Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/337889
14 illum | Il-Ħadd 29 ta' Ġunju 2014 W illiam Wait jemmen li, kif jgħid il-Malti, ix-xogħol hu s-salmura tal-ġisem. Jemmen li x-xogħol jagħti d-dinjità lill-bniedem u għalhekk importanti li min iħaddem għandu jipprovdi ambjent tajjeb tax-xogħol għal ħaddiema. Aktar ma jkollok ambjent tax-xogħol b'saħħtu, aktar ikollok ħaddiema li jrendu lura l- qadi ta' dmirijiethom. Kburi li ġej minn naħa t'isfel ta' Malta u waħda mill-prijoritajiet tiegħu l-ħajja hi li jgħin lil individwi li jemmnu l-ħiliet u kapaċitajiet tagħhom infushom. Wara karriera ta' 23 sena f 'karigi għolja fis-settur privat tal-manifattura ftit xhur ilu ħadt l-inkarigu ta' ċermen u Kap Eżekuttiv ta' din il-korporazzjoni. Kif kienet it-tranżizzjoni mis-settur privat għas-settur pubbliku? 23 sena huma ħafna u naħseb li anke kieku biddilt mill-privat għall-privat kien ikolli xi mumenti ta' ħsieb aħseb u ara li tibdel mill- privat għas-settur pubbliku fejn kulħadd jimlielek rasek li se jkollok ħafna ndħil politiku. Jien irrid nistqarr li m'għandi ebda ndħil mill-Ministru Konrad Mizzi u mhux talli hekk, talli ġieli nkun jien stess li nħoss li l-kontribut tiegħu jkun siewi. Napprezza wkoll li sibt ħafna ħaddiema hawnhekk li jridu jaħdmu u li jqisu dan il-post bħala t-tieni dar tagħhom. Dan minnu nnifsu jsaħħaħ it-tim kbir li jifforma din il-korporazzjoni u lili jagħtini aktar enerġija. Fil-fatt meta dħalt hawn, kien hemm qbil kollettiv li kien ilu skadut tliet snin. Tajt il-prijorità li kien hemm bżonn u f 'temp ta' xahrejn għalaqnieh u biex allura nikkonkludi fuq din id-domanda, ħsibt li t-tranżizzjoni se tkun aktar diffiċli milli fil-fatt kienet u ninsab kuntent ferm. Dan ir-rwol li int tinsab fih illum ilu jbiddel kapijiet, x'tikkummenta? Iva. Ir-rwol li għandi jien jikkombina żewġ irwoli li fihom qabel kien hawn l-Inġinier Frederick Azzopardi u Tony Meilaq. Azzopardi nafu ftit għax tani l-handover imma Tony Meilaq qatt ma ltqajt miegħu għalkemm naf min hu. L-Inġinier Azzopardi ċċaqlaq biex mar l-Enemalta fejn qed jagħmel xogħol imprezzabbli però ma dħaltx fil-merti ta' għaliex dawn iż-żewġ persuni ċċaqilqu minn hawn. L-ARMS però hija storja oħra fejn għandek lil kulħadd jispara lejn din il-kumpanija u ssib ħafna nies li jaċċettaw dak li tagħmel l-Enemalta jew il-korporazzjoni tal-Ilma imma mhux l-istess meta jisimgħu l-isem tal-ARMS. Imma int qiegħed hawn biex tibqa', mhux hekk? Iva dak hu l-għan tiegħi. Qsamt il- linja bejn is-settur privat għas-settur pubbliku għax nemmen li nista' Frederick Attard fattard@mediatoday.com.mt William Wait Età - 46 Status - Miżżewweġ lil Marika, pro- neputija ta' Pawlu Boffa u għandu żewġt itfal Motto - Today I am moving clouds, tomorrow I will try mountains Intervista ma' William Wait, Chairman u Kap Eżekuttiv tal- Korporazzjoni tas- Servizzi tal-Ilma It-telf tal-ilma jonqos drastikament

