Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/345569
30 illum Il-Ħadd 13 ta' Lulju 2014 SPORTSillum L-Istorja tat-Tazza DIN il-11-il edizjzoni kienet saret fl-Arġentina bejn l-1 u l-25 ta' Ġunju. L-Arġentina kienet ġiet magħżula waqt l-edizzjoni tal-1966 fl-Ingilterra. Il-Messiku kienu rtiraw wara li kienu ġew mogħtija l-kampjonat tal-1970. Sentejn qabel it-turnament fl-Arġentina kien hemm kolp ta' stat militari. Xi pajjiżi bdew jaħsbuha jiħdux sehem fosthom l-Olanda. Cruyff kien allegat li ma ħax parti mat-tim minħabba l-ħsibijiet politiċi tiegħu, iżda huwa kien ċaħad dan kollu. Kien hemm kontroversji oħra fosthom allegazzjonijiet li l-Arġentina kienet lagħbet il-logħbiet kollha tagħha tard filgħaxija biex tkun taf il- pożizzjoni tagħha fil-grupp. Kien hemm allegazzjoni oħra li tgħid li d-dittaturi militari tal-pajjiż kienu laħqu ftehim mal-Gvern tal-Perù li jagħmlu żgur li l-Arġentina tgħaddi għall-finali. Fil-fatt il-Perù kienu tilfu bil-kbir fit-tieni rawnd b'marġni ta' erba' gowls biex l-Arġentina għaddew għar-rawnd ta' wara. L-istorja tirrepeti ruħha Fil-finali rajna lill-Arġentina li din kienet it-tieni finali tagħhom wara dik tal-ewwel edizzjoni tal-1930 li kienu tilfu mal-Urugwaj, filwaqt li l-Olanda kienet fit-tieni finali konsekuttiva. Il-finali ma kinitx xi waħda klassika u kellha tmur għall-ħin barrani. Din kienet it-tielet darba li finali ta' Tazza tad-Dinja kelha tmur għall-ħin barrani wara dawk tal-1934 u l-1966 fejn fid-darbtejn li huma t-tim li kien qed jospita t-Tazza tad-Dinja ħareġ fuq in-naħa rebbieħa. L-istorja kellha tirrepeti ruħha. Fit-38 minuta l-Arġentina fetħu l-iskor meta Ardiles għadda ballun lil Luque, dan qassam lil Kempes li tefa' fix-xibka. Niftakru li Ardiles kien plejer ta' klassi fejn kien anki jilgħab l-Ingilterra ma' Tottenham Hotspur. L-Olandiżi kienu żammew sat-18-il minuta meta Naninga li kien daħal bħala sostitut minflok Rep u kiseb parità wara azzjoni tajba u bir-ras tefa' fix-xibka mill-viċin. Fil-15-il minuta tal-ħin barrani reġa' skorja Kempes u fil-25 minuta wara mossa tajba, Berini bidel il-ballun ma' Kempes biex skorja t-tielet gowl. U b'hekk l-Arġentina rebħet għall-ewwel darba t-Tazza tad-Dinja. Din kienet is-sitt darba li tim li ġej mill-Amerika ta' Isfel irnexxielu jirbaħ l-iktar kompetizzjoni importanti u prestiġjuża fil- futbol mondjali. Fl-Arġentina kienu saru ċelebrazzjonijiet kbar li kienu baqgħu sejrin għal diversi ġranet. It-Tnax-il Edizzjoni - Spanja 1982 L-Italja għat-tielet darba Spanja kienet magħżula biex tospita l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-1982, pajjiż mitluf fuq il-logħba tal-futbol u mimli attrezzamenti ta' grawnds mill-aqwa. Kienet edizzjoni ta' suċċess u dħul finanzjarju konsiderevoli, għalkemm il-logħob esebit kien wieħed diżappuntanti u l-kontroll tar-referis kien wieħed baxx. Kien hemm ukoll xi inċidenti li forsi seta' kellhom konsegwenzi serji. L-edizzjoni kienet damet mit-13 ta' Ġunju sal-11 ta' Lulju. Spanja kienet ġiet magħżula biex tospita dawn il-logħbiet mill-FIFA fil-kungress li kien sar Londra fl-1966 waqt it-Tazza tad-Dinja u donnu li kien hemm ftehim mal-Ġermanja biex Spanja tieħu l-organizzazzjoni tal-1982 u tħalli lill-Ġermanja għall- edizzjoni tal-1974 kif fil-fatt ġara. Wirja Kollettiva mit-Taljani Il-finali kienet saret f 'Madrid fil-11 ta' Lulju quddiem il-President tar-Repubblika Taljana, Sandro Pertini. It-Taljani kienu taw wirja kollettiva biex għelbu lill- Ġermanja anki jekk kmieni fil-logħba kienu fallew penalty minn Antonio Cabrini. Wara taqsima mingħajr gowls, it-Taljani dehru iktar friski u kunfidenti. Bdew jaqbdu lill- Ġermaniżi żbilanċjati b'ċertu Id-9 parti Il-poster uffiċjali tat-Tazza tad-Dinja tal-1982 fi Spanja L-eroj assolut tat-tim nazzjonali Taljan Paolo Rossi bit-Tazza tad-Dinja fi Spanja fl-edizzjoni tal-1982 Il-poster uffiċjali tat-Tazza tad-Dinja tal-1978 fl-Arġentina Maradona merfugħ fuq l-ispallejn wara li kien il-plejer fiundamentali biex l-Arġentina rebħu l-edizzjoni tal-1986 fil-Messiku