Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/345569
Il-Ħadd 13 ta' Lulju 2014 | illum 27 SPORTSillum Kollox lest għall-nali tat-Tazza tad-Dinja WASAL il-jum tant mistenni tat-13 ta' Luju li fih se tkun qed tintlagħab il-finali tat-Tazza tad- Dinja bejn il-Ġermanja u l-Arġentina – b'hekk nistgħu ngħidu li se jkollna anki konfront bejn l-Ewropa u l-Amerika ta' Isfel. Tajjeb ngħidu li dawn iż-żewġ timijiet nazzjonali diġà ltaqgħu f 'żewġ finali oħra fl-1986 u fl-1990. Fl-1986 kienu l-Arġentinjani li ħarġu rebbieħa bl-iskor ta' 3-2 fil- Messiku waqt li erba' snin wara kienu l-Ġermaniżi li kisbu rebħa minima ta' 1-0 bil-gowl uniku għalihom fil-logħba jasal minn penalty ta' Andreas Brehme. Barra minn hekk l-istess żewġ pajjiżi ltaqgħu f 'żewġ edizzjonijiet oħra tat-Tazza tad-Dinja fejn il-Ġermaniżi fid-darbtejn li huma ħarġu rebbieħa. Dan hekk kif lura fl-2006 il-Ġermanja kienet għelbet lill-Arġentina wara l-għoti tal-penalties fil-Ġermanja stess waqt li fl-Afrika ta' Isfel erba' snin wara, il- Ġermaniżi kienu umiljaw lill-Arġentinjani bl-iskor kbir ta' 4-0. U dejjem jekk illum jirbħu fil-Maracana, il-Ġermanja jkunu qed jiktbu l-istorja bħala l-ewwel tim nazzjonali Ewropew li qatt rebaħ Tazza tad-Dinja fl-Amerika Latina. U għalkemm ilkoll nafu kif il-Ġermaniżi ddistruġew lill-Brażiljani nhar it-Tlieta li għadda meta għelbuhom bl-iskor kbir ta' 7-1, jidher li xorta waħda llum il-Brażiljani se jkunu qed iżommu mal-Ġermanja minħabba r-rivalità enormi li lkoll nafu li teżisti bejn il- Brażil u l-Arġentina. Jekk nieħdu l-klassifiċi tal-FIFA, bħalissa l-Ġermanja huma klassifikati fit-tieni post waqt li l-Arġentina jinsabu fil-ħames post. L-aħjar skorer għall- Ġermanja sa issa f 'din it-Tazza tad-Dinja kien Thomas Muller b'ħames gowls waqt li dak għall- Arġentina kien il- fenomenu Lionel Messi b'erba' gowls. Rimarkabbli huwa l-fatt li biex waslu sa din il-finali, l-Arġentina skorjaw biss tmien gowls kontra s-sbatax tal-Ġermanja. B'hekk speċjalment wara r-riżultat ferm sorprendenti ta' 7-1 kontra l-Brażil, il- Ġermanja issa sar l-iktar tim nazzjonali li skorja gowls fit-Tazza tad-Dinja b'223 gowl fejn anki qabeż lill-Brażil. Madankollu fl-istadju tan-knockout l-Arġentina ma sofrew l-ebda gowl, ħlief fl-għoti tal-penalties, u f 'dawn il-kampjonati tat-Tazza tad-Dinja fil-Brażil sofrew biss tliet gowls. L-aqwa skorers taż-żewġ timijiet nazzjonali rispettivi - Thomas Muller u Lionel Messi