettaq save mill-isbaħ li impedixxa lill-Brażil milli jirbħu l-logħba. B'hekk il- logħba kellha tmur għall-ħin barrani. Fil-104 minuta reġa' kien Hulk li permezz ta' xutt mid-distanza impenja lil Bravo, il-goalkeeper Ċilejan reġa' kien tajjeb u ċaħħad lill- attakkant prolifiku Brażiljan milli jsib ix-xibka billi minn mal-art laqa' tajjeb għalkemm ma żammx il-ballun. Eżattament qabel tmiem l-ewwel taqsima tal-ħin barrani tentattiv minn freekick tal-awtur tal-gowl taċ-Ċili, Alexis Sanchez għadda barra mil-lasti difiżi minn Julio Cesar. Fil-120 minuta Pinilla kien ferm sfortunat li ma sabx ix-xibka meta tentattiv tiegħu wara li qabeż difensur Brażiljan stampa mal-mimduda. B'hekk il-logħba kellha tmur għal- lotterija tal-penalties fejn għall-Brażil irnexxielhom isibu x-xibka David Luiz, Marcelo u Neymar waqt li għaċ-Ċili skorjaw Aranguiz u Diaz. Brażil - Julio Cesar, Dani Alves, Thiago Silva, David Luiz, Fernandinho (Ramires 72'), Marcelo, Hulk, Fred (Jo 64'), Neymar, Oscar, Luiz Gustavo Ċili - Bravo, Mena, Isla, Silva, Alexis Sanchez, Vidal (Pinilla 87'), Vargas (Gutierrez 57'), Medel, Jara, Aranguiz, Diaz Referi - Howard Webb (ING) JULIO CESAR Twieled fit-3 ta' Settembru 1979 fil- Brażil Kien determinanti f'din il-logħba hekk kif laqa' żewġ penalties Jilgħab ma' Toronto FC fil-Major Soccer League Fil-passat lagħab ma' Flamengo fil- Brażil, ma' Inter fl-Italja u ma' Queens Park Rangers fl-Ingilterra Il-Brażil l-kwarti tal-nali wara l-għoti tal-penalties

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 June 2014