Illum previous editions

illum 29 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/337889

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Il-Ħadd 29 ta' Ġunju 2014 | illum 5 Il-marda tal-kanċer f 'poeżiji JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt INEVITABBILMENT il- kanċer hu sinonimu mal- kruha tad-dinja iżda dan ma żammx lil Glen Calleja milli jikteb għadd ta' poeżiji dwar din il-marda. Hu stess jammetti li s-suġġett mhux wieħed popolari wisq fil-letteratura Maltija, u qajla ssib referenza għalih bil-Malti. "Rari ssib min jikteb u jitkellem fuqu fil-lingwa Maltija u wisq inqas f 'kuntest artistiku," jgħid Calleja. Mistoqsi għalhekk x'jirrispondi għal min isostni li l-ktieb kien barra minn loku, il-poeta jsostni li għalkemm is-suġġett mhux wieħed sabiħ, jippreżenta bosta opportunitajiet u mistoqsijiet li wieħed diffiċli jsib f 'oqsma u esperjenzi oħra tal-ħajja. "'Barra minn loku' huwa l-iktar territorju eċitanti għall-artisti. Huwa l-ambjent naturali fejn għandek tfittex poeta," qal Calleja f 'kummenti ma' din il-gazzetta. L-awtur jiddeskrivi l-ktieb tiegħu, 'Kif mal-għabex tnin u tmut saħħet il-jum,' bħala poeżija ta' mħabba, b'esplorazzjoni ta' xbihat sagri, banali, intimi, ta' tabù u mistoqsijiet eżistenzjali. F'dan il-ktieb, Glen Calleja jesplora xi tfisser tkun f 'dik ir-rokna u x'wiċċ għandha t-theddida. Fil-fatt, il-poeżiji huma bbażati fuq l-esperjenzi ta' diversi nies li għaddew jew għaddejjin mis-sofferenza li jġib miegħu l-kanċer. Dawn ġew intervistati dwar id-dijanjosi, l-ewwel reazzjonijiet tagħhom għall- aħbar, dwar il-proċess ta' trattament, dwar il-ġlieda u, f 'xi każijiet, dwar il-proċess tat-telfa. "Kollha huma nies li jafu l-kanċer mill-qrib ħafna għax għexuh u għadhom jiltaqgħu mal-kanċer wiċċ imb wiċċ ta' kuljum." L-awtur qal li jaf x'jiġifieri l-kanċer għax tilef żewġ zijiet b'din il-marda. Imma jgħid li ma kinux l-esperjenzi personali li xprunawh biex jesplora dat-territorju. "Bħalma l-pazjenti, is- sopravissuti u l-vittmi huma akbar mid-dijanjosi u l-marda tagħhom, dan il-proġett jaspira għal diskors li jmur lil hinn mill-kanċer. "Kien hemm l-ossessjoni fl- immaġinazzjoni pubblika biex kuljum naraw xi ħaġa traġika dwar il-kanċer u magħha nżidu doża ta' ispirazzjoni u gwerra. Kien hemm l-ikoni u l-personalitajiet li kull sena noħolqu marbutin mal-'gwerra dinjija' kontra l-kanċer. Kien hemm dan kollu li kien qed jisseduċini," itemm jgħid Calleja. Il-ktieb 'kull flgħaxija kif mal-għabex tnin u tmut saħħet il-jum' qed joħroġ bħala parti mill-proġett Fawwara. Il-ktieb jinsab għall-bejgħ mill- ħwienet ewlenin jew ċempel 99236238. Glen Calleja, l-awtur tal-ktieb Struttura effettiva WAQT iċ-ċerimonja tal- aċċettazzjoni tal-membri l-ġodda tal-Kumitati Amministrattivi, is- Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo sostna li "jekk wieħed jgħid li s-sistema preżenti tal-kumitati amministrattivi hija waħda li taħdem b'mod perfett wieħed ikun qed jidħak bih innifsu." Huwa sostna li wasal iż-żmien sabiex inħarsu lejn riforma fis-sistema tal-Gvern Lokali, riforma li tħares lejn sistema fejn dawn it-tliet livelli ta' Gvern Lokali (jiġifieri, ir-Reġjuni, il-Kunsilli Lokali u l-Kumitati Amministrattivi) jaħdmu flimkien b'aktar sinerġija sabiex b'hekk l-istruttura tal-Gvern Lokali ssir waħda aktar effettiva u aktar viċin in-nies. Dr Stefan Buontempo saħaq li ma jistax ikun li nkomplu noħolqu strutturi mingħajr ma nagħtuhom l-għodda meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jaħdmu u jwettqu l-proġetti tagħhom. Għalhekk irriafferma l-ħsieb tas-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Gvern Lokali li wara konsultazzjoni wiesgħa jwettaq ir-riformi neċessarji. Fenech iwissi l-Gvern fuq in-nefqa u d-dejn Ewropea li jkompli fuq it-triq mibdija matul il-leġislatura li jitnaqqas id-defiċit ta' pajjiżna. "Agħar minn hekk, joħloq tħassib qawwi fuq is- sostenibbiltà fuq medda itwal ta' żmien tal-finanzi ta' pajjiżna," temm jgħid l-eks Ministru tal-Finanzi. "Żidiet pjanati" Iżda minn naħa l-oħra l-Gvern qal li ż-żidiet fin- nefqa kienu kollha pjanati u allokati fl-aħħar baġit. Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Finanzi qal kif il-miri tal-Gvern qegħdin jintlaħqu u li n-nefqa minn Jannar sa Mejju 2014 kienet biss €4.5 miljun iktar minn dak li kien previst. B'referenza għall-kritika tal- Oppożizzjoni, il-Ministeru tal-Finanzi qal li fejn jidħlu pagi, iż-żieda hi konformi ma' dak li kien previst minħabba żidiet lill-impjegati skont il- ftehim kollettiv. L-istqarrija tkompli tgħid li ż-żieda fid-dħul mit-taxxi indiretti tikkonferma li r-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma qed tħalli aktar flus fil-but, li kienet qed tiġi riflessa f 'żieda fil-kummerċ.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 June 2014