Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/349232
2 illum | Il-Ħadd 20 ta' Lulju 2014 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq L-OGĦLA: 32˚Ċ L-INQAS: 22˚Ċ TEMP: Sabiħ VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Punent forza 2 għal 3 li jsir Lbiċ forza 3 BAĦAR: Ħafif IMBATT: Ftit li xejn TEMPERATURA TALBAĦAR: 24 °C Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM L-OGĦLA: 32˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ TEMP: Sabiħ VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Punent il-Lbiċ forza 2 għal 3 li jsir Majjistral forza 4 għal 5 wara nofsinhar u jsir forza 5 mal-lejl BAĦAR: Ħafif IMBATT: Ftit li xejn SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 17 90 43 19 6 11 32 37 ROYAL Pharmacy, 271, Triq ir-Re- pubblika, Valletta CHEMIMART International Pharmacy, 650, Triq il-Kbira San Guzepp, Ħamrun BROWN'S Pharmacy, 278, Triq il- Vitorja, Qormi MACKIE'S Pharmacy, Triq L. Casolani, Ta' Paris, Birkirkara CHARING Pharmacy, Triq il-Mimo- sa, Pietà J.V.'S Pharmacy, Wied is-Swieqi, Swieqi THE Economical Dispensary, 86/87, Triq Sir Adrian Dingli, Sliema MISRAĦ Kola Pharmacy, Triq il- Pitkali, Attard ST. Mary Pharmacy, 14, Pjazza Rotunda, Mosta QAWRA Pharmacy, Earl's Court/1, Triq l-Imħar, Qawra THERESA Jo Pharmacy, 3A, Triq Xintill, Tarxien ALPHA Pharmacy, 'Maria Immaculata', Triq Cospicua C/W Vjal il-Kottoner, Fgura ST. Anne Pharmacy, Triq il-Qalet, Marsascala ST. Catherine Pharmacy, Plot 3, Triq il-Qadi, Żejtun BRONJA Pharmacy, Sonata, Triq il- Bronja, Żurrieq PLAZA Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Żebbuġ NIGRET Pharmacy, Triq iz-Zahar, Rabat CASTLE Pharmacy, 2, Misraħ l-In- dipendenza, Victoria PISANI Pharmacy, Bini Gdid, Triq Sannat, Sannat Muscat ma kienx entużjast għar-referendum Ikompli minn pagna 1 L-akkuża saret wara li s-Segretarju Ġenerali Chris Said induna li l-intenzjoni tal-Gvern kienet li jipposponi l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali tas-sena d-dieħla biex b'hekk ma jkunx hemm parteċipazzjoni qawwija għar-referendum u b'hekk ma jintlaħaqx il-kworum meħtieġ biex referendum ikun validu. Said induna wara li tkellem ma' Stefan Buontempo, li hu responsabbli mill-Kunsilli Lokali. Sorsi qrib il-Prim Ministru qalulna, li Muscat ma kienx entużjast għar-referendum dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa. U jaf li jekk dawn ma jsirux flimkien mal-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali n-nies jispiċċaw ma joħorġux jivvutaw. Tajjeb wieħed ma jinsix li ftit tal-ġimgħat ilu ġie żvelat fl-istampa li minn informazzjoni li ħarġet fil-pubbliku deher li l-maġġoranza tan-nies riedu li l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali jsiru kollha fl-istess żmien. Irreżenja għax ma kienx stmat mill-PN Ikompli minn paġna 1 Wara li r-riżenja mill- Partit Nazzjonalista, Castaldi Paris bagħat ukoll ittra tar-riżenja lill-Kunsill Lokali ta' Ħal Lija li fiha spjega li ma baqagħlux skop li jżomm il-kariga wara li fi kliemu ma kienx qed jiġi stmat mill-partit. Bejn Jannar u Diċembru 2013 attenda erba' seduti filwaqt li minn Jannar sa Mejju 2014 ma attenda l-ebda seduta. B'hekk, minn total ta' 25 seduta Castaldi Paris attenda biss ħamsa. Informazzjoni oħra meħudha mill-istess dokument li ressaq il- Ministru Owen Bonnici turi x-xogħlijiet li jitwettqu mill-ħaddiema manwali fi ħdan il-kunsilli, inkluż l-istess kunsill li kien imexxi Castaldi Paris. Din il-gazzetta tista' tiżvela li l-informazzjoni pprovduta mill-Kunsill f 'forma ta' lista msejħa Task List tal-ħaddiema tal-IPSL, tħallew barra xogħlijiet li l-istess ħaddiema għamlu speċifikament għal Castaldi Paris innifsu u li ma tniżżlux f 'din il-lista. Fost ix-xogħlijiet li twettqu mill-ħaddiema tal-Kunsill għal Castaldi Paris insibu li fis-27 ta' Novembru 2013 dawn il-ħaddiema ntalbu jmorru jiġbru lil Castaldi Paris mill-Belt meta ma kienx fuq xogħol tal- Kunsill. Fit-28 ta' Novembru 2013 il-ħaddiema wasslu lil Castaldi Paris il-Belt u tas- Sliema meta wkoll ma kienx fuq xogħol tal-Kunsill. Fid-29 ta' Novembru 2013 il-ħaddiema ntalbu jmorru d-dar tas-Sindku biex jiġbrulu l-bagalja u jeħduhielu l-uffiċċju filwaqt li fit-2 ta' Diċembru l-ħaddiema ġew mitluba jwasslu lil Castaldi Paris tas-Sliema. L-ebda minn dawn l-erba' każijiet ma kienu mniżżla fil-lista tax-xogħlijiet li ġiet ippreżentata fil-parlament iżda din il-gazzetta għandha f 'idejha kopji tad- dokumentazzjoni li juru li dawn seħħew. Każ ieħor li seħħ taħt it- tmexxija ta' Castaldi Paris hu l-ingaġġ ta' skrivana part-time li tiġi t-tifla tas- Segretarju Eżekuttiv. Din l-iskrivana kienet ingaġġata fuq bażi part-time biex taħdem is-Sibtijiet filgħodu minħabba li ż-żewġ segretarji l-oħra ma ridux jaħdmu s-Sibtijiet. Jirriżulta li meta waħda mill-iskrivani full-time ħarġet tqila, it-tifla tas- Segretarju Eżekuttiv qalbet full-time u dan mingħajr l-approvazzjoni Ministerjali għalkemm it-talba mill- Kunsill biex l-impjegat fuq bażi part-time issir full- time, saret fit-28 ta' Frar 2011. Jidher iżda li l-Kunsill Lokali ta' Ħal Lija qaleb lill-impjegata minn bażi part-time għal full-time, b'mod li ngaġġaha bħala t-tielet impjegat full-time tal-Kunsill, mingħajr l-approvazzjoni Ministerjali li kellu jistenna qabel ma jipproċedi. Fi tweġiba oħra tal- Ministru Owen Bonnici għall-mistoqsija parlamentari Numru 6867, Bonnici qal li s-Sindku Castaldi Paris sostna li kollox sar kif suppost f 'dan ir-rigward u li kienet ir-responsabbiltà tas- Segretarju ta' dak iż-żmien li jsegwi proċedura tal- liġi u jagħmel follow up. Eventwalment is-Segretarju Eżekuttiv kien irriżenja mill-kariga tiegħu. Każ ieħor jirrigwardja żewġ zebra crossings li kienu saru jumejn qabel l-elezzjoni tal-2013. Dawn iż-zebra crossings kienu saru fi Triq Sant'Andrija u fi Triq il-Forn. Is-Sindku Castaldi Paris dejjem ċaħad li l-Kunsill ordna li jsiru żewġ zebra crossings ġewwa Ħal Lija tant li fi tweġiba oħra parlamentari, il-Ministru Bonnici qal li kien jinsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Lija li ż-żewġ zebra crossings fi Triq Sant'Andrija u fi Triq il- Forn ma kinux diskussi u wisq anqas ordnati li jsiru mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Lija. Fil-fatt il-Kunsill qatt ma rċieva l-ebda kont għal dawn ix-xogħlijiet. Minn informazzjoni li għandha din il-gazzetta jidher li lanqas Transport Malta ma ħarġet permessi biex isiru dawn iż-zebra crossings u lanqas jafu min għamilhom. Għalkemm ippruvajna diversi drabi nagħmlu kuntatt ma' Castaldi Paris biex nieħdu l-kummeti tiegħu, it-telefonati u l-email li bgħatnielu baqgħu mhux imwieġba. YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt