Illum previous editions

illum 13 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/345569

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 13 ta' Lulju 2014 Kif tiddeskrivik f 'kelma waħda? Marxist. Faċli nassoċja ruħi mal- ideoloġija li temmen fid-distribuzzjoni ġusta tal-ġid. Tagħti kas ta' x'jgħidu fuqek in-nies u tal-kritika? Bilfors li nagħti każ. Ikun tajjeb li wieħed jipprova jgħarbel x'qed jintqal fuqu u tieħu li tista' mill-kritika li tkun qed issirlek, avolja jkollok każijiet fejn il-kritika ma tkunx ġusta. Taħseb li llum il-ġurnata għad hawn lok għall-ideoloġiji politiki? Fil-verità l-kapitaliżmu tal-lum mhux sostenibbli, jammettuha anke min jemmen fih. L-uniku pajjiżi fejn bħalissa l-kapitaliżmu qed jikseb suċċess huwa ċ-Ċina u pajjiżi Asjatiċi oħra li abbinaw il-kapitaliżmu mad- dittatura. Tikkonsidra l-amministrazzjoni ta' Joseph Muscat bħala soċjalista? Le, hi sitwazzjoni kkumplikata ħafna. Għandna gvern ċentrist ħafna. Pajjiżna għandu strutturi u liġijiet li nibtu minħabba progress soċjalista bħas-saħħa u l-edukazzjoni b'xejn għal kulħadd. L-isfida hi kemm ħa nikkonservaw dawn il-kisbiet soċjalisti fi żmien fejn il-politika dejjem qed tmur aktar lejn il-lemin, bil-Partit Laburista inkluż. Filwaqt li qed jipprova jikkonserva dawn l-istrutturi, fl-istess ħin ma tistax issejjaħ dan il- gvern bħala wieħed xellugi għall-aħħar, għaliex il-politika ekonomika tiegħu ixxaqleb ħafna lejn il-lemin, bħal mod kif qed jiġi indirizzat it-tkabbir ekonomiku. Imbagħad fil-prinċipju, ir-roħs tad-dawl u l-ilma hi miżura xellugija. Għalhekk ikkumplikata ħafna. Tiddeskrivik bħala politiku? U żgur, anzi nikkunsidrani bħala persuna politika ħafna. Imma dak ma jfissirx li nixtieq nipparteċipa b'mod konvenzjonali bħal li noħroġ għal xi elezzjoni. Dik ma tinteressanix. F'Diċembru li għadda kont spiċċajt f 'nofs kontroversja meta aċċettajt l-unur ta' Ġieħ ir-Repubblika. Ġejt kritikat li minn 'ribell' kont sirt parti mis-sistema. Dan ħareġ ukoll meta sieħbek Alex Vella Gera kien irrifjuta l-unur. Kif tirrispondi għal din il- kritika? L-ewwel ħaġa qatt ma kienet xi aħbar li jien nappoġġja lil Partit Laburista, għax kont ili nappoġġjah Mark Camillieri Għandu 26 sena u hu ċ-ċermen tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Ilu jikteb f 'diversi ġurnali minn meta kellu 16-il sena Ippubblika tliet kotba li jikkonċernaw aspetti differenti tal-istorja Maltija Kien il-moħħ wara l-Front Kontra ċ-Ċensura Sa ftit żmien ilu kien il-wiċċ tal- għajta kontra ċ-ċensura, wara li kien ġie arrestat talli ppubblika storja "immorali" f'gazzetta li titqassam -Università. Mark Camilleri issa għandu l-isda li bħala ċermen, jerġa' jqajjem fuq saqajh il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb wara l-problemi nanzjarji u amministrattivi li sab. Camilleri jitkellem ukoll dwar il-kontroversja li ngħata Ġieħ ir-Repubblika u l-ideoloġiji politiċi llum il-ġurnata. Bejn id-dinja James J. Piscopo jpiscopo@mediatoday.com.mt Ritratt: Ray Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 July 2014