Illum previous editions

illum 13 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/345569

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

12 illum | Il-Ħadd 13 ta' Lulju 2014 Għawdex: Int djamant John Busuttil jbusuttil@mediatoday.com.mt L-Aurora, 33 opra f '37 sena LAKBAR teatru f 'Għawdex u wieħed mill-akbar fil- gżejjer Maltin, l-Aurora hu splendur minnu nnifsu. U dan esperjenzajtu jien meta dħalt fil-każin tal-Banda Leone fit-triq it-Tiġrija, tlajt it-taraġ u hemm sibt ruħi f 'teatru maestuż. Il-ġmiel u l-maestà ta' dan it-teatru jsaħħruk. Qas biss għaddieli minn moħħi li f 'dak il-każin fejn ħafna drabi nisma' n-numri tat-tombla jissejħu fuq mikrofonu matul il- ġurnata hemm ġojjell ta' din il-kwalità. Ġojjell mibni fuq disinn tal-artist Envin Cremona. Iżda qabel kelli x-xorti li nżur dan it-teatru dħalt f 'uffiċċju fejn iltqajt ma' Joe Debrincat li hu magħruf bħala Peppinu. Raġel simpatiku mimli għerf bl-istorja tal-Banda Leone, il-festa ta' Santa Marija u bla dubju t-Teatru Aurora. Peppinu hu s-Segretarju Amministrattiv tal-każin tal-Banda Leone li taħtha jaqa' t-Teatru Aurora. Peppinu qatta' ħajtu kollha f 'dan il-każin fejn meta kellu 15-il sena, eżatt fl-1968 daħal fil-kumitat tas- soċjetà (anke jekk ma kellux età biex ikun membru) u minn membru spiċċa bħala Direttur tas-Soċjetà, Segretarju, Viċi President u fil-preżent is- Segretarju Amministrattiv. 45 sena ta' ħidma għal din is-soċjetà li tant iħobb, 45 sena ta' ħidma bħala voluntier, "għax hawnhekk ħadd ma jitħallas, kollox nagħmlu b'mod volontarju" beda biex qalli waqt li offrieli kafè u biċċa ħobż mixwija. Anke jekk l-iskop tal- intervista kien it-teatru, ma stajtx ma nismax ir-rakkonti sbieħ u interessanti li Peppinu beda jgħidli dwar is-soċjetà u l-Banda Leone. Beda jirrakkontali dwar il-Banda Leone li għandha 151 sena, mill-1863 u rrakkuntali l-istorja meta l-banda ta' Ġorġ Tabone l-Binu u dik ta' Adrijanu Lanzon kienu ngħaqdu u fl-1881 kien għamlu programm fil-Pjazza Santu Wistin u kien hemm bandist li ma kellux musbieħ biex jaqra l-partituri tiegħu. Dan ħa għalih u ġabar xi ħames bandisti miegħu u fforma l-banda La Stella. U minn hawn bdiet ir-rivalità bejn iż-żewġ baned tal-belt kapitali Għawdxija. Irrakkuntali wkoll kif La Stella tieħu ħsieb il-festa ta' San Ġorġ u l-Banda Leone tieħu ħsieb il-festa ta' Santa Marija li toħroġ mill-Katidral. Interessanti wkoll li ż-żewġ festi tal-belt Victoria huma l-uniċi li l-festi esterni rispettivi jaqgħu taħt is-soċjetà u mhux taħt il-kurja. F'Malta l-unika parroċċa li l-festi esterni ma jaqgħux taħt il- kurja hi dik ta' Birkirkara. L-istorja ta' din ir-rivalità kulturali fil-belt Vitorja hi waħda mill-aktar interessanti fejn iż-żewġ baned anke għandhom ftehim li jekk bandist li jkun tela' minn ma' banda minnhom u jitlaq jew jitneħħa, dan qatt ma jiġi aċċettat li jdoqq mal-banda l-oħra. Jiġifieri jekk iddoqq mal-Banda Leone qatt ma tista' ddoqq mal-Banda La Stella u viċi versa. Sadanittant Peppinu qalli wkoll li hu kburi li l-belt Vitorja tista' tiftaħar li għandha fi ħdanha żewġ teatri ta' klassi kbira. Lil Peppinu staqsejtu kif u meta nbena t-Teatru Aurora. "Fl-1971 iddeċidejna li nibnu l-Aurora fejn xtrajna l-post u f 'ħames snin irnexxielna nibnuh u niftħuh. Niftakar li beda jinbena kif telgħu l-Labour u ridna niftħuh eżatt fi żmien l-elezzjonijiet ta' ħames snin wara u ma konniex nafu lil min se nistiednu biex jiftħu. Inzerta reġa' tela' l-istess gvern u nfetaħ mill-aġent Prim Ministru Anton Buttigieg li hu Għawdxi mill-Qala. "Is-soċjetà tagħna kienet minn dejjem pijuniera tal- films f 'Għawdex fejn kellna teatru li fih konna nuru l-films. Iżda ridna li nibnu teatru għall-opra u b'hekk ħlomna bl-Aurora." Staqsejtu għaliex issemma 'Aurora'? "Qas hemm għalfejn tistaqsini, għal Santa Marija, – 'Aurora Borealis'." Hawnhekk beda jsemmili wkoll kif il-vara ta' Santa Marija kienet tas-soċjetà Leone u kien il-gvern ta' Mintoff li fetaħ arkata biex din setgħet tibda toħroġ mill-Kattidral. Erġajna qlibna fuq l-opri fejn qalli li f 'Jannar tal-1977 saret l-ewwel opra, il-Madama Butterfly li ttellgħet darbtejn fis-7 u 8 ta' Jannar u kienet anke xxandret fuq Xandir Malta. Qalli wkoll li f 'dan it-teatru ttellgħu 33 opra barra kunċerti u operetti, fejn anke taw kunċerti Pupo u Marco Masini. Iżda l-akbar żewġ artisti operistiċi u ta' fama mondjali li ħadu sehem f 'opri fl-Aurora huma s-soprani, l-Ukrena Maria Guleghina u l-Bulgara Raina Kabaivanska. L-Aurora jesa' 1,800 persuna, 1,000 isfel u 800 fil-gallariji. Għandu 64 palkett u fih ittellgħu 33 opra f '37 sena, mill-1977. Fil-bidu x-xenografija kienet issir barra l-pajjiż, iżda llum kollha qed issir f 'Għawdex. "Opra tiswielna mal-€200,000 barra l-volontarjat," kompla jgħidli Peppinu, "li ma kienx għal gvern u għal diversi sponsors u għal Maltin li jiġu għaliha, kieku ma tista' tittella' qatt. Għax il-kantanti barranin jitħallsu eluf ta' ewro. Eżatt kif tintemm l-opra, l-għada nibdew naħdmu fuq l-opra li jkun imiss is-sena ta' wara." Fil-fatt dis-sena fl-Aurora se tittella' t-Trovatore ta' Verdi, is-Sibt 11 ta' Ottubru u fit-8 ta' Novembru se jsir kunċert operistiku mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali ma' kantanti barranin. Mistoqsi kemm ikun hemm għatx għall- opra Peppinu qalli li skont kemm tkun popolari l-opra, "ġieli anke rrifjutajna n-nies u ġieli batejna biex nimlew." Dwar il-piki Peppinu qalli, "il-pika sabiħa għax li ma kinitx hi m'għandniex dawn iż- żewġ teatri ġojjelli f 'Għawdex." Staqsejtu wkoll jekk fis-soċjetà teżistix pika politika, "la jien u ħadd ma jista' jesprimi l-ideal tiegħu politiku mill-għatba tal- każin 'il ġewwa. Aħna soċjetà newtrali, kulħadd jemmen li jrid imma hawn politika partiġġjana ma tidħolx. Jekk ma nagħmlux dan kieku nitfarrku." Piki u mhux jibqa' fatt li Għawdex jista' jiftaħar mhux ftit għal dawn l-opri ta' arti li għandu fi ħdanu, mertu għal dan, il-voluntiera bħal Peppinu Debrincat. Fatti u Figuri dwar l-Aurora Ittellgħu 33 opra f '37 sena Il-Madama Butterfly kienet l-ewwel opra li ttellgħet fl-1977 L-Aurora dam jinbena ħames snin bejn l-1971 u l-1976 L-Aurora jesa' 1,800 persuna, 1,000 fil-platea Għandu 64 palkett Is-Segretarju Amministrattiv tas-soċjetà ilu jservi b'mod volontarju 45 sena F'Ottubru se ttittella' l-opra t-Trovatore ta' Giuseppe Verdi Fatti u figuri dwar l-Aurora

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 July 2014