Illum previous editions

illum 13 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/345569

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 13 ta' Lulju 2014 | illum 3 Imur iqaddes biss biex jimla l-vojt MEMBRU ieħor tal-kleru spjega li hu wkoll qatt ma ngħata widen tal-opinjonijiet tiegħu tant li qata' qalbu kompletament u llum sab impjieg tajjeb bi ħlas filwaqt li jqaddes biss meta jkun hemm bżonn jimla xi vojt. Ikkonferma wkoll li hemm numru ta' Kappillani li se jiġu mċaqalqa minn post għall-ieħor u oħrajn li se jilħqu ġodda. Tkellem ukoll dwar il-fatt li hemm xi membri tal-kleru li huma magħrufa li jinsabu f 'relazzjonijiet sentimentali ma' terzi persuni u li dawn xorta tħallew għaddejjin bil- qadi ta' dmirijiethom. Dan il-qassis ikkonferma wkoll li wara l-istorja li dehret f 'din il-gazzetta, numru ta' qassisin komplew jitkellmu bejniethom fi gruppi magħluqa permezz ta' chat groups elettroniċi. Kumment minn qassis ieħor kien li hu ilu aktar minn 12-il sena kkastigat talli jieħu l-inizjattiva u jitkellem fuq suġġetti li hu jemmen li l-Knisja kellha tindirizzahom b'mod differenti milli tkun għamlet. Dan il-qassis insista li hu dejjem tkellem fl-aħjar interess tal-Knisja iżda saħaq li hemm min hu iktar interessat fil-poter li għandu milli li jirriforma fejn fil-fatt hemm bżonn. Qal ukoll li hemm xi knejjes u parroċċi fejn fihom hemm irregolaritajiet finanzjarji li ilhom għaddejjin żmien twil mingħajr ma ttieħdet azzjoni. Kumment komuni bejniethom li jiżboq il- kummenti preċedenti ta' ħmistax ilu kien li l-Arċisqof Pawl Cremona hu bniedem twajjeb bħala persuna iżda li qatt ma messu aċċetta l-inkarigu ta' arċisqof u li jkun fl-aħjar interess ta' saħħtu u tal-Knisja li jagħmel il-wisa' għas-suċċessur tiegħu. Muscat jaħsibha darbtejn dwar pont għal Għawdex SAVIOUR BALZAN MINN GUIYANG, ĊINA DIN il-ġimgħa l-PM Joseph Muscat kellu laqgħat informali mar-rappreżentattivi ewlenin minn negozji, setturi bankarji u finanzjarji Ċiniżi. Il-laqgħat saru wara l-iffirmar tal-memorandum ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u dak Ċiniż. Din il-laqgħa saret fil- magħluq u l-istampa Maltija ma tħallietx tidħol. Matul dan iż-żmien f 'Beijing kien hemm is-Segretarju tal- Istat Amerikan John Kerry, li kien f 'Beijing nhar l-Erbgħa f 'laqgħa strateġika u ekonomika bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti. Matul il-laqgħa bejn iċ-Ċina u Malta kien hemm diskussjoni dwar il-finanzjament ta' kumpaniji Ċiniżi minn banek Ċiniżi. "Is-settur bankarju u finanzjarju hu tassew pożittiv dwar dan," kelliem għall-Prim Ministru stqarr. Fil-laqgħa tal-Erbgħa filgħaxija, il-PM għamilha ċara li hu ma kienx qed jgħaġġel biex jieħu deċiżjonijiet fuq il-pont ta' bejn Malta u Għawdex u saqsa lill-kumpanija Ċiniża CCC biex tagħmel iktar studji. Ħabbar ukoll proġett ġdid li se jiġi ffinanzjat miċ-Ċiniżi. Dan jinvolvi investiment multi-miljunarju għall-bini ta' breakwater. "Il-breakwater ta' Marsamxett se jiftaħ possibbiltajiet biex jestendi l-faċilitajiet għall-jotts fil-port," qal Muscat. Muscat saħaq ukoll kemm il- possibbiltà kbira fit-tkabbir tas- settur tal-avjazzjoni, iżda mhux ċar jekk dan hux se jkun restritt għal reġistrazzjoni ta' linji tal- ajru Ċiniżi jew it-twaqqif ta' ċentri ta' tiswija għall-ajruplani f 'Malta flimkien ma' kumpaniji Ċiniżi. Il-Viċi Prim Ministru Louis Grech qal ukoll, "Is-suċċess ta' dawn il-laqgħat se jkun ta' prova għal dawk li jiddubitaw mix-xogħol u r-relazzjonijiet tagħna maċ-Ċina." Id-delegazzjoni tinkludi lil Sai Mizzi, l-Ambaxxatur Malti Clifford Borg Marks, chief of staff Keith Schembri, il-membru Parlamentari Deo Debattista u l-kelliem Kurt Farrugia. Mart il-Prim Ministru, Michelle Muscat, li kienet mistiedna mill-Gvern Ċiniż m'akkumpanjatx lid- delegazzjoni f 'Guiyang. Il-PM mhux jgħaġġel fir-rigward tal-pont ta' bejn Malta u Għawdex Ikompli minn paġna 1 Numru ta' Kappillani se jiġu mċaqalqa minn post għall-ieħor

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 July 2014