Illum previous editions

illum 13 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/345569

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 13 ta' Lulju 2014 | illum 21 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SGN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Sit: www.illum.com.mt • Email: illum@mediatoday.com.mt G ħandhom jittieħdu passi kontra min jikser il-liġi u min hu ħati għandu jħallas ta' għemilu. Dan hu wieħed mill-prinċipji tas- soċjetà ċivili li ngħixu ha. Iżda li tkun ċittadin onest u li tħares il-liġi, speċjalment fejn jidħol il- wirt komuni, mhux dejjem ikunu rrispettati. Is-serq tal-wirt komuni hu serq li ilu żmien għaddej f'pajjiżna speċjalment fejn tidħol l-art prezzjuża fuq din il-gżira ċkejkna li ngħammru fuqha lkoll kemm aħna. Bini illegali f'postijiet fejn huwa pprojbit ilu jittella' għal żmien twil. Kemm bini f'żoni urbani, bini fil- kampanja jew bini madwar il-kosta. Jidher li m'hemmx tmiem jew limitu għall-isfruttar tal-wirt naturali ta' pajjiżna. Madwar il-kosta ta' pajjiżna wieħed isib total ta' 24 kiosk, lidos u binjiet kummerċjali oħra fuq il-bajjiet f'żoni protetti li preżentament qed jaffaċċjaw ordnijiet ta' infurzar maħruġa mill- Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA). Dawn l-iżviluppi, li nfirxu bla heda fuq il-bajjiet Maltin fl-aħħar tletin sena, ma jistgħux jiġu legalizzati minħabba tibdil fil- liġijiet tal-ippjanar fl-2010, li ma jħallux lil MEPA jissanzjonaw xi tip ta' illegalità fuq dawn is-siti. Iżda dawk responsabbli għal dawn l-illegalitajiet għadhom xorta waħda qed igawdu l-frott tal-ħidma arroganti tagħhom, jistagħnew minn binjiet illegali billi jisfruttaw u jabbużaw mil-lakuni fil-liġi. Qabel l-2010, l-applikazzjonijiet tal-ippjanar kienu preżentati bħala sanzjonijiet fuq l-illegalijiet fuq il-bajjiet. Iżda l-maġġoranza ta' dawn l-applikazzjonijiet ma kinux aċċettati, minħabba f'hekk, rikunsiderazzjonijiet, kawżiet il- qorti u appelli spiċċaw ittardjaw l-infurzar għal għexieren ta' snin. Dan minħabba li l-MEPA ma tistax tieħu azzjoni fuq l-illegalitajiet mingħajr ma jkun deċiż appell. Siti skedati jinkludu binjiet storiċi bħal torrijiet mal-kosta u siti li jgawdu minn ċertu protezzjoni minħabba l-importanza xjentifika u naturali tagħhom. Dawn jinkludu bajjiet popolari bħall-Għadira, Golden Bay, Paradise Bay u r-Ramla l-Ħamra. Artiklu 70 tal-Att tal-Ippjanar u l-Iżvilupp miġjub fis-seħħ mill- Gvern preċedenti f'Diċembru tal- 2010, jipprojbixxi lill-MEPA milli tirregularizza żviluppi illegali fuq propjetà skedata. Is-sitt skeda tal-Att tal-Ippjanar għall-Iżvilupp u l-Ambjenti tipprojbixxi wkoll lill-MEPA li tirregolarizza kull estensjoni illegali ta' żviluppi ODZ (Outside Development Zones - żoni ta' żvilupp fuq barra) jekk dawn saru sal-2008. Dan wassal għal sitwazzjoni fejn il-MEPA ma kellha l-ebda għażla ħlief li tneħħi l-iżviluppi fuq il- bajjiet f'Malta li kienu qegħdin fuq il-bajjiet ewlenin. Imma d-dokument ta' konsultazzjoni, "Għal sistema ta' ppjanar effiċjenti" issa jipproponi li tiġi mħassra s-sitt skeda, u li flokha jiġu imponuti multi fuq kull ġurnata. Dan ma jfissirx li l-MEPA awtomatikament se tagħmel legali dawn il-binjiet. Ifisser biss li għal darba oħra l-MEPA se tkun qed tikkunsidra applikazzjonijiet biex tirregolarizza dawn l-iżviluppi. Iżda sakemm il-ħidma tal-MEPA titwettaq, dawk li abbużaw għadhom jiggwadanjaw finanzjarjament mill-art li okkupaw illegalment. L-istess art li fir-realtà tappartjeni lilna lkoll. Jistagħnew minn binjiet illegali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 July 2014