Illum previous editions

illum 13 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/345569

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 13 ta' Lulju 2014 | illum 13 Il-Poodle din il-ġimgħa ma kienx disponibbli u se jerġa' jkun magħkom mill-iktar s possibbli Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mowbajl. Ibgħat lil poodle@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ … L-opportunitajiet u l-isfidi għall- intrapriża f 'Għawdex MATUL it-tieni laqgħa tal-Kunsill Konsultattiv għall-Intrapriża, li tlaqqa' fil-Ministeru għal Għawdex, kienet diskussa l-ħidma li saret, qed issir u dak li hemm bżonn isir biex ikompli jkun imsaħħaħ ir-rwol ta' Għawdex fl-ekonomija tal-pajjiż. Il-Kunsill Konsultattiv kien indirizzat fost l-oħrajn mill-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar Dr Chris Cardona u l-Ministru għal Għawdex, Dr. Anton Refalo. Il-Ministru Chris Cardona qal li l-irwol ta' Għawdex fis-suċċess ta' pajjiżna huwa rwol li dan il-Gvern beda mill-ewwel jagħtih l-importanza mistħoqqa. Cardona qal li t-tliet prioritajiet tal-Gvern f 'Għawdex huma: il-ħolqien tax-xogħol, it-tnedija ta' numru ta' proġetti ġodda għal Għawdex u li Għawdex jitpoġġa fuq il-mappa internazzjonali għall- investituri u t-turisti. Il-Ministru żied li matul is-sena li għaddiet, il-Malta Enterprise bdiet kampanja sabiex tattira investiment dirett barrani lejn Għawdex b'mod innovattiv filwaqt qed jiġu enfasizzati l-vantaġġi kompetittivi li l-gżira ta' Għawdex jista' jkollha bħala attrazzjoni għall-investiment dirett barrani. Min-naħa tiegħu l-Ministru għal Għawdex Anton Refalo qal li dan il-kunsill inħoloq sabiex iservi ta' pjattaforma biex jinstema' aħjar il-leħen tal-intrapriżi żgħar u medji, u sabiex jiġi inkoraġġut iktar djalogu u koperazzjoni magħhom. Refalo fakkar li diġà daħħlu fis-seħħ miżuri konkreti f 'dan ir-rigward fosthom l-inċentiv għall-industriji li jiftħu f 'Għawdex huwa ferm iktar favorevoli minn dawk li jiftħu Malta, li huma eliġibbli biss għal €30,000. Il-Ministru żied jgħid li fuq bosta livelli l-Gvern qed jaħdem fuq pjan ħolistiku li filwaqt li jassigura li fuq livell 'macro' l-ekonomija ta' pajjiżna timxi 'l quddiem, tassigura li fuq livell 'micro' ħadd ma jaqa' lura. Refalo saħaq li trid titkompla l-ħidma biex jittaffu l-piżijiet fuq l-intrapriżi, titnaqqas il-burokrazija li xxekkel l-investiment filwaqt li nassiguraw tkabbir ekonomiku sostenibbli għall-pajjiżna. Tfal mhux se jiddaħħlu fi swali tal-adulti f 'Monte Carmeli Il-Ministru għat-Turiżmu f 'laqgħat importanti fil-Ġermanja ILPARTIT Nazzjonalista fi stqarrija maħruġa mill- kelliem għas-Saħħa Claudio Grech laqa' l-aħbar li l-Gvern qed jaqbel mal-politika proposta mill-Oppożizzjoni li taħt l-ebda ċirkostanza m'għandu jkun hemm każijiet fejn tfal jitpoġġew fi swali apposta għall-adulti fl-Isptar Monte Carmeli. Grech qal li dan il-kunsens fuq materja daqstant importanti jawgura tajjeb għall-futur ta' dan is-settur u għaldaqstant la issa hemm qbil fuq dan il-punt ta' politika, hemm bżonn li nimxu għat- twettiq. Il-kelliem semma li x-xahar li għadda l-Partit Nazzjonalista esprima t-tħassib serju tiegħu għal fatt li tifel ta' għaxar snin ġie rikoverat fis-Seclusion Ward tal-Isptar Monte Carmeli, sala li hija maħsuba għall-pazjenti adulti b'diffikultajiet serji ħafna. Grech semma li kien f 'dan l-isfond li fuq talba tal- Oppożizzjoni, il-Kumitat Permanenti għas-Saħħa fil-Parlament iddiskuta din il-materja fejn sema' numru ta' esperti u uffiċjali f 'dan il- qasam, f 'liema laqgħa l-Gvern ħabbar li dawn il-każijiet ma kinux se jerġgħu jitħallew iseħħu. Fi tmiem l-istqarrija tiegħu Grech insista li issa hemm bżonn li dan il-qbil jiġi rifless f 'azzjoni min-naħa tal-Gvern u li l-pass li jmiss hu li l-Gvern jagħti d-dettalji tal-faċilitajiet li se jibdew jintużaw għal dan il-għan kif ukoll jintrabat b'dati stabbiliti meta dawn se jibdew joperaw. F'dan l-isfond il-Partit Nazzjonalista jistenna li l-uffiċjali kollha tal-Isptar Monte Carmeli jżommu ma' dan l-impenn li ħa l-Gvern u jaraw li taħt l-ebda ċirkustanza ma jerġgħu jiddaħħlu tfal fi swali jew faċilitajiet li mhumiex esklussivament riservati u addattati għat-tfal. Il-Ministru għat-Turiżmu, Edward Zammit Lewis għadu kif temm żjara uffiċjali fil-Ġermanja fejn matulha għamel sensiela ta' laqgħat fl-uffiċini tal- Awtorità Maltija għat- Turiżmu u tal-Air Malta fi Frankfurt. Waqt dawn iż-żjarat Zammit Lewis, iltaqa' ma' uffiċjali għolja u ħaddiema li jirrappreżentaw lill- Awtorità u l-Linja Nazzjonali rispettivament fejn magħhom iddiskuta mill- qrib is-settur tat-turiżmu fir-reġjuni tal-Ġermanja, Olanda u Benelux, Awstrija, Svizzera, Repubblika Ċeka, Slovakkja, Polonja, Ungerija, Russja u pajjiżi Skandinavi. Il-Ministru enfasizza l-importanza għall-ħidma li trid issir biex inkomplu nistabilizzaw l-istaġjonalità fis-settur u anke li nħarsu lejn prodott turistiku ta' kwalità aktar għolja fid-dawl tal-proċess imniedi mill- istess Ministeru l-ġimgħa l-oħra, dik tal-politika tat- turiżmu. Fi Munich, Zammit Lewis għamel żjara fil-Kwartieri Ġenerali ta' wieħed mill- akbar operaturi li joperaw lejn Malta, il-grupp FTI. Id-delegazzjoni Maltija kienet milqugħa mis-Sur Dietmar Gunz, Direttur Maniġerjali u Kap Eżekuttiv tal-Grupp, fejn dawruhom u spjegawlhom l-operat fil- kumpless tal-grupp. Għal dawn il-laqgħat, il-Ministru għat-Turiżmu kien akkumpanjat mill- Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu s-Sur Josef Formosa Gauci, is- Sur Joseph Galea Direttur tal-Marketing għas-Swieq Internazzjonali u uffiċjali għolja mill-Ministeru għat- Turiżmu. Il-Ministru Edward Zammit Lewis matul iż-żjara tiegħu fil-Ġermanja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 July 2014