Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/337889
Il-Ħadd 29 ta' Ġunju 2014 | illum 31 SPORTSillum L-Istorja tat-Tazza tad-Dinja Fatti u kurżitajiet dwar l-Istorja tat-Tazza tad-Dinja L-ewwel Tazza tad-Dinja saret -Urugwaj -1930 Ma saritx -1942 u -1946 minħabba t-Tieni Gwerra Dinjija Brażil l-aktar li rebħuha: 5 Ronaldo (Brażil) għandu r-rekord tal-aktar plejer li skorja gowls t-Tazza tad-Dinja: 15 L-ewwel karta ħamra ħadha Carlos Caszely -1974. L-iżgħar plejer li qatt lagħab: Norman Whiteside (Irlanda ta' Fuq) -1982 ta' 17-il sena u 41 ġurnata L-akbar attendenza kienet l- nali tal-1950: 199,854 ruħ L-aktar tim li qatt skurja f 'edizzjoni waħda tat-Tazza tad-Dinja: Ungerija: 27 gowl -1954 L-aktar tim li ġie eliminat -ewwel rawnd: Skozja: 8 darbiet. L-ewwel Tazza tad-Dinja rebħuha l-Urugwaj L-ewwel pajjiż Ewropew li organizza Tazza tad-Dinja kien l-Italja -1934 L-aħjar pożizzjoni li qatt ġew ha l-Kamerun hija t-tmien post -1990 Kemm-il darba ġew it-tieni l-Brażil? Darbtejn: 1950; 1998 L-aktar gowl li ġie skurjat kmieni kien minn Hakan Sukur (Turkija) wara 11-il sekonda -2002 L-aktar gowl li ġie skurjat kmieni l- nali kien minn Johan Neeskens wara biss 90 sekonda l-logħba bejn l-Olanda u l-Ġermanja lura -1974 L-2,000 gowl tat-Tazza tad-Dinja skurjah Marcus Allback tal-Isvezja -2006 Tradizzjonalment, l-Adidas jagħmlu l-blalen li jintużaw għat-Tazza tad-Dinja Jieħdu sehem 32 tim Seba' pajjiżi di erenti rebħu t-turnament xi darba. Pajjiż wieħed biss ħa sehem dejjem -edizzjonijiet kollha -Il-Brażil Il- nali tat-Tazza tad-Dinja tal-2006 rawha madwar 715.1 miljun ruħ Qabel l-1970 it-tazza kien jisimha Jules Rimet It Tazza nsterqet -1983 It-Tazza tad-Dinja hija għolja 36 ċm L-aktar tim li ġie t-tielet huwa l-Ġermanja (1934; 1970; 2006) L-aktar tim li rebaħ logħbiet huwa l-Brażil 64 rebħa L-aktar tim li tilef logħbiet huwa l-Messiku 22 telfa L-aktar tim li skorja gowls huwa l-Brażil b'201 gowl L-aktar tim li qala' gowls huwa l-Ġermanja bi 112-il gowl L-anqas tim li qala' gowls huwa l-Angola L-aktar żewġ timijiet li ltaqgħu kontra xulxin huma l-Brażil u l-iSvezja: 7 darbiet L-aktar żewġ timijiet li ltaqgħu kontra xulxin l- nali: Brażil-Italja u Arġentina-Ġermanja L-aktar tim li skurja f 'turnament wieħed: Ungerija 27 gowl L-aktar li għamlu ħin bla ma qalgħu gowl: Italja 517-il minuta -1990 L-aktar pajjiż li ilu jieħu sehem u ma jikkwali kawx għall-fażi nali: Lussemburgu (1934-2010) L-aktar plejers li qatt lagħbu f 'tournaments di erenti huma Antonio Carbajal (Messiku 1950-1966) u Mattheus (1982-1998) L-aktar plejer li rebaħ il-kampjonat: Pelè L-aktar plejer li lagħab minuti l-fażi nali: Paolo Maldini – Italja – 2,217 minuti bejn l-1990 u l-2002 L-aktar plejer li lagħab bħala captain; Maradona – Arġentina – 16-il logħba bejn l-1986 u l-1994 L-ixjieħ plejer li qatt lagħab: Milla – Kamerun 42 sena u 39 ġurnata L-aktar plejer li skurja f 'logħba waħda: Oleg Salenko (Russja-Kamerun 1994) L-iżgħar plejer -istorja – Norman Whiteside (Irlanda ta' Fuq) 17-il sena 41 ġurnata – 1982 L-iżgħar plejer l- nali -istorja – Pelè – 17-il sena u 249 ġurnata - 1958 L-iżgħar plejer li qatt skorja – Pelè – Brażil-Wales 1958 – 17-il sena u 239 ġurnata L-ixjaħ plejer li qatt skorja – Milla – Kamerun-Russja 1994 – 42 sena u 39 ġurnata L-ixjeħ plejer li lagħab l- nali: Dino Zo (Italja) vs Ġermanja – 40 sena u 133 ġurnata L-inqas nali li ha ġew skurjati gowls - Brażil-Italja 0-0 – 1994 L-aktar turnament li h ġew skurjati gowls – 171 gowls -1998 L-aktar gowler l qala' gowls f 'turnament – Hong Duk-Yung Rep. Korea 1954. L-aktar kowċ li kkowċja – Helmut Schon – Ġermanja Punent – 1966-1978 L-aktar kowċ li rebaħ it-tournament – Vittorio Pozzo – Italja 1934-1938 L-aktar kowċ li kkowċja timijiet – Bora Milutinovic – 5: Messiku, Kosta Rika. Stati Uniti, Niġerja u Ċina L-aktar plejer li ntwera karti sofor jew ħomor – Zinedine Zidane: Franza 1998-2006 u Cafu: Brażil 1994- 2006 L-aktar pajjiżi li tilfu wara penalty shoot-out: l-Ingilterra u l-Italja – 3 L-akbar ammont ta' gowls li ġew skurjati t-Tazza tad-Dinja – 171 – 1998 L-anqas ammont ta' gowls li ġew skurjati t-Tazza tad-Dinja – 70 – 1930, 1934 L-aktar pajjiżi li ħadu sehem t-Tazza tad-Dinja Brażil 19 Ġermanja, Italja 17 Arġentina 15 Messiku 14 Franza, Spanja, Ingilterra 13 Il-Brażil u l-Ġermanja huma l-iktar timijiet li lagħbu l-fażi nali tat-Tazza tad-Dinja. Il-Ġermanja lagħbu 99 logħba u skorjaw 217-il gowl waqt li l-Brażil lagħbu 97 logħba u skorjaw 210 gowls. avversarji kif ukoll minħabba t-tul tal-logħba li kienet għaddiet għall-ħin barrani. Il-kundizzjoni atletika aħjar tat-Taljani kienet evidenti sa mill-bidu nett. Fil-fatt, kmieni fis-seba' minuta, huma marru gowl minn fuq. Kien Roberto Boninsegna li poġġa lill-Azzurri minn fuq wara li għeleb lil Sepp Maier bix-xellug. Dan il-vantaġġ it- Taljani żammewh tul l-ewwel taqsima kollha. Fit-tieni minuta miżjuda mir-referì Messikan minn kross mix- xellug ta' Grabowski, Karl- Heinz Schnellinger mattar siequ biex tefa' l-ballun fix-xibka. Il-Ġermaniżi komplew għaddejjin bit-Taljani jirrikorru għall-fawls, xi wħud minnhom mill-aktar goffi. F'wieħed minn dawn, weġġa' Franz Beckenbauer li ġie brutalment attakkat minn wara. Beckenbauer baqa' fl-art. Mad-daqqa kien żloga spalltu iżda ma riedx iħalli l-grawnd u baqa' jilgħab b'idu sa spalltu nfaxxata ma' sidru. Iżda d-determinazzjoni tal-Ġermaniżi wasslithom biex saħansitra marru gowl minn fuq ħames minuti wara, permezz ta' Gerd Müller. Issa l-logħba sbieħet f 'daqqa. Ir-reazzjoni tat- Taljani kienet immedjata u Burgnich reġa' qiegħed kollox indaqs fit-98 minuta – tliet minuti wara, wara li skorja minn freekick fuq ix-xellug ta' Gianni Rivera. Jekk dan il-gowl daqshekk immedjat kessaħ lill-Ġermaniżi, dak ta' Riva ħames minuti wara, b'xutt minn barra l-kaxxa, iffriżahom. It-tieni taqsima tal-ħin barrani kienet saħansitra isbaħ. Il-Ġermaniżi kien għad fadlilhom ħmistax-il minuta sabiex jagħmlu 'miraklu' ieħor – u dan għamlu Gerd Müller. Kien minn korner ta' Uwe Seeler li Gerd Müller, fuq wara tad-difiża Taljana, b'titjira fil-baxx xeħet fix- xibka biex skorja l-għaxar gowl tiegħu u għamel l-iskor 3-3. Iżda tliet minuti qabel it- tisfira finali Rivera ddeċieda l-logħba b'xutt li għeleb lil Maier u lid-difiża Ġermaniża, biex ra lit-Taljani jgħaddu għall-finali oħra wara 32 sena. Il-logħba għat-tielet u r-raba' post ta' din l-edizzjoni, bejn il-Ġermanja tal-Punent u l-Urugwaj, attirat folla ta' madwar 104,000 ruħ u ġiet mirbuħa mill-Ġermaniżi b'gowl ta' Overath f 'nofs l-ewwel taqsima. Il-21 ta' Ġunju 1970 kien jum il-finali tal-aqwa edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja sa dik is-sena. Il-Brażil, favorit mill-bidu nett tal- kompetizzjoni, kien rebaħ b'mod pjuttost faċli kull logħba li kellu, u skorja xejn inqas minn 13-il gowl f 'ħames logħbiet. Min-naħa tagħhom it-Taljani ma kinux inqas minnhom. Wara tmintax-il minuta l-Brażil skorjaw l-ewwel gowl tagħhom. Rivelino xeħet kross pjuttost għoli minn fuq ix-xellug, li Pelé, b'abbiltà kbira, għola iktar mid-difensuri Taljani, biex bis-saħħa tefa' fix-xibka. Iżda ftit qabel il-mistrieħ Boninsegna ġera lejn id-difiża Brażiljana, maqbuda fuq sieq waħda. Félix, il-gowlkiper, ħareġ biex jagħlaq il-lasta, iżda Boninsegna qabżu u xeħet fix-xibka. Il-Brażiljani kellhom jistennew sal-65 minuta meta Gérson li reġa' poġġa lill-Brażil gowl minn fuq b'xutt baxx bix-xellug minn barra l-kaxxa l-kbira. Jairzinho, għeleb lil Albertosi bir-ras għat-tielet darba u fl-aħħar nett il-captain Carlos Alberto skorja r-raba' gowl. Il-ferħ u ċ-ċelebrazzjonijiet li segwew wara t-tisfira tar-referì mill-Ġermanja tal-Lvant, Rudolf Glöckner, kienu inkredibbli. Folol kbar li jappoġġjaw lill-Brażil niżlu jiċċelebraw fil-grawnd u daru mal-plejers benjamini tagħhom. Din l-informazzjoni ttieħdet mill-ktieb bil-Malti – L-Istorja tat-Tazza tad-Dinja, miktub minn Ramon Zammit li bħalissa jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin. Il-poster u ċjali tat-Tazza tad-Dinja tal-1970 li saret l-Messiku

