Illum previous editions

ILLUM 6 JULY 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/341810

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 06 ta' Lulju 2014 | illum 13 Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mowbajl. Ibgħat lil poodle@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ … Scoop ta' vera Iktar ma jgħaddi żmien iktar nifhem li n-nisel veru ta' Xmun Busuttil huwa infatti Fredu Sant. Fredu Sant, il- bravu eks Prim Ministru Lejburista, li kien magħruf għall-fatt li xi drabi kien qisu Forrest Gump. Jew aħjar, żiemel li għandu għajnejh mgħottija. Tiħdux għalikom imma jien naħseb li t-tnejn jiġu minn xulxin. Għax meta tara kemm it-tnejn li huma għandhom rashom stinata u iebsa, ikolli ngħid li Xmun għandu l-istess ġenetika ta' Fredu Sant. Mela din il-ġimgħa meta Xmun kien qiegħed fil-parlament u sema' bil-fatt li Kessler, jew aħjar spettur Clouseau, kien staqsa xi mistoqsijiet fuq Dalli (John) lil Pietru Pawl Zammit, Xmun sploda u qal lil Muscat li huwa dittatur u mbagħad li qed imexxi Repubblika tal-Banana. U bħal ma jgħid il-Malti pur, irid ikollok wiċċek u sormok l-istess biex tippontifika u tgħajjar xi ħadd b'dak li inti magħruf għalih, ix-xjenza tal-banana u l-fatt li għal dawn l-aħħar snin il-gvern ta' Gonzi li kien parti minnu Xmun mexxa l-pajjiż qisu dittatorjat u mhux demokrazija. Naħseb li tant drajna lil Xmun jgħid ċuċati li naħseb li Xmun baqa' ma ndunax kemm ħadd mhu qed jieħdu bis-serjetà. Flus deħlin mir- ravjulata Biex iħallsu għad-dejn kbir u l-kontijiet li ma jispiċċaw qatt l-għorrief ta' Salamun organizzaw ravjulata fid-Dar Ċentrali. Ħabib intimu li ma tantx għandu suf – mhux bħali – attenda għal din ir-ravjulata u qalli li dak li spikka kien l-ambjent sabiħ tad-Dar Ċentrali. Għoġbu li jagħtina kumment iżda insista li jibqa' anonimu għax ma riedx li darb'oħra ma jkunx mistieden jonfoq €10 għall- platt ħażin. Il-kumment kien hekk: "Jiena ħadt pjaċir b'din ir-ravjulata għax verament togħġobni l-veduta u l-atmosfera tad- Dar Ċentrali. Meta nkun hemmhekk jiġuni memorji ta' meta kont il-ħabs. L-istess feeling u togħma. Qed ngħidlek hemm atmosfera tal-ġenn man" Meta staqsejnieh fuq il-kwalità tar-ravjul. Irrisponda: "Insomma, kienu iebsin u r-rikotta ta' ġo fihom kienet tinten mhux ħażin." Staqsejna jekk Xmun niżilx jiekol magħhom. "Dażgur, imma hu ma jikolx ravjul għax jgħid li qiegħed fuq dieta u wisq ravjul jirrovinawlu s-six pack'." Love is in the air Ikolli nammetti li vera ħadt pjaċir l-ewwel unjoni ċivili kienet ta' familja Nazzjonalista u ta' tifla ta' eks ministru Nazzjonalista. Verament prosit, ħasra li meta Xmun u sħabu ġew biex jivvutaw ma applikawx l-istess żelu u entużjażmu li urew dawn iż-żewġ għarajjes. Ippruvjat nidħol f 'Ta' Ċenc u nieħu ftit ritratti imma ma ħallewnix dawk is-security moqżieża. Imma lħaqt rajt lil Rikkardu Cachia Caruana fil-lukanda Ta' Ċenċ. Ħadt pjaċir li rajtu, ikolli ngħid minn wiċċu kien qed jieħu pjaċir kbir. Fittixt lil Xmun ukoll, iżda ma rajtux. Viva l-PP Kemm ħadt pjaċir nara l-kummissarju l-antik Pietru Pawl waqt ir-riċeviment tal-200 anniversarju mit-twaqqif tal-Pulizija. Kemm kien smart u kemm deher kuntent fir-rwol tiegħu bħala Head of Security. Ikolli ngħid li din il-kariga kienet maħluqa biex Pietru Pawl ma jmurx lura jsaqqi l-ħass tal-Marsa. Għax bejnietna ma nistax nimmaġinah fir-rwol tiegħu ta' Security Chief. Imma mhux se nindaħal, il-problema tkun jekk jagħmel vroma bħala Chief tas-Security. Imbagħad x'jiġri? Eħħ, jien għandi idea! Nitfgħu kap tat- taqsima tal-klieb. Il-ostra tajba! Ara kemm inkun nista' nixxala u nibilgħu f 'għajni. Peter Paul Zammit Id-Dar ta' Karmni Grima miftuħa bi prezz ridott Il-Mużew Dar Karmni Grima Justin Falzon f 'edizzjoni limitata ta' 99 kopja, b'daqs ta' 35x50ċm. Sadattant, għadu kemm ħareġ DVD ġdid b'dokumentarju mill-isbaħ li jirrakkonta l-ġrajja tas- sejħa tal-Madonna ta' Pinu lil Karmni Grima u Franġisk Portelli. Id-dokumentarju huwa bil-Malti u bl-Ingliż, u ġie maħdum professjonalment minn Citadel Video Communications. Id-DVD kif ukoll l-Inċiżjoni, li baqa' biss ftit kopji minnha, jistgħu jinkisbu kemm mill- Mużew Dar Karmni Grima u mis-Santwarju Ta' Pinu. ċert li l-kuntrattur iżomm mar-regolament tas-sigurtà u l-indafa. Dan il-proġett hu kollu tal-Kunsill u se jkun wieħed mill-isbaħ proġetti li jkun waqqaf il-Kunsill u se jiġi jiswielna €180,000." Is-Sindku Għajnselmiż kompla jgħid li kull proġett li għamlu fir-raħal dejjem ħoloq xi tgergir. "Idejjaqna t-tgergir għax wara kollox dak li nkunu qed nagħmlu nagħmluh biex fir-raħal ikollna xi ħaġa isbaħ. Donna ninsew kemm batejna meta kienet qed issir it-triq bejn ix-xatt u x-Xewkija. Meta t-traffiku kollu kien jgħaddi min-nofs ir-raħal bl-iskumdità kollha li r-raħal ġarrab għal diversi xhur. Iżda llum qed ingawdu minn din it-triq sabiħa li saret mix-xatt sar- Rabat. U hekk se jkun dan il-proġett li se jkun l-isbaħ belveder f 'Għawdex kollu u se jkun attrazzjoni għat- turist barrani u Malti fejn jista' jgawdi l-isbaħ veduta f 'Għawdex." Sadattant tlabt lis-sindku jagħtini l-istorja tal- pjazza ta' Għajnsielem li se nippublikawha f 'ħarġa oħra.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 JULY 2014