Illum previous editions

illum 29 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/337889

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 29 ta' Ġunju 2014 | illum 33 SPORTSillum Donazzjoni lil Puttinu Cares mill-Plejers tat-tim nazzjonali ILPLEJERS tat-tim nazzjonali Malti tal-irġiel, iktar kmieni matul din il-ġimgħa, kienu involuti f 'ġest ta' karità mill-isbaħ, fejn żaru r-Rainbow Ward fl-isptar Mater Dei u taw donazzjoni lil Rennie Żerafa, f 'isem Puttinu Cares, u fil-preżenza ta' Angele Cuschieri. Id- donazzjoni kienet il-line- up bonus tal-partita ta' ħbiberija li ntlagħbet f 'Faro, il-Portugall, ix- xahar li għadda, kontra Ġibiltà. Għal kull logħba kemm jekk ta' ħbiberija u kif ukoll jekk kompetittiva, l-iskwadra ta' plejers magħżula mill-kowċ nazzjonali jirċievu bonus u din id-darba dan ingħata kollu għal dan l-għan ferm nobbli. Il-kontinġent Malti, immexxi minn Bjorn Vassallo, Kap Eżekuttiv tal- Assoċjazzjoni, kien jinkludi diversi plejers nazzjonali u l-kowċ nazzjonali Pietro Ghedin. Minbarra donazzjoni fi flus, il-plejers taw rigali oħra lit-tfal, fosthom blalen Adidas li bħalhom qegħdin jintużaw waqt it-Tazza tad-Dinja fil- Brażil. Il-plejers kienu wkoll disponibbli għar-ritratti mat-tfal. Vassallo spjega li f 'dawn l-aħħar snin, saret xi ħaġa normali ħafna li l-Assoċjazzjoni tkun involuta f 'ġesti ta' responsabbiltà soċjali. "Hu ta' pjaċir kbir għalina li ngħinu kull fejn nistgħu. Din id-darba kienu l-plejers nazzjonali tagħna li ħassew li għandhom jagħtu donazzjoni bi flushom. Wieħed ma jistax ma jammirahomx u jfaħħarhom ta' dan il-ġest. Il-futbol jgħaqqad u jferraħ u għalhekk għandu saħħa kbira fil-komunità." Rennie Zerafa, f 'isem Puttinu Cares, kellu kliem ta' tifħir lejn l-MFA u l-plejers nazzjonali ta' Malta. Hu sostna li l-MFA dejjem kienet minn ta' quddiem biex tgħin lit-tfal li għandhom bżonn l-għajnuna ta' Puttinu Cares. Din kienet attività oħra relatata ma' numru ta' inizjattivi soċjali li l-MFA dejjem kienet minn ta' quddiem fl-appoġġ tagħhom lejn kull min hu fil-bżonn. Preżenti wkoll waqt din l-attività kien hemm Maria Mifsud, Deputat Segretarju tal-MFA u responsabbli mill-FSR (Football Social Responsibility) u Ivan Vella, Team Manager tat-tim nazzjonali Malti. Uħud mill-plejers tat-tim nazzjonali imkien ma' uċjali ta' Puttinu Cares Suċċess kbir għal Nathan Lee Xuereb fl-Ungerija FTIT tal-jiem ilu, it-tiratur żagħżugħ Nathan Lee Xuereb rebaħ il-midalja tad-deheb fil-Kampjonati Ewropej tad- Double Trap tal-Juniors. Intant, nhar it-Tlieta fl- ajruport internazzjonali ta' Malta ngħatat merħba kbira kemm lilu kif ukoll lill-kowċ tiegħu Jimmy Bugeja li kienu għadhom kif irritornaw lura mill-istess Kampjonati Ewropej. Meta tkellem mal-ġurnalisti, Nathan Lee Xuereb qal li mar l-Ungerija biex jiddefendi t-titlu li kiseb is-sena li għaddiet. Huwa qal li meta tkun ilħaqt il-quċċata tista' jew tinżel 'l isfel jew iżżomm l-istess livell u hu kien determinat li dak li ħadem għalih f 'dawn l-aħħar xhur isarrfu fil-ġurnata tal-prova. Fl- aħħar mill-aħħar saħaq Xuereb li tmur għall-kompetizzjoni tkun ma' tiraturi oħra ta' livell għoli però l-ġurnata trid tkun tiegħek, trid tkun iffukat biex tirbaħ. Sabiex jilqgħu lil Nathan Lee Xuereb u anki lil Jimmy Bugeja l-ajruport kien hemm is-Segretarju Parlamentari Chris Agius, id-direttur sportiv tal-Kumitat Olimpiku Malti u l-PRO TAL-MSSF Edwin Vella. Sab ukoll il- ħin jiġi jagħti merħba lil Nathan Lee Xuereb, it-tiratur William Chetcuti flimkien mas-sinjura tiegħu u l-wild il-ġdid tagħhom. Minbarra dawn is-sala tal-wasliet kienet mimlija bin-nies li jappoġġjaw lil dan iż-żagħżugħ fosthom il- ġenituri tiegħu u ħutu flimkien ma' għadd kbir ta' nies lebsin flokkijiet b'wiċċ Nathan Lee Xuereb fuqu. Nathan Lee Xuereb mal-wasla tiegħu f 'Malta imkien ma' Chris Agius, Jimmy Bugeja u Edwin Vella

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 June 2014