Illum previous editions

illum 29 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/337889

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

32 illum Il-Ħadd 29 ta' Ġunju 2014 SPORTSillum It-tim nazzjonali tad-darts jikseb il-midalja tal-bronż f 'Ċipru DAN l-aħħar it-tim nazzjonali tad-darts ikkompeta fl-14- il edizzjoni tat-Tazza tal- Mediterran li saret ġewwa Protaras, Ċipru bejn il-15 u t-18 ta' Mejju. It-tim kien kompost minn Norbert Attard, Albert Scerri, Chris Cohen u Vince Busuttil akkumpanjati minn Noel Gauci bħala maniġer u Tony Demanuele bħala trainer. Il-kategoriji ta' logħob kienu kampjonat tat-timijiet, pari u individwali. Il-Maltin ikkompetew ukoll fl-Open ta' Ċipru. Fil-logħob tat-timijiet huma rebħu l-grupp b'rebħiet fuq Ċipru 9-6, Franza 9-8 u Italja 9-7 biex għaddew għas-semi-finali kontra l-Greċja. Tilfu din il-logħba u kellhom jikkuntentaw b'midalja tal-bronż. Kirsten Aquilina, żagħżugħ ta' 17-il sena kien mistieden li jilgħab fit-turnament tal-maniġers u dan irnexxielu jasal sal-finali u spiċċa rebbieħ 4-3 kontra l-maniġer tat-Turkija. Il-Gozo Sports Board juri fiduċja f 'Alvin Grech Ritratt - Ray Attard WARA d-diversi artikli li dehru riċentement fil- mezzi tax-xandir lokali, il-Gozo Sports Board jiddikjara li l-Kap Eżekuttiv Elvin Grech, li huwa wkoll il-President tal-Gozo Football Association, talab formalment lill-kunsill tal-bord biex jiddiskuti u jiddeċiedi dwar il-pożizzjoni tiegħu fi ħdan din l-entità. Il-Kunsill tal-Gozo Sports Board iddiskuta bir-reqqa l-pożizzjoni tas-Sur Alvin Grech fl-assenza tal-istess kap eżekuttiv. Il-membri kollha tal-Gozo Sports Board, li jirrappreżentaw klabbs u assoċjazzjonijiet sportivi f 'Għawdex, b'mod unanimu esprimew fiduċja sħiħa fis-Sur Elvin Grech u għaldaqstant ikkonfermaw lill-istess Grech, u lill-uffiċċjali l-oħra kollha tal-bord, fil-pożizzjoni tagħhom. L-għażla tas-Sur Grech kienet saret b'mod unanimu mill-istess assoċjazzjonijiet u klabbs sportivi meta twaqqaf il-Gozo Sports Board bil-għan li jassisti dixxiplini differenti fil-gżira Għawdxija. Il-Kunsill innota wkoll illi l-klabbs membri fi ħdan il- Gozo Football Association, b'vot unanimu wkoll fl- assenza tiegħu, urew il-fiduċja tagħhom fis-Sur Grech. Fiċ-ċirkostanzi, għalhekk, il-Gozo Sports Board iħoss li l-materja in kwistjoni hija magħluqa u m'għandux aktar kummenti x'jgħaddi f 'dan ir-rigward. Il-Kap Eżekuttiv tal-Gozo Sports Board u President tal-GFA, Alvin Grech Fl-individwali r-riżultati kienu dawn: Norbert Attard (Malta) 4-1 D. Georgiou (Ċipru) Norbert Attard (Malta) 3-4 T. Thibault (Franza) Albert Scerri (Malta) 4-0 A. Patru (Ċipru) Albert Scerri (Malta) 4-2 U. Karaca (Turkija) Albert Scerri (Malta) 2-4 K. Pantelides (Greċja) Chris Cohen (Malta) 4-2 D. Duo (Ġibiltà) Chris Cohen (Malta) 0-4 G. Grillini (Italja) Vince Busuttil (Malta) 1-4 E. Tekin (Turkija) Chris Cohen/ Vince Busuttil (Malta) vs D. Duo/D. Parody (Ġibiltà) 2-4 Norbert Attard/Albert Scerri (Malta) vs M. Demetriou/A. Patru (Ċipru) 4-1 Norbert Attard/Albert Scerri (Malta) vs E. Kayaoglu/E. Tekin (Turkija) 1-4 Open ta' Ċipru F'din il-kompetizzjoni ħadu sehem numru sabiħ ta' plejers. Il-plejers Maltin li ħadu sehem f 'din il-kompetizjoni kollha taw prestazzjoni tajba iżda l-aktar li spikka kien Vince Busuttil li wasal sas-semi-finali. Intant fil-kamp lokali, ir-rebbieħa kollha għall-istaġun 2013/14 kienu kif ġej: 5-a-side KO Rebbieħa Floriana Ajax JS Dimech Runners Up Marsa St Michael Seminalisti Education Bar u Pawla Wolves Highest Finish Norbert Attard (156) Super Cup Rebbieħ Albert Scerri Runner Up Norbert Attard Seminalisti Vince Bonnici u Vince Busuttil Joint Fifth John Agius, Chris Cohen, Kirsten Aquilina u Omar Aquilina 4-a-side Rebbieħa Marsa St Michael Runner Up Żabbar KSI Malta A Seminalisti Pawla Wolves B U Pawla Wolves A Highest Finish Joe Mallia (161) Malta Singles Champion Rebbieħ Norbert Attard Tim Nazzjonali Norbert Attard, Albert Scerri, Chris Cohen u Vince Busuttil Double Rebbieħa Albert Scerri/Mario Camilleri Runners Up Chris Cohen/Emmanuel Borg Seminalisti Darren Camilleri/Andre Zammit Julian Bonello/Mario Camilleri Plejer tas-Sena Diviżjoni 1 Diviżjoni 2 Diviżjoni 3 Rebbieħ Norbert Attard John Agius Kirsten Aquilina Overall Plejer tas-Sena Rebbieħ Norbert Attard Kampjonat 8-a-side DIVIŻJONI 1 DIVIŻJONI 2 DIVIŻJONI 3 Rebbieħa JS Dimech Floriana AjaxSt Joseph Band Club Education Bar A Runners Up Pawla Wolves Floriana Ajax Munchies Bormla Bocci Club A Highest Finish Albert Scerri (160) Julian Bonello (150) Vince Bonnici (123) Relegati Beland Band Club B'Kara F.C. Manchester Conquest Mqabba Lily BC Fl-individwali r-riżultati kienu dawn: 4-a-side Double Plejer tas-sena Malta Singles Champion Super Cup 5-a-side Kampjonat 8-a-side Open ta' Ċipru Koppji

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 June 2014