Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/337889
10 illum | Il-Ħadd 29 ta' Ġunju 2014 Hurry up! Book today to avoid missing out! Corfu 25th July - 1st August ¢299 FROM Costa Brava - Barcelona 22nd - 29th July ¢299 FROM San Giovanni Rotondo/Assisi 21st - 28th July ¢699 FROM Portugal & Northern Spain 20th - 27th July ¢569 FROM Sorrento, Amalfi & Capri 14th - 21st July ¢489 FROM ¢499 FROM Lourdes 5 days 4th - 10th July, 9th - 15th July ¢539 FROM Italian Dolomites 21st - 28th July ¢399 FROM Lago di Garda 28th July - 4th August ¢469 FROM Normandy 13th - 20th July ¢669 FROM Lourdes 4 days 28th July - 2nd August FROM Dubrovnik 20th - 27th July ¢399 FROM Prague 2-9 July, 9-16 July, 16-23 July ¢329 FROM Rome 28th July - 4th August ¢499 FROM Fatima - Portugal 9th - 16th July ¢599 FROM 27th July - 3rd August BSL Britannia Tours 3,060 SEATS ALREADY SOLD. ONLY 198 SEATS LEFT! … your holiday starts here! Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, services of Tour Leader and all Taxes (Conditions Apply). ¢499 FROM FROM Lourdes 4 days Lourdes 4 days 28th July - 2nd August 28th July - 2nd August FROM FROM 27th July - 3rd August 27th July - 3rd August 3,060 SEATS ALREADY SOLD. 3,060 SEATS ALREADY SOLD. 3,060 SEATS ONLY 198 SEATS LEFT! JULY DEPARTURES ALREADY SOLD. ONLY 198 SEATS Paris ¢669 Last remaining SEATS ON THE FOLLOWING departures! 599 Other destinations/ dates available during August and September Tagħlaq 100 sena u tmur iżżur lil Justyne Caruana GĦAL għeluq il-100 sena tagħha, Josephine Sant żaret lis-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana fl-uffiċini tas-Segretarjat tagħha. Waqt din iż-żjara ħelwa, is-Sinjura Sant irrakkuntat l-esperjenzi tagħha matul ħajjitha u stqarret li kien ta' gost kbir għaliha li ltaqgħet mas-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-anzjani. Min- naħa tagħha Justyne Caruana stqarret li ħassitha tassew ipprivileġġjata b'din iż-żjara. Kampanja t'għarfien dwar għażla aħjar ta' mediċini ILMINISTERU għad- Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili nieda kampanja t'għarfien dwar is-suġġett 'Il-Mediċini: Għażla Aħjar Għalik.' Il-kampanja hija mmexxija mill-Awtorità dwar il-Mediċini flimkien mal-Awtorità ta' Malta għall- Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), u tnediet waqt laqgħa pubblika organizzata flimkien mal-MEUSAC. Dan id-djalogu qed iservi biex il-prezzijiet tal-mediċini jinżammu fl-inqas prezz għall-pazjenti u fl- istess waqt il-pubbliku jkollu disponibbli l-mediċini essenzjali bi prezz raġonevoli u xieraq meta mqabbel ma' pajjiżi oħrajn. Il-Professur Anthony Serracino Inglott, Ċermen tal-Awtorità dwar il-Mediċini, spjega kif l-Awtorità tevalwa l-mediċini kemm dawk ta' referenza kif ukoll ġeneriċi sabiex ikun assigurat li dawn il-prodotti jilħqu l-istandards meħtieġa. Ġie spjegat kif il-pazjenti jistgħu jinvolvu ruħhom fl-għażla tal-mediċini billi jistaqsu lill-ispiżjar jew lit-tabib dwar l-għażla tal-mediċini bi prezzijiet differenti. Tgħid igawdu biss iridu?! JEAN PIERRE CASSAR jpcassar@mediatoday.com.mt "Moħħhom fix-xalar u fit-tbaħrit biss", "igawdu biss iridu!" dawn huma l-kummenti li nisimgħu aħna ż-żgħażagħ fuqna. Din hi l-opinjoni ta' ħafna kbar dwar il-ġenerazzjoni tal-lum. Huwa minnu li ż-żgħażagħ tal-lum iħobbu jgawdu iktar minn ġenerazzjonijiet passati. Illum il-ġurnata pajjiżna joffri diversi attrazzjonijiet u attivitajiet matul is-sena kollha li jiġbdu ż-żgħażagħ u ma jħallulhomx sabar jibqgħu bejn l-erba' ħitan tad- dar. Fil-preżent, b'influwenza mill-mezzi tax-xandir barranin iż-żgħażagħ illum jgħixu bil-mentalità ta' 'darba tgħix' u jippruvaw jagħmlu dan bl-aħjar mod li jistgħu. Il-gazzetta ILLUM ħadet il-kum- menti ta' ftit żgħażagħ Maltin u staqsiethom kif se jgawdu s-sajf tagħhom. Igawdu biss iridu? MARIEL AGIUS Studenta tal-M.A. fl-Interpretar għall- Konferenzi, fl-Università ta' Malta Dan is-sajf stennejtu bil-ħerqa, kemm għax sena università tgħajjik u anke għax dan is-sajf ser ikolli esperjenza ġdida. Wara ġimgħa vaganzi Franza, se ntir minn Marsilja għal Barċellona u nqatta' erba' ġimgħat hemmhekk, noqgħod f 'appartament ma' tliet żgħażagħ Spanjoli oħra. Peress li studjajt u għadni nistudja l-Ispanjol, iddeċidejt li nqatta' ftit żmien hemm għax nemmen li biex titgħallem lingwa sew trid tgħixha. Barra minn hekk, Barċellona hemm minn kollox: postijiet storiċi, mużewijiet tal-arti moderna, ikel tajjeb, bajjiet u ħajja. Hi belt dinamika ħafna u nissuspetta li erba' ġimgħat mhux se jkunu biżżejjed! Justyne Caruana ma' Josephine Sant li għadha kif għalqet 100 sena

