Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/341810
LINO Cauchi, li l-isem propja tiegħu kien Paolino, inqatel b'daqqa ta' mazza f 'rasu fil-15 ta' Frar 1982 fl-età ta' 32 sena. Meta nqatel, martu Anna, kienet qed tistenna tarbija, tifel, li Lino qatt ma ra. Dan id- delitt baqa' qatt ma ġie solvut. Din hija t-tielet u l-aħħar parti ta' dan il-qtil. Arrestata Anna Cauchi Sakemm il-kadavru ta' Lino kien għadu ma nstabx u lanqas identifikat, Anna Cauchi, mart il-vittma baqgħet dejjem tittama li Lino kien se jiftaħ il-bieb u jidħol id-dar. Sena wara l-għibien ta' żewġha, fi Frar tal-1983, il-Pulizija kienu talbu lil Anna biex tmur il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għax xtaqu jkellmuha. Sakemm waslet il-Furjana għaddew numru ta' ħsibijiet minn moħħ il-mara, iżda żgur mhux dak li kien hemm lest għaliha. Kif waslet id-Depot daħluha f 'ċella u qalulha biex tgħid dak kollu li kienet taf dwar l-għibien ta' żewġha. Wieħed mill- investigaturi kien qalilha "Issa tkellem. Int taf sew dwar Lino." Wara sigħat twal maqfula fiċ- ċella, Anna nħelset u l-Pulizija qatt ma ħarġu akkużi kontriha. Rikatt Ftit ġimgħat qabel ma Anna welldet it-tarbija, tifel li semmietu Paolo għal missieru, il-mara kienet irċeviet invilopp iswed b'ittra anonima fih fejn ġiet mitluba tpoġġi ammont sostanzjali ta' flus, Lm4,000 (€9,320) f 'kaxxa u tpoġġihom f 'post indikat fil-ġnien li hemm faċċata tal-MUSEUM fil-Blata l-Bajda. Jekk ma kinitx se tagħmel hekk kienu se jibgħatulha lil żewġha mqatta' f 'biċċiet. Anna kienet infurmat b'dan ir-rikatt lil missier Lino. Bi ftehim mal-Pulizija, il-kaxxa tpoġġiet fil-post indikat, iżda fil- kaxxa ma kinux tpoġġew il-flus mitlubin. Diversi Pulizija pajżana ċċirkondaw il-post u qagħdu għassa. Il-kaxxa nġabret minn raġel iżda meta dan inżamm mill-Pulizija rriżulta li ma kellu x'jaqsam xejn u sempliċiment ġabar il-kaxxa għall-kurżità. Dwar l-ittra ta' rikatt li rċeviet Anna, kont tkellimt mal-Ispeaker tal-Kamra, Dr Anġlu Farrugia li dak iż-żmien kien wieħed mill-investigaturi. Dr Farrugia kien qalli li l-istruzzjonijiet kienu biex il-flus jitpoġġew f 'kaxxa u f 'basket tal- plastik minn missier Lino. Huwa qal li kien hemm xi kritika dwar l-operazzjoni, iżda l-fatt li hekk kif persuna ġabret il-basket bil-kaxxa ġiet arrestata immedjatament, wera kemm il-Pulizija kienu effiċjenti. Sfortunatament wara li dan kien interrogat fit-tul ma rriżulta xejn. Mill-ewwel deher li dan il- każ kien wieħed jaħraq ħafna u li ma kienx daqshekk faċli li jissolva, qalli Dr Farrugia. Huwa kompla jgħidli li l-ewwel investigazzjonijiet kienu dwar każ ta' għibien ta' persuna u mhux ta' omiċidju għax ma kienx hemm kadavru. Jinżamm kollox mistur Fil-ħarġa ta' nhar il-Ħadd li għadda, semmejna kif il-Pulizija Maltija u esperti forensiċi kienu marru l-Awstralja biex jagħmlu eżamijiet forensiċi fuq fdalijiet ta' żewġ kadavri, dak ta' Lino Cauchi u ta' Manwel Micallef li kellu 25 sena minn Birkirkara li kien għeb fi Frar 1985 u li l-kadavru tiegħu kien instab midfun qrib it-Torri tal-Għallis f 'Mejju 1986. Il-ġurnalist Awstraljan Gerard Tidd kien segwa l-eżamijiet forensiċi li kienu qegħdin isiru fil-Laboratorju tal-Università ta' Adelaide. F'artiklu li ppubblika fil-ġurnal 'The Adviser' fil- ħarġa ta' nhar it-Tlieta, 12 ta' April 1988 kien ikkwota lil Anthony Abela Medici jgħid li "issa għandna żewġ vittmi li huma pożittivament identifikati u b'hekk hemm ċans akbar li jkunu solvuti t-tnejn". Iżda minkejja din l-istqarrija f 'ġurnal Awstraljan, il-Pulizija Maltija baqgħu ma ħarġu xejn uffiċjali hawn Malta. L-aħbar kienet ħarġet, iżda mhux b'mod uffiċjali tant li mart Lino, kif ukoll il-qraba tiegħu tħallew fil-għama u l-fdalijiet baqgħu jinżammu fil-Laboratorju Forensiku tal-Pulizija fil-Furjana għal diversi snin. Wara xhur ta' pressjoni, anke fil-Parlament, fl-aħħar ingħatat l-aħbar li l-fdalijiet umani li kienu nstabu f 'bir fil-Buskett f 'Novembru tal-1985 kienu ta' Lino Cauchi. L-ewwel funeral li beda mid- Depot tal-Pulizija Bħalma għamilt referenza diġà, meta Anna Cauchi rat l-aħħar darba lil Lino ħaj kellha tliet xhur tqala. Sitt xhur wara li kien għeb żewġha, fil-15 ta' Awwissu, nhar Santa Marija, Anna welldet tifel. Kienu mumenti ta' ferħ, iżda fl-istess ħin ta' niket kbir 8 illum | Il-Ħadd 06 ta' Lulju 2014 It-tielet parti: Il-qtil tal-accountant Lino Cauchi Il-Pulizija tinterroga lill-mara tal-vittma John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt Tislima lil Anton Cassar KMIENI din il-ġimgħa tħabbret il-mewt tal- ġurnalist veteran Anton Cassar, fl-età ta' 90 sena. Cassar beda l-karriera ġurnalistika tiegħu ma' Il-Berqa fl-1946 u aktar tard fil-karriera serva bħala l-ewwel editur ta' L-Orizzont. Cassar kien irċieva l-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika fl-1993 u anke l-Unur tad-Deheb għall-Ġurnaliżmu sitt snin wara bħala rikonoxximent għall-ħidma tiegħu fil- qasam ġurnalistiku. ILLUM tkellem ma' Frans Ghirxi, eks editur tal-ġurnal L-Orizzont li ħadem mill- qrib ħafna ma' Anton Cassar u jiddeskrivih bħala pilastru ewlieni tal-ġurnaliżmu tal- GWU. "Anton Cassar kien fost dawk li fuqhom inbniet l-istorja tal- ġurnali tal-General Workers' Union, partikolarment bit- twelid tal-ġurnal ta' kuljum L-Orizzont f 'Novembru tal-1962. Mhux biss welled il-ġurnal imma rawwem ukoll l-ewwel ġurnalisti tal-Union Press. Għal dawn il-ġurnalisti u tista' tgħid l-oħrajn kollha li ġew warajhom, Anton ma kienx biss għalliem u gwida, imma wkoll ta eżempju mill- aqwa ta' kif għandha titħaddem il-professjoni ġurnalistika" qal Ghirxi. Il-parir ta' Anton Cassar lil kull editur li kien hemm warajh, fosthom l-istess Frans Ghirxi, kien li meta jkollok gazzetta f 'idejk bħala editur hu daqslikieku għandek f 'idejk arma qawwija. "Tabbużawx minnha u tħallux min jużaha għal skopijiet personali" kien dejjem il-parir ta' Cassar. Kompla jgħid li "Anton dejjem emmen li minkejja li bħal kull ġurnal ieħor, il-ġurnali tal-Union Press kellhom linja editorjali primarjament li tirrifletti l-pożizzjoni tal-GWU, dejjem insista li jkun hemm spazju għal kulħadd". Frans Ghirxi temm jgħid li l-ġurnal L-Orizzont għal Anton kien parti mill- familja immedjata tiegħu. Baqa' jżur l-istamperija sa ftit qabel miet. Jistaqsi. Jissuġġerixxi. Jiġbed l-attenzjoni bl-aktar mod prudenti. "Kien perfett it-titlu li ħareġ bih L-Orizzont l-għada tal- mewt tiegħu: Tlifna missier". ILLUM tkellmet ukoll ma' Carmen Sammut, lecturer fl- Università u opinjonista fejn spjegat li ħafna ġurnalisti veterani qed iħossu tassew it-telfa ta' wieħed mill-ġganti fix-xena tal-mezzi tax-xandir f 'Malta. Sammut ikkwotat silta meħudha minn intervista ma' Anton Cassar fit-2 ta' Frar 1996 fejn fiha Cassar kien qal "Meta l-Kunsill tal-Union approva mill-kariga tiegħi, ngħaqadt mal-Union Press. Kont l-unika ġurnalist fulltime tagħhom. Fl-ewwel ġurnata tax-xogħol tiegħi dħalt f 'kamra ċkejkna, miżgħuda bil-karti, u kien hemm mejda żgħira u typewriter. Kont waħdi." Sammut tgħid li meta ngħaqad miegħu Paul Carachi, it-tnejn stabilixxew l-ewwel stil ta' gazzetta tabloid u bdew il-ġurnaliżmu investigattiv f 'Malta. Kienu jindagaw f 'każijiet jaħarqu ta' reati bħal ta' Ġiġa u ta' Ċikku Fenech. Qalet ukoll li "L-Orizzont malajr bdiet tieħu post il- gazzetta bil-Malti ta' Strickland House, Il-Berqa, infatti qabżet l-ammont ta' qarrejja. Anton Cassar kien qed jindaga f 'każijiet sensittivi matul it-tieni kriżi politiko-reliġjuża tas-sittinijiet." Kompliet tgħid "Għalkemm il-gazzetta kienet tissimpatizza mal- Partit Laburista, L-Orizzont, l-editur u l-ġurnalisti ma kinux affetwati mill-interdett minkejja li l-ġurnalisti ta' Freedom House, tal-Partit Laburista, kienu." "Ix-xorti mhux dejjem daħqitlu lil Anton, b'mod speċjali f 'ħafna kwistjonijiet interni fil-GWU fis-sebgħinijiet imma dejjem baqa' leali anke meta spiċċa jservi bħala Segretarju Amministrattiv sakemm irtira" qalet Sammut. Sammut temmet tgħid li Cassar baqa' awtur prolifiku u attiv fi ċrieki ġurnalistiċi sat-tmeninijiet. Il-memorji tiegħu huma miġbura f 'kotba u f 'diversi artikli, li hu kien ikkopja b'reqqa u ppreżenta lilha matul ir-riċerka tad- dottorat tagħha ħafna snin ilu. Din il-gazzetta ssellem b'rispett lil Anton Cassar u twassal il- kondoljanzi lill- familja tiegħu. "Irranġajt u ġibt il- permess biex għall- ewwel darba funeral beda mid-Depot tal- Pulizija fejn il-fdalijiet tpoġġew f 'tebut u f 'hearse privata u akkumpanjat bis- saċerdot" – John C. Ellul Ritratt ta' Manwel Micallef Pilastru tal-ġurnaliżmu - Anton Cassar

