Illum previous editions

illum 20 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/349232

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Il-Ħadd 20 ta' Lulju 2014 | illum 11 Louise Coleiro Preca fejn jidħlu d-drittijiet umani, il-ġustizzja soċjali u l-governanza xierqa. Din il-Presidenza diġà turi li se tagħti tifsira ġdida għas-solidarjetà mal- iktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna. Qed taħdem mill-viċin mat-tliet setturi f 'pajjiżna, il-gvern, in-negozji u s-soċjetà ċivili. M'għandi l-ebda dubju li din se tkun żviluppata fi pjattaforma b'saħħitha għal sħubija u impenn ma' dawk kollha li jemmnu f 'ġustizzja globali. Bl-approċċ tagħha, li titfa' lill- bniedem fiċ-ċentru, il-viżjoni tagħha tista' tinkiseb." Fr. Martin Micallef – Direttur tad-Dar tal-Providenza "Persuna li twettaq dak li tgħid" "L-għażla ta' Marie Louise Coleiro Preca bħala l-President il-ġdid ta' Malta kienet żgur għażla fid- direzzjoni t-tajba għax iġġorr magħha esperjenza twila ta' ħidma fil-ħajja pubblika u soċjali. Jidher ċar li l-ħatra tagħha se tkompli tgħolli d-dinjità tal- Presidenza u se tgħin biex il-poplu Malti u Għawdxi jara fiha l-persuna li tgħaqqadhom u tagħmilhom aktar kburin b'pajjiżhom. Jidher ukoll li l-President Coleiro Preca se tkompli tibni fuq il-ħidma li saret qabel filwaqt li ma tiddejjaqx tagħti wkoll it-timbru tagħha lil din il-Presidenza. Id-Dar tal-Providenza apprezzat ħafna l-fatt li l-Onor. Marie Louise Coleiro Preca għoġobha tagħżel dan il-post biex tagħmel il-quddiesa hekk imsejħa "Tal-Ispirtu s-Santu" qabel tieħu l-ġurament tal-ħatra bħala l-President il-ġdid ta' Malta u tagħti bidu għall-ħidma tagħha f 'din l-ogħla kariga tal- pajjiż. Għalija din l-għażla wriet ix-xewqa tagħha li taħdem biex is-soċjetà Maltija tkun dejjem aktar inklussiva, ġusta, ugwali, solidali ma' kull min għandu bżonn xi tip ta' appoġġ, li għandha għal qalbha ż-żgħir u li tara d-differenza bħala xi ħaġa sabiħa u mhux theddida. Mitt jum wara l-ġurament tal-ħatra nemmen li minkejja li llum qed tokkupa l-ogħla kariga tal- pajjiż, l-Eċċellenza Tagħha Marie Louise Coleiro Preca, baqgħet il-persuna li kienet; il-persuna tan- nies, umli, tisma' lil kulħadd u twettaq dak li tgħid." Peppi Azzopardi – Preżentatur "M'għandhiex tkun il-vuċi ta' kulħadd" "Il-President Marie Louise Coleiro Preca temmen li l-karità mhix l-aqwa mezz kif tiġġieled l-inġustizzja. Naqbel magħha. U nifhem li trid tibdel il-karità fid-dritt li s-soċjetà għandha lejn nies fil-bżonn. Nifhem li tħossha xi ftit skomda f 'dan ir-rwol. Iżda konvint li s-soluzzjoni tinstab f 'żewġha Edgar. Edgar huwa persuna b'kariżma rari ħafna, persuna b'umiltà ġenwina li ma tinbidilx quddiem jew wara kamera. Edgar għandu intelliġenza emozzjonali inkredibbli. Edgar għandu jkun il-wiċċ tal-Community Chest Fund waqt li l-President tibqa' l-wiċċ u l-vuċi biex il-karità tinbidel kuljum fid-drittijiet għal dawk li huma l-aktar fil-bżonn. Għax hi temmen tassew fil-ġustizzja soċjali. It-tfal verament huma l-mimmi ta' għajnejha, u naf li qed taħdem b'enerġija biex ix-xibka ta' solidarjetà f 'pajjiżna tiddependi dejjem anqas mill-karità. Kont qed insegwi lil Marie Louise Coleiro Preca waqt il-gradwazzjoni tal-Caritas u minn fejn kont, bla ma taf, stajt ninota l-body language tagħha. Bdiet tifraħ u taqbeż bil-ferħ tara dawk iż-żgħażagħ clean mid-droga. U dan meta kienet fuq is-siġġu fid-dlam u mhux fuq il-palk bl-attenzjoni fuqha. U hemm tinduna kemm din il-mara tħoss il-ferħ fil- ġid tan-nies. Iżda d-diskors tagħha dakinhar kellu jkun aktar konkret, jieħu pożizzjoni. Il-President m'għandhiex tħalli l-Presidenza toħnoqha. Bħala President, biex tkun il-vuċi ta' dawk vulnerabbli ma tistax tkun il-vuċi ta' kulħadd. Sa issa l-President ma togħġobni xejn meta nzertajtha għaddejja bil-muturi u s-sireni. Ma tixirqilhiex, mhux f 'postha, ħela u ma hemm ebda ħtieġa għaliha… F'dawn il-mitt jum ammirajt lill-President għar- rispett ġenwin li għandha lejn l-Opożizzjoni speċjalment lejn Simon Busuttil bħala l-Kap tal- Oppożizzjoni. Nemmen ukoll li Marie Louise Coleiro Preca għad tagħmel differenza dwar kif ngħixu l-multi-kulturaliżmu f 'pajjiżna." Ritratt: Ray Attard Shasha Marisa Grima Claudia Taylor-East Fr. Martin Micallef Peppi Azzopardi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 July 2014