Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/337889
Il-Ħadd 29 ta' Ġunju 2014 | illum 27 SPORTSillum Kolumbja....................2 Urugwaj......................0 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT JAMES Rodriguez kien l-eroj indiskuss għall- Kolumbja. Dawn kienu superjuri għal kollox fuq l-Urugwaj u għelbuhom bl- iskor ta' 2-0 b'doppjetta ta' dan l-attakkant prolifiku Kolumbjan li b'hekk sa issa skorja ħames gowls f 'erba' logħbiet f 'din it-Tazza tad-Dinja biex jinsab fil-quċċata tal-lista tal-aqwa skorers tal-istess kompetizzjoni. L-Urugwaj li wara din it-telfa sfaw eliminati mit-Tazza tad-Dinja kellhom nieqes lil Luis Suarez minħabba li ngħata sospensjoni mill-FIFA ta' 9 logħbiet mat-tim nazzjonali Urugwajan u erba' xhur mill-futbol inġenerali wara li fil-logħba kontra l-Italja gidem lid-difensur Taljan Giorgio Chiellini. B'hekk wara din ir-rebħa l-Kolumbja għaddew għall- kwarti tal-finali li tajjeb ngħidu li se tkun l-ewwel darba fl-istorja ta' dan in- nazzjon fl-Amerika ta' Isfel li rnexxielu jagħmilha sa din il-fażi fit-Tazza tad- Dinja. Il-Kolumbja fetħu l-iskor fit-28 minuta permezz ta' James Rodriguez li wara li rċieva l-ballun fuq sidru, spara fix-xibka minn barra l-kaxxa fejn ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper Urugwajan Muslera li jsalva, biex rajna gowl mill-isbaħ. L-istess plejer irdoppja l-iskor għat-tim tiegħu fil-50 minuta meta wara li, Pablo Arnero għadda kross perfett lejn Juan Cuadrado dan bir- ras għadda lura lejn James Rodriguez li mill-viċin tefa' ġewwa. L-Urugwaj ħolqu xi ċansijiet ta' skor lejn l-aħħar tal-logħba permezz tas-solitu Edinson Cavani, madankollu ma rnexxielhomx isibu x-xibka biex il-logħba ntemmet bl- iskor ta' 2-0 favur il-Kolumbja. Kolumbja - Ospina, Zapata, Yepes, Sanchez, Armero, Aguilar, Teo (Mejia 68'), James Rodriguez, Cuadrado (Guarin 81'), Zuniga, Jackson Urugwaj - Muslera, Godin, A. Pereira (Ramirez 53'), Rodriguez, Forlan (Stuani 53'), Gimenez, M. Pereira, Arevalo Rios, Gonzalez (Hernandez 67'), Cavani, Caceres Referi - Bjorn Kuipers (OLA) JAMES RODRIGUEZ Twieled fit-12 ta' Lulju 1991 fil- Kolumbja Jilgħab ma' AS Monaco fi Franza Huwa kkunsidrat bħala l-aħjar plejer żagħżugħ Kolumbjan fil-mument b'futur mill-isbaħ quddiemu Skorja doppjetta personali f'din il-logħba biex sa issa skorja ħames gowls f'erba' logħbiet fit-Tazza tad- Dinja u jinsab jokkupa l-quċċata tal-lista tal-aqwa skorers tal-istess kompetizzjoni Kolumbja....................2 mit-Tazza tad-Dinja rċieva l-ballun fuq sidru, il-Kolumbja. Urugwaj - Muslera, James Rodriguez l-eroj assolut r-rebħa Kolumbjana

