Illum previous editions

ILLUM 6 JULY 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/341810

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 06 ta' Lulju 2014 | illum 21 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SGN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Sit: www.illum.com.mt • Email: illum@mediatoday.com.mt G ħalkemm it-tipjip f 'pajjiżna f 'postijiet pubbliċi ilu pprojbit sa mill-2004, hu fatt magħruf minn kulħadd li t-tipjip għadu jsir f 'ħafna postijiet mingħajr infurzar tal-liġi. L-aktar postijiet fejn din il-liġi hi l-aktar injorata huma l-postijiet ta' divertiment fejn wieħed ikun qed jixrob xi grokk jew tnejn mal-ħbieb u s-sigaretti ma jonqsux. Li t-tipjip hu ħażin għas-saħħa llum kulħadd jaf u sa minn etajiet żgħar, it-tfal tagħna qed ikunu mgħallma dwar il-mard serju li jwassal it-tipjip, inkluż il-mard tal-kanċer. Matul dawn is-snin rajna diversi kampanji edukattivi dwar il-mard assoċjat mat-tipjip u d-dipartiment għall-għarfien tas-saħħa kellu sehem importanti ħafna sabiex dan il- messaġġ jitwassal kif xieraq. Iżda filwaqt li teduka hi waħda mill-aqwa forom biex tiġġieled kawża bħat-tipjip, l-edukazzjoni waħedha mhijiex biżżejjed jekk ma jkunx hemm infurzar tal-liġi. Hija inaċċettabbli li sal-lum għad hawn bars u stabbilimenti ta' divertiment li jippermettu t-tipjip fil- postijiet tagħhom. Min ma jpejjipx iħossu skomdu li jiġbed l-attenzjoni dwar it-tipjip meta jkollok l-istess sid il-post li qed ipejjep jew ikollok il-maġġoranza ta' dawk preżenti madwarek kollha jdaħħnu. Apparti l-ħsara fuq saħħet l-individwu li jkun qed ipejjep, hemm il-ħsara lil dawk tal-madwar minħabba t-tipjip passiv fejn wieħed mingħajr ma jkollu għażla, jispiċċa jibla' d-dħaħen mit-tipjip ta' ħaddieħor. Jeħtieġ għalhekk li jkun hemm infurzar aħjar u li jiżdiedu l-penali għal min ikun qed jikser din il-liġi li issa ilha fis-seħħ għal għaxar snin. W ara li s-26 ta' Mejju beda t-tħar għaż- żejt mill- kumpanija Phoenicia Energy f 'ibħra madwar 130 kilometru n-Nofsinhar ta' Malta permezz tar-rig taż-żejt Noble Paul Romano, issa sirna nafu li l-bir bl-isem ta' Ħaġar Qim 1 ġie abbandunat wara li ma nstabu ebda traċċi ta' gass jew żejt. Il-Ħaġar Qim huwa l-ħdax-il bir li tħaffer fl-ibħra Maltin wara li l-aħħar li tħaffer kien il-bir bl-isem ta' Lampuko li kien sar fl-2002. Din l-aħbar ikkuntrastat ferm mal-kummenti li kien ta l-Ministru Joe Mizzi waqt intervent li kien għamel f 'konferenza organizzata minn The Economist f 'Marzu li għadda. Dakinhar, il-Ministru Mizzi kien qal li t-tħaffir se jsir f 'post fejn hemm ċans kbir li jinstabu ammonti kbar ta' żejt, possibilment fi kwantitajiet kummerċjali. Issa li nafu li ma nstab xejn, ħafna bir-raġun qed jistaqsu x'teknoloġija qed tintuża fir- riċerka sabiex ikunu identifikati ż-żoni fejn għandu jsir it-tħaffir għaż-żejt. Dan għaliex aktar ma jmur, it-teknoloġija aktar qed tirfina u llum suppost li l-apparat li jintuża għandu jwassal għal żoni aktar preċiżi fejn għandu jsir it-tħaffir. Meta wieħed jikkunsidra li Malta hi mdawra b'pajjiżi li kollha ħaffru bjar għaż-żejt b'suċċess, wieħed bir-raġun li jistaqsi għaliex pajjiżna qed jibqa' jħaffer mingħajr riżultati pożittivi. Jista' jkun li hemm min għandu skopijiet li Malta tibqa' ma ssibx żejt? It-tipjip f 'postijiet pubbliċi Bqajna bla żejt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 JULY 2014