Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/345569
Il-Ħadd 13 ta' Lulju 2014 | illum 35 SPORTSillum Malti Doubles. Wasalna sal-finali darba, mal-partner tiegħi, Jacqueline Abela De Giovann, imma s'issa ma rnexxielniex nirbħu t-titlu, li dejjem tlifna mal-eventwali champions. Min-naħa tiegħi, se nibqa' naħdem biex nirbaħ dan it-titlu wkoll, u miegħu, it-triple crown. Għal kull deċiżjoni li nieħu f 'ħajti, dejjem ikun hemm il-badminton fin-nofs, ma nista' nneħħih qatt minn moħħi, lanqas jekk inkun irrid. Il-badminton f 'pajjiżna jingħata biżżejjed attenzjoni? Il-badminton qatt ma ngħata attenzjoni daqskemm naħseb li kien hemm bżonn. Issa jidhru qed jiċċaqalqu bil-mod l-affarijiet u persważ li jista' jsir dejjem iktar popolari. X'sagrifiċċji partikolari jinvolvi l-badminton? Bħal kull dixxiplina sportiva oħra, il-badminton fih is-sagrifiċċju tiegħu, li xi kultant jirrikjedi li tieħu deċiżjonijiet diffiċli, li tissagrifika ċertu ħruġ, festi, parties u affarijiet oħrajn. Mhuwiex xi tip ta' penitenza, anzi, jiena qatt ma ddispjaċieni. Ħin għall-ħbieb ikollok ukoll, u huwa tajjeb li żżomm ruħek attiv kemm jekk huwa badminton, jew kwalunkwe sport ieħor. Anki l-fatt li jkollok tir għalxiex titħarreġ, tkun inizjattiva biex tgħix ħajja b'saħħitha u żżommok 'il bogħod minn ċerti vizzji koroh, filwaqt li jgħinek tissoċjalizza, tagħmel ħbieb, u jgħallmek kif taħdem f 'tim. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas tixtieq tgħaddi xi ringrazzjamenti lil xi nies partikolari li għenuk biex tikseb dan is-suċċess kollu sa issa fil-badminton? Ma nistax ma nirringrazzjax lil ħbieb, familja u t-tfajla, li mingħajr sagrifiċċju, appoġġ u ħafna paċenzja min-naħa tagħhom, żgur li ma ksibtx dan is-suċċess li gawdejt minnu s'issa. Twieled t-28 ta' Novembru 1989 f'Tal- Pietà Beda jilgħab badminton mill-età żgħira ta' 5 snin meta kien għad hemm iz-ziju tiegħu kowċ tat-tim nazzjonali Malti Ta' 9 snin rebaħ l-ewwel darba l-kampjonati nazzjonali tal-U/11 Baqa' tiela' biex rebaħ il-Kategoriji tal-U/13, U/16, U/19 maż-żmien sakemm wasal biex rebaħ l-ikbar unur ta' Malta -età ta' 23 sena F'Ottubru tal-2012 beda t-taħriġ bħala 'selezzjoni' tal-aħjar atleti Maltin fejn ħass li ftit xhur għamlu progress qawwi biex wassalni għar-rebħ tat-titlu nazzjonali tas-singles u tad-doubles f'April tal-2013 F'April tal-2013 sar iċ-champion ta' Malta kemm tas-singles kif ukoll tad-doubles Samuel Cali Ritratt: Ray Attard "L-isbaħ mument tiegħi kien meta rbaħt it-titlu ta' champion ta' Malta"