Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/337889
Il-Ħadd 29 ta' Ġunju 2014 | illum 7 Presidenti Emeriti u eks Prim Ministri 'voluntiera' għall-ġid tas-soċjetà JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt PRESIDENTI Emeriti u eks-Prim Ministri ta' Malta se jkunu qed iservu ta' 'konsulenti' lil President ta' Malta dwar il-ġid tas-soċjetà, wara li din il-ġimgħa l-President waqqfet fondazzjoni bl- għan li tixpruna riċerka u konsultazzjoni dwar temi soċjali. L-eks President u Prim Ministri qablu li jpoġġu fuq il-kunsill tal-gvernaturi, li għandu rwol purament konsultattiv. Din il-gazzetta tista' tikkonferma kif bix- xieraq, dawn se jkunu qed jagħtu s-sehem tagħhom b'mod totalment volontarju. "L-inkarigu tal-Presidenti Emeriti u eks Prim Ministri huwa fuq livell volontarju u għaldaqstant mhux se jkunu qed jitħallsu onorarja tal-parteċipazzjoni," kkonfermat ma' ILLUM kelliema għal din il- fondazzjoni. Fi ħdan il-parametri tal- Presidenza, il-President ħasset li l-aħjar mod kif tindirizza l-aspetti soċjali li jeħtieġu aktar attenzjoni, setgħu jintlaħqu permezz ta' fondazzjoni li tagħmel riċerka u toffri spazju fejn il-poplu jista' jiltaqa' u jiddjaloga b'mod seren. Kien għalhekk li twaqqfet il-Fondazzjoni tal-President għall-ġid tas-soċjetà li se titmexxa minn dan il-kunsill ta' gvernaturi, b'bord ta' maniġment separat. "Inħass li hemm lakuna f 'dak li għandu x'jaqsam ma' konsultazzjoni wiesgħa u indipendenti, b'hekk kien hemm il-bżonn li tinħoloq sinerġija bejn id- dinja akkademika u l-għerf popolari. Il-Presidenza tista' toffri spazju newtrali fejn tista' ssir diskussjoni fuq diversi livelli," qalet il- kelliema. Mistoqsija jekk setax isir aktar użu mill-Community Chest Fund u l-Forum tal-President minflok ġiet kreata fondazzjoni ġdida, il- kelliema wieġbet fin-negattiv. Hi sostniet li l-fondazzjoni se tindirizza aspetti soċjali permezz ta' konsultazzjoni li l-Forum tal-President ma tindirizzax, filwaqt li l-Community Chest Fund se tibqa' tgħin lil persuni fil-bżonn bil-fondi tagħha. Il-kelliema qalet li b'kuntrast mal-Community Chest Fund, il-fondazzjoni ġdida mhux se toffri servizzi iżda hi ffukata fuq konsultazzjoni u riċerka. Biex tilħaq l-għanijiet tagħha, il-Fondazzjoni se twaqqaf erba' entitajiet differenti: Ċentru Nazzjonali għar-Riċerka dwar il-Familja; Istitut nazzjonali għat- Tfulija; Osservatorju għall- Għixien Xieraq; u Ċentru Ħelsien mid-Dipendenza. Dawn mistennija jibdew jiffunzjonaw fil-ġimgħat li ġejjin la darba l-President tikkonsulta dwarhom mal- Kunsill tal-Gvernaturi, kif mitlub mill-istatut. "Il-prijoritajiet tal-erba' entitajiet ġew individwati b'mod li jkopru aspetti wiesa' tas-soċjetà sabiex diversi aspetti soċjali jistgħu jiġu indirizzati," tenniet il- kelliema. Hi m'eskludietx il- probabbiltà li fil-futur jitwaqqfu entitajiet oħra. Biex ir-riċerka ma tibqax fuq il-karta biss din se tiġi ppreżentata lura lill- istituzzjonijiet tal-pajjiż, lil dawk li jkunu ġew ikkonsultati kif ukoll lis- soċjetà ċivili, bit-tama li bir-riċerka jkun hemm aktar għarfien dwar dak li jixtieq u jaħseb il-poplu. Il-PN irid il-liġi tal-etika fil-ħajja pubblika llum qabel għada ILPARTIT Nazzjonalista akkuża lill-Gvern li qed jitnikker u mhux jgħaġġel biex jippubblika l-liġi dwar l-istandards fil-ħajja pubblika. L-Oppożizzjoni ddeskriviet din il-liġi bħala prijorità meħtieġa, biex tassigura li jkun hemm ħarsien tal- aġir korrett u etiku fil-ħajja pubblika, b'mod partikolari mill-Membri Parlamentari kollha, inklużi l-Ministri u s-Segretarji Parlamentari. Fl-20 ta' Mejju li għadda, il-gvern kien diġà ressaq l-ewwel qari ta' din il-liġi, fuq proposta tal-Viċi Prim Ministru Louis Grech issekondat mid-Deputat Nazzjonalista Francis Zammit Dimech. Dan seħħ wara li nħatar kumitat tal- parlament biex dan l-abbozz isir bi qbil unanimu bejn iż-żewġ naħat. Iżda t-tħassib tal-PN wasal wara li f 'laqgħa li saret f 'Malta ma' rappreżentanti tal-GRECO, li hija preċiżament l-organizzazzjoni li taħdem sabiex tiżgura l-ħarsien tal- istandards fil-ħajja pubblika, il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici qal li l-Gvern jinsab impenjat li jdaħħal din il-liġi fis-seħħ matul il- leġislatura preżenti. "Dan ifisser li l-Gvern jista' jdum sa erba' snin oħra sabiex idaħħal din il-liġi fis-seħħ!" ilmenta l-Partit Nazzjonalista fi stqarrija. Għal din il-laqgħa kienu preżenti wkoll id-deputati Nazzjonalisti Francis Zammit Dimech u Ryan Callus. L-Oppożizzjoni fakkret kif dan il-kumitat, maħtur wara l-mozzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni u mozzjoni oħra mressqa mill-Viċi Prim Ministru, ħadem b'ritmu mgħaġġel u sas-16 ta' Diċembru 2013 kien hemm qbil fuq rapport ad interim b'mod unanimu bejn il-membri kollha ta' dak il- kumitat. Fl-10 ta' Jannar 2014, il- Kap tal-Oppożizzjoni kiteb lill-Ispeaker biex jesprimi li l-Oppożizzjoni taqbel mal-linji ġenerali tal-istess rapport u ħeġġeġ sabiex jintemm ix-xogħol tal- kumitat u jitressaq minnufih l-abbozz finali għad- diskussjoni fil-Parlament. L-istqarrija tgħid li wara l-ewwel qari ta' Mejju li għadda, wieħed kien jistenna li l-Gvern jippubblika immedjatament l-abbozz tal-liġi u jqiegħdu għad- diskussjoni fil-Parlament. "Minflok, issa nafu li l-Gvern kulma qiegħed jimpenja ruħu li jagħmel hu li jressaq u jiddiskuti dan l-abbozz xi darba matul l-erba' snin li ġejjin. Dan assolutament mhux aċċettabbli u juri li l-Gvern ma jridx li jkun hemm strutturi adegwati biex jgħassu favur l-aġir korrett u etiku min-naħa tal-Membri Parlamentari, b'mod partikolari min-naħa tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari," ittemm tgħid l-istqarrija. Il-President Coleiro Preca waqt it-tnedija tal-Fondazzjoni għal ġid tas- soċjetà Il-Gvern impenjat li jdaħħal din il-liġi matul il-leġislatura preżenti

