Illum previous editions

illum 20 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/349232

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

12 illum | Il-Ħadd 20 ta' Lulju 2014 Għawdex: Int djamant GĦAJNSIELEM hi l-ewwel art li wieħed isib meta jinżel il-port tal-Imġarr. Bla dubju li int u tiela' mill-port l-aktar ħaġa li toqltok hi l-kampnar Gotiku ta' din il-knisja li jgħamilha unika f 'Għawdex. Kulmin iżur din il-pjazza jista' jinnota li hi l-akbar pjazza f 'Għawdex, imżejna b'żewġ każini mill-isbaħ, dak tal-banda u l-ieħor tal-futbol, fejn wieħed jista' jgawdi l-kampanja Għawdxija, il- fliegu b'Kemmuna u Malta quddiemek u l-fortizza ta' Chambray. Iżda dik li suppost hi l-ġojjell ta' Għajnsielem hi pjazza żdingata li l-istess sindku tar-raħal jsejħilha, "pjazza mandra". Iltqajna mas-Sindku, Frances Cauchi li deher iddiżgustat immens għal mod żdingat tal-pjazza u dan qalilna li hu u l-kunsill ta' Għajnsielem ilhom jaħdmu madwar seba' snin biex isir proġett ta' tisbiħ tal-pjazza li jiswa madwar nofs miljun ewro u li l-fondi għalih kienu maħsuba wkoll. "Anke l-pjanta maħduma mill-Perit Għajnselmiż, Godwin Sultana hi lesta," qalilna s-Sindku li ilu jmexxi il-Kunsill Lokali ta' Għajnsielem sa mill-bidu nett, jiġifieri 20 sena sħaħ. "L-istorja tal-pjazza hi storja twila ta' 'l fuq minn sitt snin u nofs u madwar 100 laqgħa bejn il-Kunsill, l-awtoritajiet ekkleżjastiċi u l-ministeru għal Għawdex tal-amministrazzjoni ta' qabel. Anke l-MEPA ħarġet il-permess għal dan il- proġett. Kien se jiswielna €400,000 li kienu se jitħallsu bejn il-Kunsill u l-Ministeru għal Għawdex u l-Knisja ma kienet se tħallas xejn. Dan kollu bil-patt li jsir ftehim b'kuntratt fejn il-Knisja tagħti l-approvazzjoni biex isir il- proġett fil-pjazza (zuntier) u li din tibqa' proprjetà tal-Knisja." Iz-zuntier li jifforma l-pjazza nnifisha hu proprjetà tal- Knisja. Jidher ukoll li waħda mir-raġunijiet li bejn il-Knisja u l-kunsill bdew it-trikki trakki kienet li l-Knisja ma riditx li jsir GħajnsielemFest quddiem il-knisja. Iżda din id-darba jidher li kien hemm qbil, skont is-Sindku, li biex isir il-proġett il-Knisja kienet se tintrabat li tħalli dan il- festival annwali jsir fil-pjazza. "Peress li kien se jsir il- kuntratt, aħna bħala kunsill," kompla jgħidilna s-Sur Cauchi, "u anke l-Ministeru ta' Għawdex ridna li l-Knisja ġġib il-kuntratt oriġinali tagħha li juri li l-pjazza hi fil-fatt proprjetà tagħha għax il-ftehim kien se jsir fuq Public Private Partnership. Għal aktar minn sitt snin u nofs bqajna niltaqgħu u l-Knisja dejjem twegħedna li se tissottometti l-kuntratt u baqgħet ma ssottomettiet xejn. Kienet ġejja l-elezzjoni u l-ministeru ddeċieda li jabbanduna l-proġett u aħna bħala kunsill konna se nitilfu l-fondi ta' madwar €200,000 mill-UIF. Erġajna tlabna lill-Knisja biex iġġib il-kuntratt u bqajna mingħajr risposta u b'hekk il- kunsill għażel li juża dawk il- flus biex isebbaħ il-Belvedere kif fil-fatt qed isir." Frances Cauchi kien jidher imbaqbaq u wera biċ-ċar li dan il-proġett tal-pjazza ta' Għajnsielem kienet il-ħolma vera tiegħu u tal- Għajnselmiżi, "Għax kulmin jiġi Għajnsielem, anke l-barranin kulħadd jaħseb li l-kunsill ta' Għajnsielem m'għamel xejn biex isebbaħ l-isbaħ pjazza ta' Għawdex. U mhux ġust għax aħna kellna kollox preparat bil- fondi b'kollox. Il-kundizzjoni tal-pjazza kif inhi fil-preżent qisha 'mandra' u dan ir- raħal tant sabiħ ma jixraqlux hekk, però minħabba r-ras iebsa ta' xi ħadd, il-kunsill qed ibati l-konsegwenzi ta' ħafna għajdut li r-raħal hu żdingat tort tal-kunsill li m'għamilx il-pjazza meta fil-fatt kienet il-Knisja li ma waslitx f 'kompromess mal-kunsill u mal-Ministru tal-amministrazzjoni ta' qabel. Nispera li kont ċar iżda dan kollu li għidt hu l-verità," temm is-sindku ta' Għajnsielem. Sadattant il-ġurnal ILLUM għamel l-istħarriġ tiegħu dwar din il-kwistjoni li dehret ċara li kienet battalja jew nuqqas ta' ftehim bejn il-Knisja u l-kunsill. Jidher li taħt l-amministrazzjoni l-ġdida nbdew xi forma ta' diskussjonijiet bejn il-Knisja u l-Ministeru għal Għawdex. Sirna nafu li fl-aħħar xhur saru taħdidiet u konna infurmati li l-kuntratt tal- pjazza tfaċċa u dan juri li l-art hi tal-Knisja u ntlaħaq ftehim li l-pjazza se ssir fuq pjanta tal-istess Perit Godwin Sultana u se ssir bejn il-Gvern u l-Kurja fejn il-gvern se joħroġ €150,000. Minn sorsi ta' min jorbot fuqhom sirna nafu li fil- ġimgħat li ġejjin mistennija ssir laqgħa pubblika fejn se tkun preżentata l-pjanta tal-pjazza qabel tiddaħħal John Busuttil - jbusuttil@mediatoday.com.mt Il-Pjazza t'Għajnsielem se tibqa' qisha 'mandra'? Tug-of-war bejn il-Kurja u "Il-Knisja dejjem twegħedna li se tissottometti l-kuntratt u baqgħet ma ssottomettiet xejn" "Kien jidher ċar li bejn il-kunsill ta' Għajnsielem u l-kurja kien hemm battalja" Il-Pjazza ta' Għajnsielem, deskritta mis-sindku tar-raħal bħala 'pjazza mandra'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 July 2014