Illum previous editions

illum 29 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/337889

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

KIF rajna fil-ħarġa tal- ġimgħa l-oħra kien it-Tnejn, 15 ta' Frar, 1982 l-aħħar darba li Lino deher ħaj. Tliet snin u disa' xhur wara nstabu fdalijiet umani f 'bir fil-Buskett fil-post magħruf bħala "Il-Bosk", limiti tal- Girgenti. L-ewwel indikazzjoni kienu li l-fdalijiet kienu ta' mara L-aħbar bis-sejba ta' fdalijiet umani fil-Buskett kienet ingħatat prominenza fil-ġurnali tas-Sibt, 16 ta' Novembru 1985. "Fdalijiet ta' delitt mill-aktar makabru, li ilu s-snin ma jkun hawn bħalu f 'pajjiżna, instabu mill-Pulizija waqt tfittxija f 'bir li jinsab fuq ir-riħ tal-Ġonna tal-Buskett. F'dan il-bir, taħt borġ ġebel instab ġisem, aktarx ta' mara, imqatta' u sserrat bċejjeċ żgħar li kienu ppakkjati f 'diversi boroż tal-plastik. F'waħda minn dawn il-boroż instabet ukoll mazza tal-ħadid li hija kompatibbli ma' daqqa li kienet tidher fuq in-nagħas tal-lemin tar-ras." Dan kien irrappurtat f 'wieħed mill- ġurnali ewlenin. Kienet waħda mill-esperti li fl-ewwel reazzjoni tagħha tat indikazzjoni li l-pelvis kien ta' mara u li l-fdalijiet kienu ilhom snin midfunin. Għaldaqstant l-ewwel suspetti kienu li l-kadavru seta' kien dak ta' Mary Grace Farrugia mill- Birgu li kienet irrapportata nieqsa mill-Erbgħa, 19 ta' Awwissu 1981 meta kellha 23 sena. Iżda kienu żbaljati għax wara snin ta' investigazzjonijiet irriżulta li l-fdalijiet fil-bir kienu ta' Lino Cauchi. Kif il-bir tbattal kollu niżlu fih l-Ispettur Kevin Ellul Bonici, Anthony Abela Medici u fotografu tal-Pulizija. L-ewwel ma sabu kien borġ ġebel u ma' kull ġebla li bdew ineħħu bdew jinkixfu boroż tal-plastik imċappsin bil-ħama li kien hemm fil-bir. Aktar ma bdew ineħħu ġebel aktar bdew jinstabu boroż. Mhux il-boroż kollha kienu magħluqin sew u għaldaqstant dawk il-boroż li kienu għadhom magħluqin tħallew kif kienu u ttieħdu l-Laboratorju Forensiku filwaqt li l-oħrajn li nfetħu, il-Pulizija u l-esperti setgħu jikkonfermaw li l-fdalijiet li kien hemm fihom kienu umani. Fost dawk li kienu fuq il-post kien hemm John C. Ellul, dak iż-żmien kien Kuntistabbli mat-Taqsima tal-Forensika u rtira mill-Korp tal-Pulizija bħala spettur u kap tal- Forensika. "Meta bdejna ntellgħu l-boroż, ħafna minnhom kienu marbutin sew. Oħrajn infetħu u dak li kien hemm fihom ħareġ. Għaldaqstant għamilt sigħat twal ngħarbel il-ħama u l-oġġetti li tellajna mill-bir biex stajt nifred il-partijiet tal- kadavru", qalli John C. Ellul. Huwa spjegali li dan kien l-ewwel delitt li l-Pulizija użaw din is-sistema, imma b'reqqa kbira Ellul kien irnexxielu jgħaqqad kważi l-kadavru kollu. Dan il-proċess kien intuża wkoll mill-istess Ellul u l-uffiċjali tiegħu fil-każ ta' Ġiġi 'Rizzu' li nqatel f 'Novembru 1996 f 'Għawdex u li l-kadavru tiegħu nstab f 'bir wkoll. Tinstab ukoll l-arma tad- delitt Il-qattiela ta' Lino Cauchi mhux biss ħbew il-fdalijiet tal-vittma, iżda ħelsu wkoll mill-arma tad-delitt. F'waħda mill-boroż il-Pulizija sabu dik li wara rriżulta li kienet l-arma tad-delitt, mazza twila seba' pulzieri u nofs u ħoxna madwar tliet pulzieri bil-manku sserrat. F'borża minnhom il-Pulizija sabu r-ras għaliha li kienet skeletru. Evidenti kienet daqqa fuq in-naħa ta' fuq tar-ras bil-kranju mkisser. Meta saru l-eżamijiet forensiċi rriżulta li d-daqqa li kellha r-ras kienet kompatibbli mal-mazza li nstabet. Tard il-Ġimgħa filgħaxija l-Pulizija kellhom jissospendu t-tfittxija fil-bir. Kmieni l-għada filgħodu mal-ewwel dawl tax-xemx tkompliet it-tfittxija u komplew jinstabu aktar biċċiet ta' laħam li ma kinux fil-boroż li x'aktarx ħarġu maż-żmien. Meta dawn kienu eżaminati rriżulta li kienu jagħmlu parti mill-kumplament tal-ġisem u 8 illum | Il-Ħadd 29 ta' Ġunju 2014 It-tieni parti: Il-qtil tal-accountant Lino Cauchi Is-sejba tal-fdalijiet tingħata prominenza John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt Tnaqqis drastiku fl-istennija għall-anġogram koronarju Ta' Maġġi jeħlu €44,000 f 'penali ISSEGRETARJU Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne żvela li ż-żmien ta' stennija għall-visti tal- anġogram koronarju li jsiru fl-Isptar Mater Dei tnaqqsu minn disa' xhur f 'Diċembru 2013 għal sitt ġimgħat. Iż- żmien ta' stennija għal dawk li jkunu qed joqogħdu fl- isptar niżel għal biss jumejn. Dan qed isegwi l-linji gwida ta' Soċjetà Ewropea tal- Kardjoloġija. L-Onorevoli Fearne qal li dan is-suċċess seta' jinkiseb biss grazzi għall-ħidma ħabrieka tal-ħaddiema tal-kardjoloġija fl-Isptar Mater Dei. Diversi inizjattivi ttieħdu sabiex jiffaċilitaw ix-xogħol mill-ispeċjalisti tal- kardjoloġija. Dawn jinkludu li jippreparaw il-klinika fejn isir l-assessjar tal-anġogram koronarju fejn il-pazjenti qed jiġu invistati qabel jagħmlu l-anġogram. Kien hemm ukoll l-introduzzjoni tal- koordinatur tat-teatru. Fearne rringrazzja lil dawk involuti fil-ħidma fis-settur tas-saħħa għad-dedikazzjoni u l-professjonalità li qed juru u jipprovdu lill-pazjenti tagħna. ILBORD tal-MEPA approva, b'numru ta' kundizzjonijiet, applikazzjoni mill-iżviluppatur tal-Park Industrijali Ta' Maġġi, għas-sanzjonar ta' numru ta' illegalitajiet li saru fl-iżvilupp. Dawn l-illegalitajiet kienu kollha koperti b'avviżi tal- infurzar. Il-Bord ikkundanna l-azzjoni tal-iżviluppatur u tal-periti li wettqu numru ta' illegalitajiet u li ma applikawx qabel ma saru x-xogħlijiet. Dawn l-illegalitajiet se jiswew lill-iżviluppatur 'il fuq minn €44,000 f 'penali. L-Awtorità imponiet penali ta' aktar minn €27,000 wara li l-iżviluppatur issottometta applikazzjoni tal-ippjanar biex jirregolarizza numru ta' ksur li ma kienx konformi mal- pjanti approvati u l-permess mogħti fl-2007. Dan il-ksur jinkludi żieda ta' 10 workshops u 36 spazju ta' parkeġġ fi ħdan il-konfini tal-Park li jinsab fil- limiti ta' Ħaż-Żabbar. Il-Bord tal-MEPA issekkwestra wkoll €17,000, li jirrappreżentaw 20% tal- garanzija bankarja li kienet ġiet imposta fil-permess tal- 2007 relatat ma' xogħlijiet ta' landscaping li kellhom isiru fuq il-post u li għadhom pendenti. Il-Bord ta lill-applikant massimu ta' sitt xhur biex iwettaq ix-xogħlijiet kollha ta' landscaping, fejn għamel enfasi speċjali li s-siġar li se jintużaw ikunu maturi, dan fuq garanzija bankarja ġdida u addizzjonali ta' €50,000. Ix-xogħlijiet ta' tisbieħ jeħtieġ li jsiru qabel jinħareġ il-permess eżekutibbli tal-iżvilupp. Dr Kenneth A. Brown fil-Laboratorju tal-Università ta' Adelaide fl-Awstralja flimkien ma' John C. Ellul (xellug) u Anthony Abela Medici

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 June 2014