Illum previous editions

illum 29 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/337889

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

28 illum Il-Ħadd 29 ta' Ġunju 2014 SPORTSillum Qormi Hockey Club jorganizzaw il-kompetizzjoni EuroHockey QORMI Hockey Club organizzaw b'suċċess il- kompetizzjoni EuroHockey Club Champions Challenge IV u s-suċċessi sarrfu ruħhom ukoll fil-grawnd. Total ta' disa' logħbiet intlagħbu fuq erbat ijiem li raw żewġ timijiet jirbħu l-promozzjoni għal Challenge III s-sena d-dieħla. Minbarra Qormi HC u Floriana YS, ħadu sehem ukoll erba' timijiet barranin. Kien hemm Seinajoki Utd (Finlandja), Olcote HC (Ungerija), Kringsja SK (Norveġja) u Inta-Baltic Champignons (Litwanja). Is-sitt timijiet kienu maqsuma f 'żewġ gruppi biż-żewġ timijiet Maltin miżmuma 'l bogħod minn xulxin. Qormi HC rebħu l-logħbiet kollha tagħhom ta' Grupp B billi rebħu lil Olcote HC 5-1 u lil Kringsja SK 3-0. Floriana YS rebħu l-ewwel logħba tagħhom kontra Seinajoki Utd 4-3 iżda tilfu t-tieni waħda 3-2 kontra Inta-Baltic Champignons. Qormi spiċċaw l-ewwel fil-grupp tagħhom b'għaxar punti filwaqt li Floriana YS spiċċaw fit-tieni post ta' Grupp A. Dan kien ifisser li l-aħħar ġurnata tat- turnament kienet se tlaqqa' liż-żewġ timijiet Maltin fi playoff għall-promozzjoni. Il-playoff l-oħra kienet bejn Inta-Baltic Champignons u Kringsja SK. Inta-Baltic rebħu lil Kringsja SK 2-1 f 'logħba missielta ħafna iżda l-attenzjoni ta' kulħadd kienet fuq id-derby lokali bejn Qormi HC u Floriana YS. Ir-rebħa marret għand Qormi li ħarġu rebbieħa bl-iskor t'4-0. B'din ir-rebħa Qormi ġew rebħu l-logħbiet kollha li lagħbu billi skorjaw tnax-il goal u qalgħu wieħed biss. B'hekk is-sena d-dieħla Qormi HC flimkien ma' Inta-Baltic se jkollhom l-opportunità li jikkompetu f 'Challenge III. Wara l-logħba, is- Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius ikkongratula lill- plejers u lill-uffiċjali ta' Qormi HC u awguralhom għall-parteċipazzjoni tagħhom f 'kompetizzjonijiet Ewropej. Waqt iċ-ċerimonja tal-għoti tat-trofej, Qormi HC u Inta-Baltic ingħataw trofew bħala ż-żewġ timijiet li ġew promossi bil-Qriema jirbħu wkoll żewġ unuri individwali. Juan Sarcia spiċċa t-turnament bħala top scorer b'total ta' ħames gowls filwaqt li Ramon Chircop ġie magħżul bħala l-aħjar goalkeeper tat-turnament. L-aqwa plejer tat-turnament ħadha Dominykas Varnas ta' Inta-Baltic. Finalment, id-direttur tat-turnament Olivier Plate kkongratula lil Qormi HC tal-organizzazzjoni ta' dan it-tournament u rringrazzja lit-timijiet kollha li ħadu sehem. Huwa faħħar lil Malta għall-ospitalità tagħha u rringrazzja lil Qormi HC u lill-Assoċjazzjoni Maltija tal- Hockey li permezz tagħhom seta' jseħħ dan it-turnament li ġab fi tmiemu l-istaġun lokali tal-Hockey. L-MFA ssellem il-memorja tal-eks plejer nazzjonali Tony Calleja ILMALTA Football Association uriet sogħba għall-mewt tas-Sur Tony Calleja, eks-plejer tat-tim nazzjonali Malti, li ħalla din id-dinja fl-età ta' 71 sena. Calleja beda l-karriera tiegħu ma' Valletta fl-1962, fir-rebħa ta' 6-0 fuq St Patrick's. Calleja lagħab għal tmien staġuni ma' Valletta bejn l-1961/62 u l-1968/69. Hu lagħab 77 partita u skorja 25 gowl. Calleja lagħab ukoll mat- tim nazzjonali fis-27 ta' April, 1969, fit-telfa ta' 3-1 f 'partita ta' ħbiberija kontra l-Awstrija. L-MFA tibgħat il- kondoljanzi profondi tagħha lill-familja Calleja. L-eks plejer tat-tim nazzjonali, Tony Calleja, li ħalla din id-dinja -età ta' 71 sena L-iskwadra rebbieħa ta' Qormi Hockey Club

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 June 2014