Illum previous editions

ILLUM 6 JULY 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/341810

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

4 illum | Il-Ħadd 06 ta' Lulju 2014 JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt KULL artist joħlom li xi darba jew oħra jkollu xi biċċa xogħol f 'xi knisja, peress li fil-knejjes Maltin insibu wħud mill- aqwa teżori artistiċi. Iżda jekk artist ikun irnexxielu jagħmel dan fl-età żagħżugħa ta' 25 sena, mela l-futur huwa wieħed promettenti u sabiħ. "Hu ta' sodisfazzjon kbir jekk toqgħod tqis li hawn min ilu għomru jpitter u ma kellux dawn l-opportunitajiet, u jien ta' 25 sena diġà kelli dal- proġetti kbar," jistqarr l-artist kif nibdew din l-intervista ftit metri 'l bogħod mill-aħħar xogħol tiegħu: statwa realistika ta' San Ġorġ Preca. L-artist mhu ħadd ħlief Manuel Farrugia, li f 'temp ta' ftit snin sar wieħed mill-artisti l-aktar imfittxija kemm għal xogħlijiet prestiġjużi fil-festi Maltin kif ukoll għal xogħlijiet privati. Fost l-oħrajn, Manuel Farrugia diġà għandu xogħlijiet fil-knejjes ta' Raħal Ġdid, f 'ta' San Ġorġ Ħal Qormi, f 'San Pawl il-Baħar u f 'dik ta' San Anton Abbati fix-Xagħra Għawdex. Isemmi wkoll xi xogħlijiet li għamel għal knejjes fi Sqallija u fil-Kenja. Farrugia kiseb prominenza minħabba r-realiżmu li wieħed jista' jsib fix-xogħlijiet tiegħu. Il-pitturi tal-artist Għawdxi jitkellmu waħedhom, mingħajr ebda bżonn ta' spjegazzjoni. B'ċertu umiltà, Farrugia jispjega li s-sigriet ta' dan hija kumbinazzjoni ta' sempliċità u d-dettall. "Is-sempliċità hi importanti; biċċa tal-arti għandek tħalliha fin-naturalezza tagħha, iżda l-għajn għad-dettall hi importanti wkoll. Fix-xogħlijiet tiegħi nidħol ukoll fl-aspett tad-dawl u kif id-dawl jaqa' fuq pittura biex din tingħata aktar il-ħajja," jispjega Manuel Farrugia. Għalkemm ix-xogħlijiet ta' Farrugia fil-festi kienu dawk li tawh l-aktar prominenza, l-artist jistqarr li aktar jippreferi jaħdem għall-privat. "Għandek Manuel l-artist li fil-privat jista' jesprimi ruħu aktar, mingħajr il- limitazzjonijiet li jġibu magħhom ix-xogħol tal-festi; u għandek Manuel tal-festi biex jaqla' lira x'jiekol peress li mingħajr dubju xogħol tal-festi jrendi ħafna aktar." Mistoqsi ma' liem artist in-nies ixebbhuh, Farrugia jgħid li kienu ħafna li laqqmuh bħala l-Giuseppe Calì l-ġdid, wara l-artist Malti li ddomina l-bidu tas-seklu għoxrin. Iżda għalkemm dan ix-xebh fil-bidu kien jagħmlu onorat, Farrugia jammetti li issa dan ix-xebh sar idejqu. "Niddejjaq li nxebbah lili nnifsi ma' artisti stabbiliti, l-ewwel nett għax diffiċli tilħaq dak li jkunu għamlu huma. Iżda wkoll għax jien irrid li meta persuna tara xi pittura jew skultura tiegħi, tidentifika x-xogħol miegħi u mhux ma' xi Calì ġdid," isostni ż-żagħżugħ Għawdxi. Fl-aħħar tnax-il xahar, it- talent ta' Farrugia ma baqax biss fuq pittura iżda nfirex ukoll fl-iskultura, fejn Farrugia rnexxielu jlesti erba' statwi. "Għal bidu kien hemm min għamilli l-bsaten fir-roti u qalli li jien pittur u mhux skultur. Iżda l-għeruq tiegħi fl-arti kienu oriġinaw mill- iskultura. Fis-sekondarja kont bdejt inpitter minflok qbadt l-iskultura minħabba ommi, biex ma nħammġilhiex!" jgħidli b'daħqa fuq wiċċu. "L-ewwel passi fl-arti għamilthom wara li kont qlajt pakkett plasticine mingħand nannti u kif ftaħtu bdejt nagħmilhom forma ta' annimali. Wara bdejt nagħmel xi pasturi tal-Milied u minn hemm bdejt ninteressa ruħi dejjem aktar fl-arti," jirrakkonta l-artist. Hu jissokta jgħid li wara l-ewwel esperimenti t'arti li kien għamel fl-iskola primarja t'Għajnsielem, l-għalliema u l-ġenituri kienu ndunaw bit- talent li kellu u kien saħansitra rċieva premju biex jistudja mal- artist Graham Gurr. L-arti studjaha kemm fis- sekondarja kif ukoll fil-livell avvanzat, u minkejja li kellu l-kwalifiċi kollha biex jidħol l-Università, għażel li jidħol fl-iskola tal-arti tal-Belt biex jitgħallem it-teknika tal-pittura. 1.8 miljun passiġġier fl-ewwel sitt xhur tas-sena LAJRUPORT Internazzjonali ta' Malta diġà laqa' aktar minn 1.8 miljun passiġġier minn Jannar sal-lum. Iż-żieda rreġistrata kienet ta' 7.7%, meta mqabbla mal-istess perjodu s-sena li għaddiet. Ġew irreġistrati riżultati pożittivi fis-swieq kollha, bi Franza tirreġistra l-akbar żieda, dik ta' 17.9%. Ir-Renju Unit jibqa' l-akbar suq, u jżomm l-ewwel pożizzjoni b'żieda ta' 6.6%. Tkabbir sinifikanti ġie rreġistrat ukoll mis-suq Taljan, fejn riżultati mtejba fuq rotot eżistenti u t-traffiku fuq rotot ġodda bħal Parma u Venezja kkontribwew ukoll għal dan it-tkabbir. Il-Libja wriet ukoll sinjali ta' rkupru matul dan il-perjodu u assigurat il-ħames post. B'kollox is-Seat Load Factor għall-ewwel sitt xhur tas-sena żdied b'0.5% fejn laħaq medja ta' 75.6%. Sadanittant f 'Ġunju, ir-Renju Unit kompla jkun minn tal- ewwel bħala l-akbar suq, fejn żdiedu l-passiġġieri bi 3.7%. L-ogħla tkabbir tax-xahar ġie rreġistrat minn Franza b'19.4%, fejn hi r-raba' l-akbar suq. Dan kien riżultat dirett ta' żieda fit-traffiku mill- ajruporti ta' Pariġi, flimkien mat-tkabbir iġġenerat minn rotot introdotti riċentament għall-belt Franċiża tal-Punent, Nantes. Simili għax-xhur ta' qabel, l-Olanda baqgħet fl- istess pożizzjoni u rreġistrat żieda ta' 6%. Filwaqt li s-suq Ġermaniż iġġenera żieda sostanzjali minn rotot bħal Frankfurt, it-tnaqqis globali minn dan is-suq hu direttament relatat mal-fatt li l-operazzjoni Cruise and Fly bdiet aktar tard. Malta tiskopri Giuseppe Calì ġdid? Manuel Farrugia ma' wieħed mix-xogħlijiet tiegħu Waqt it-tpinġija tal-arzella prinċipali tal-Knisja ta' San Pawl il-Baħar L-aspett tad-dawl jidher ċar f 'dan ix-xogħol bl-użu tad-dellijiet San Ġorġ Preca: l-aħħar xogħol statwarju ta' Manuel Farrugia Irreġistrata żieda ta' 7.7% meta mqabbla mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 JULY 2014