Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/349232
0.90 20 ta' Lulju 2014 • Nr 405 Tel: 2122 3999 Akkuża li qed issir biex jiġi ostakolat ir-referendum tal-kaċċa IDDEĊIŻJONI tal-Prim Ministru Joseph Muscat biex jipposponi l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali qed tiġi interpretata bħala deċiżjoni makjavelljana. Dan biex jisfratta l-parteċipazzjoni fir-referendum biex tiġi abrogata l-kaċċa fir-rebbiegħa. Sorsi qrib il-Prim Ministru qalu li mhux veru li dawn it-tibdiliet qed isiru biex jiġi sfrattat ir-referendum. Il-koalizzjoni ta' kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa ġabret mat-43 elf firma biex torganizza referendum biex tabroga l-kaċċa fir-rebbiegħa. L-ewwel referendum ta' dan it-tip f 'pajjiżna. Fil-Parlament, il-Ħamis, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil iddeskriva b'mod eseġerat lil Joseph Muscat bħala dittatur stil Afrikan. Tkompli f 'paġna 2 Tkompli f 'paġna 2 Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali posposti Ir-riżenja ta' Ian Castaldi Paris GĦALKEMM Ian Castaldi Paris attribwixxa r-riżenja mill-Kunsill ta' Ħal Lija għax ma kienx qed ikun stmat mill-partit Nazzjonalista, din il-gazzetta tinsab infurmata li hemm bosta kontroversji dwar kif Castaldi Paris kien imexxi l-Kunsill ta' Ħal Lija. Dokumentazzjoni mqiegħda fuq il-mejda tal-kamra tad- deputati fis-seduta tat-23 ta' Ġunju 2014 mill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali turi n-nuqqas ta' interess li s-Sindku Castaldi Paris kellu lejn il- parteċipazzjoni tal-lokalità tiegħu fil-laqgħat tar-Reġjun taċ-Ċentru. Mill-informazzjoni mressqa jidher li minn Mejju sa Diċembru 2012, Castaldi Paris attenda seduta waħda biss. SORSI qrib il-partit Nazzjonalista li tkellmu ma' ILLUM qalulna li Chris Scicluna aktarx ikun iċ- Chief Executive tal-partit Nazzjonalista. Scicluna kien jaħdem f 'aġenzija ta' riklamar u kien involut fil-kampanja għall-parlament Ewropew għal Partit Nazzjonalista. Jidher li se jkollu sfida kbira biex jara li l-finanzi tal-partit jerġgħu jqumu fuq saqajhom. Ħafna mix-xogħol diffiċli u d-deċiżjonijiet kbar diġà ttieħdu minn Chris Said. Is-Segretarju Ġenerali naqqas il-ħaddiema tal-PN minn 'il fuq minn 200 ħaddiema għal 75. Id- deċiżjoni ta' Chief Executive hija mmudellata fuq l-istruttura tal-partit Laburista li għandu CEO, li xogħlu kważi ħa dak tas- Segretarju Ġenerali. Pożizzjoni li fil-PL ma teżistix aktar. Chris Scicluna Dalwaqt id-deċiżjoni fuq CEO għall-PN NEWSPAPER POST Żvelat kif Castaldi Paris kien imexxi l-Kunsill Ian Castaldi Paris