Illum previous editions

illum 29 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/337889

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

30 illum Il-Ħadd 29 ta' Ġunju 2014 SPORTSillum L-Istorja tat-Tazza tad-Dinja Id-Disa' Edizzjoni – Messiku 1970 Din l-edizzjoni li saret fil-Messiku, baqgħet magħrufa l-aktar minħabba l-introduzzjoni tas- sostituzzjonijiet. Issa tim seta' jibdel żewġ plejers mill-ħdax li jkunu bdew il-logħba. Din il-bidla ta' plejers kellha tinvolvi plejers li jkunu meqjusa riservi. Għalhekk, anness ma' dan ir-regolament, il-FIFA introduċiet il-'bank tas-sostituti'. Bħalma kienu għamlu l-Ingliżi f 'darhom erba' snin qabel, il-Messikani, imtellgħin fi Grupp A tal- fażi finali, għaddew mill- grupp mingħajr ma sofrew gowl. Madankollu l-logħba inawgurali tal-mundial bejn il-Messiku u l-Unjoni Sovjetika ma kienet xejn speċjali u intemmet f 'parità. Erbat ijiem wara, il-Belġju għeleb lid-debuttanti El Salvador iżda tilfu l-logħba kontra l-Unjoni Sovjetika 4-1. Min-naħa tagħhom, il-Messikani għelbu lil El Salvador 4-0 – l-istess kif għamlu l-Unjoni Sovjetika biex għaddew mill-grupp mal-Messikani. Grupp B kien deċiżament inqas spettakolari. L-Italja u l-Urugwaj għelbu l-isfida tal-Iżvizzera u t'Iżrael li kienu qed jikkompetu għall- ewwel darba. Il-logħba ta' bejniethom spiċċat f 'parità ta' mingħajr gowls biex għaddew mill-grupp it-tnejn. Grupp Ċ kien iddominat mill-Brażil, li ppreżenta tim formidabbli għal din l-edizzjoni. Il-kowċ Mário Zagallo (eks plejer fit-tim rebbieħ tal-1958 u l-1962) kellu ismijiet bħal Gérson, Jairzinho, Tostão, Rivelino u lil Pelé fl-aqwa tiegħu. Il-Brażil rebaħ il-logħob kollu u l-grupp, avolja kellu l-isfida taċ-champions renjanti, l-Ingilterra. Dawn min-naħa tagħhom kellhom tim qawwi wkoll. Quddiem il-gowlkiper Gordon Banks, kien hemm ismijiet bħall-aħwa Jackie u Bobby Charlton, Bobby Moore, Geoff Hurst, u Martin Peters, li kollha kemm huma kienu preżenti fl- edizzjoni ta' qabel. Il-Brażil u l-Ingilterra rebħu lir- Rumanija u ċ-Ċekoslovakkja bil-Brażil tegħleb lill-Ingliżi b'gowl ta' Jairzinho. Minbarra l-Ġermanja tal- Punent, kulħadd kien stenna taqtigħa fi Grupp D. Kif kien mistenni, il-Ġermaniżi rebħu l-grupp b'ċerta faċilità. Il-Ġermaniżi lagħbu futbol offensiv u aggressiv ħafna li ma kien jagħti l-ebda ċans lill-avversarji. Introduċew plejers ġodda bħall- gowlkiper Sepp Maier, Berti Vogts, Wolfgang Overath, u fuq kollox, lill-attakkant qsajjar iżda magħqud ta' Bayern München, Gerhard Müller, magħruf aħjar bħala Gerd. Ma' dawn kien għad hemm il-'Kaiser' Franz Beckenbauer. Grupp D intrebaħ mill-Ġermaniżi iżda b'sorpriża l-Perù, immexxi mill-captain Ramón Teofilio Cubillas, kien it-tieni tim li għadda mill-grupp. Il-Kwarti tal-Finali ġabu xalata ta' gowls u logħob spettakolari. Il-logħob intlagħab fi grawnds differenti però kollha fl-istess jum. L-Urugwaj irnexxielu jegħleb l-isfida tal-Unjoni Sovjetika wara logħba bilanċjata immens, filwaqt li f 'Toluca, it-Taljani għelbu lill-Messikani 4-1 b'gowls ta' Domenghini, tnejn ta' Luigi Riva u Gianni Rivera. F'logħba sabiħa oħra, f 'Guadalajara, il-Brażil għelbu lill-Perù 4-2 iżda batew aktar milli mistenni. Il- Brażiljani Rivelino u Tostão skorjaw gowl kull wieħed fl-ewwel ħmistax-il minuta. Il-Peruvjani daħlu fil-logħba bl-għajnuna tal-gowlkiper Brażiljan Félix, li kkalkula ħażin ballun imdendel ta' Gallardo. Però dan ftit deher li nkwieta lill-Brażil, li ftit wara l-ftuħ tat-tieni taqsima, żiedu gowl ieħor. Pelé xxuttja mid-distanza, bil-ballun jibdel id-direzzjoni meta ħabat ma' sieħbu Tostão, u dan inganna lil Rubiños. Reazzjoni tal-Perù wasslet għall-gowl ta' Cubillas. Iżda seba' minuti wara, Jairzinho reġa' ta vantaġġ komdu lill- Brażiljani, u għalaq il-logħba. L-aħħar logħba tal-Kwarti tal-Finali kienet bla dubju ta' xejn l-isbaħ waħda. Il- Ġermaniżi ta' Beckenbauer u Müller iltaqgħu kontra l-Ingliżi ta' Geoff Hurst u l-aħwa Charlton, bi ħsieb wieħed, li jpattu għat-telfa fil- finali tal-edizzjoni ta' qabel. L-ewwel taqsima għalqet bl- Ingliżi jgawdu gowl vantaġġ. Dan ġie wara 31 minuta minn Mullery li saħansitra beda u spiċċa l-azzjoni hu stess. Fit-tieni taqsima, Newton xeħet kross preċiż li daħal għalih Martin Peters li għeleb lil Maier għat-tieni darba. Il-ferħ kbir tal-Ingliżi kien ġustifikat. Il-Ġermaniżi kienu ħarġu sabiex ipattu għat-telfa 'inġusta' ta' erba' snin qabel, u minflok kienu żewġ gowls minn taħt. Iżda min jaf il-karattru Ġermaniż, l-istil ta' logħob tagħhom, u fuq kollox, kif uriet diversi drabi l-istorja tal-futbol mondjali, id-determinazzjoni kbira tagħhom, seta' jobsor li l-logħba għall-Ġermaniżi kien fadlilha ħafna biex tispiċċa! Fil-fatt, il-Ġermaniżi nbidlu wara l-gowl ta' Peters u dawru r-riżultat fl-aħħar 20 minuta! L-ewwel gowl ġie minn saqajn Franz Beckenbauer. Tmien minuti mit-tmiem il-Ġermaniżi reġgħu skorjaw minn daqqa ta' ras ta' Uwe Seeler, biex jisfurzaw il-ħin barrani, biex fit-tieni taqsima tiegħu, il- Ġermaniżi skorjaw il-gowl li tahom ir-rebħa. Kien Gerd Müller li spara xutt qawwi li għeleb lil Bonetti. L-ewwel semifinali laqqgħet liż-żewġ rivali, il-Brażil u l-Urugwaj, fi Guadalajara. L-Urugwaj mar gowl minn fuq wara 19-il minuta, bis-saħħa ta' Cubilla. Iżda fl-aħħar minuta wasal il- gowl ta' parità ta' Clodoaldo, minn pass ta' Tostão. It- tieni taqsima ġabet magħha ħafna logħob goff. Iżda fis-76 minuta Jairzinho għal darb'oħra għadda lil Mújica fuq il-linja tiegħu biex daħal fil-kaxxa l-kbira u għeleb lil Mazurkiewiecz. Issa l-plejers tal-Urugwaj għamlu reazzjoni iżda fl-aħjar ħin tal-Urugwaj waslu gowl ta' Rivelino li għalaq il-logħba. Fl-istess waqt fil-Belt tal- Messiku kienet qed tintlagħab is-semifinali l-oħra li baqgħet imfakkra bħala waħda mill- isbaħ logħbiet fl-istorja tat- Tazza tad-Dinja. Quddiem folla ta' 80,000 ruħ, fl-Estadio Azteca, il-Ġermaniżi kienu qegħdin joħduha kontra t-Taljani, tlett ijiem biss wara l-logħba kruċjali kontra l-Ingilterra. Għalkemm anke t-Taljani kienu lagħbu fl- istess jum, għall-Ġermaniżi l-logħba tal-Kwarti tal- Finali kienet battikata akbar, sew minħabba l-livell tal- Is-7 parti Pelè merfugħ fuq l-ispallejn wara li kien determinanti u fundamentali biex il-Brażil jirbħu l-edizzjoni tal-1970 l- Messiku Azzjoni mill-konfront bejn l-Arġentina u l-Bolivja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 June 2014