Illum previous editions

illum 20 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/349232

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 35

18 illum | Il-Ħadd 20 ta' Lulju 2014 YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt Il-Punt Gvern b'ruħ soċjali I l-Ġustizzja Soċjali għalina kienet minn dejjem prijorità, meta bħala partit konna fl-Oppożizzjoni semmajna leħinnha kemm-il darba favur id-drittijiet tal-fqir, iż-żgħir u l-batut u llum hekk kif ingħatajna l-fiduċja mill-poplu, bħala Gvern qed nagħtu lil dan il-qasam prijorità assoluta. Nemmnu li l-ġid iġġenerat għandu jinqasam b'mod ekwu u għalhekk qed naraw li mill-ġid li jinħoloq igawdi minnu kulħadd. Sfortunatament il-qasam tal-politika soċjali taħt gvern Nazzjonalista ngħata l-ġenb għal snin twal. Qasam li bnew is-sisien sodi tiegħu gvernijiet Laburisti matul is-snin. Huwa għalhekk dmir u dover tagħna llum sabiex inħarsu dak li kisbu missirijietna filwaqt li naħdmu bla heda sabiex insaħħu aktar dan il-qasam. Mingħajr dubju l-akbar problema li sibna ma' wiċċna bħala gvern hija t-telqa kbira li sibna fil-qasam tal-housing. Qasam li jirrikjedi attenzjoni kbira u li bħala gvern bdejna nindirizzaw diversi problemi sa mill-ewwel ġurnata. Kien faċli għalina ngħidu li mhux se jirnexxielna naslu għax ma sibna xejn fuq xiex nibnu, però dan m'għamilniehx u bdejna naħdmu sabiex inkomplu nagħtu dinjità lill-familji Maltin u Għawdxin li huma l-aktar fil-bżonn. Kien għalhekk li bħala gvern bdejna nindividwaw liema huma l-postijiet battala li għandu l-gvern filwaqt li bdiet ħidma wkoll sabiex housing estates tal-gvern li tħallew fi stat ta' abbandun jiġu rranġati. Kien għalhekk li ġew identifikati l-ewwel tliet housing estates fosthom dik fix- Xatt tal-Isla li l-komun tagħhom se jkun qed jingħata dehra ġdida. Se nkunu qed inżommu wkoll mal-wegħda elettorali li nniedu proġetti ta' housing bejn il-gvern u l-privat kemm għall-bejgħ u kif ukoll għall-kiri b'rati soċjalment aċċettabbli filwaqt li se nkomplu nsostnu l-iskemi eżistenti ta' kiri mill-Awtorità tad-Djar. Bħala gvern se nkomplu nniedu wkoll skemi realistici sabiex peruni li jgħixu f 'postijiet b'kiri mingħand il-gvern ikunu jistgħu jsiru sidien ta' djarhom filwaqt li se nkomplu ninċentivaw persuni sabiex jirranġaw postijiet eżistenti u antiki biex ikunu jistgħu jgħixu fihom. Wettaqna dak li wegħedna u llum il-ġurnata b'ħidma kbira mill-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali l-pensjoni tar-romol qed tingħata mingħajr tnaqqis lir-romol kollha li jkunu jaħdmu mingħajr l-ebda eċċezzjoni. Eżentajna wkoll mill-ħlas ta' kontribuzzjonijiet lil dawk l-anzjani li jibqgħu jgħixu fi djarhom u jkollhom carer impjegat magħhom. Għamilna dan għaliex nemmnu li l-anzjani tagħna għandhom jingħataw għajnuna sabiex jibqgħu jgħixu fi djarhom filwaqt li nagħtu l-opportunità lil qrabathom sabiex ikomplu jaħdmu u mhux jitilqu mix- xogħol biex jieħdu ħsiebhom. Komplejna naħdmu u nieħdu azzjoni sabiex nipproteġu lill- anzjani tagħna. Ma bżajniex nieħdu deċiżjonijiet iebsin għaliex nemmnu li l-anzjani tagħna għandhom jiġu trattati b'dinjità. Huwa għalhekk li nixtieq nifraħ lis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill- Anzjani u l-Persuni b'Diżabbiltà Justyne Caruana li meta rat l-istat diżastruż tal-kċina fir-Residenza ta' San Vinċenz ma ħasbithiex darbtejn sabiex tieħu azzjoni u tagħlaq din il-kċina li kienet tħalliet f 'dan l-istat minn gvernijiet preċedenti. Kien għalhekk li ftit sigħat wara beda mill- ewwel il-proċess sabiex tkun tista' tinbena kċina ġdida f 'din ir-residenza li tilqa' fiha mijiet ta' anzjani. Qed nagħmlu dan kollu għaliex nemmnu fil-ġustizzja soċjali fejn kull min jiflaħ għandu jikkontribwixxi filwaqt li nkunu ta' spalla u sostenn lil dawk kollha li jaqgħu lura. Għalhekk hemm bżonn li nkomplu naħdmu u nwettqu sabiex inkomplu nagħtu sostenn lil dawk li qegħdin fl-aktar skaluna baxxa tas-soċjetà tagħna. Irridu nibqgħu nisimgħu l-karba tal-batut u nieħdu azzjoni għaliex nemmnu li kulħadd għandu dritt li jkollu kwalità ta' ħajja li tagħtih dinjità. Dr. Stefan Buontempo hu s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Gvern Lokali. DR. STEFAN BUONTEMPO I l-ħajja politika hija magħmula minn ħafna affarijiet. Ħadd m'għandu jistenna li fid-dinja tal-politika ma jkunx hemm manuvri u opportuniżmu politiku. Ġieli niltaqa' ma' xi ħadd li għadu jibda fil-politika, li jistagħġeb x'għamlulu biex qalgħuh minn hawn jew minn hemm. Iltqajt ma' nies li jaħilfu li ma jridux jafu bil-politika aktar minħabba dak li jkunu għaddew minnu. Xi mossa li qatt ma stennew jew il-mod kif xi ħadd jaħdem lil xi ħadd ieħor. Meta snin ilu bdejt nipparteċipa bil-mod stramb tiegħi fil-politika tgħidx kemm kont neħodhom bi kbar l-affarijiet. Xi "block vote", xi xnigħa barra minn lokha fl-istess jum ta' xi elezzjoni għal xi kariga. Alleanzi li jsiru ma' dak u mal-ieħor biex jinbena front komuni kontra tiegħek. Ovvjament inti trid taħdem b'rasek biex tevita u timmanuvra milli tidħol ġo xi ħajt. Lil dawk kollha li jiġu għandi u jgħiduli li għandhom ħsieb li jidħlu fil-politika dejjem ngħidilhom biex jistennew minn kollox. F'kull livell tal-politika. Minn sempliċi kumitat ta' każin politiku sa livelli ħafna ogħla fl-istrutturi politiċi. Il-politika għandha ħafna mill-arena tal- gladjaturi: "mors tua, vita mea." Jiġifieri l-mewt tiegħek tfisser il-ħajja ta' xi ħaddieħor. Għalhekk lil min ikun dieħel għal politika ngħidlu li jrid irabbi qoxra u aktar minn hekk ma jibqax mal-art mal- ewwel daqqa li jieħu. Għalhekk il-politika hi dik li hi. Meta jasal il-mument li jiena naqla' xi "knock out" politiku, u diversi drabi kont qrib ħafna li naqilgħu, m'hemm xejn x'nagħmel ħlief li neħodha b'serenità, għaliex hija parti mil-logħba. Finalment, jiġri bħalma jiġri dejjem fin-natura. Dawk li jilħqilhom jgħixu, dawk li inqas jilħqilhom jispiċċaw. Dan mhux qiegħed ngħidu bi pjaċir, iżda għaliex hekk hija r-realtà. Nixtieq li kieku qiegħed ngħid mod ieħor, iżda ma nistax. Għalkemm irrid ngħid ukoll li l-politika hija magħmula wkoll minn ħafna elementi pożittivi oħrajn. Elementi ta' sodisfazzjon. Għalhekk meta xi politiku jiġi mgħajjar li huwa opportunista, sa ċertu punt hija xi ħaġa normali. Għaliex sakemm l-opportuniżmu politiku jkun wieħed intelliġenti u mmanuvrat b'ċertu arti, dan huwa t-tip ta' opportuniżmu li jifforma parti integrali mil-lobgħa tal-politika. Kulħadd huwa mistenni li l-intelliġenti jantiċipaw kull mossa, anke jekk opportunistika, tal-avversarji tagħhom. Dawn jinsabu kemm barra u anke ġewwa l-partit tagħhom. Ġieli ta' ġewwa huma ħafna aktar perikolużi minn dawk ta' barra talinqas sa fejn għandu x'jaqsam mal-karriera politika ta' dak li jkun. Iżda anke għall-opportuniżmu politiku hemm limitu. Dan il-ħsieb ġieni f 'moħħi meta dan l-aħħar, bħal sajjetta fil-bnazzi, il-mexxejja tal-partit Nazzjonalista talbu bail out finanzjarju. Iridu li l-Gvern jibda jiffinanzja lill-partiti politiċi. Fl-istess nifs li qed jikkritikaw il-ħlas ta' ċertu ħlasijiet li qiegħed jagħmel il-Gvern, nikkalkula li huma jridu €700,000 fis-sena bħala għajnuna finanzjarja. Il-gawwi mhux biss bil-ġuħ, iżda għadma u ġilda. Jidher ċar li l-coffee mornings, ballijiet tal-Karnival, lotteriji u kummiedji li organizza Chris Said fid-Dar Ċentrali tal-Pietà ma swew għalxejn. Din il-proposta ġiet fi żmien meta b'kumbinazzjoni se ssir dalwaqt il- liġi dwar il-finanzjament tal-partiti. Jidher ukoll li l-istess reżistenza li urew għal snin twal għal din il-liġi, bil-pulit għadhom juruha anke issa, bl-iskuża li l-ewwel irid ikun hemm għajnuna finanzjarja lill-partiti. Ħaġa tal-għaġeb kif il-mexxejja Nazzjonalisti qegħdin jagħmlu din il-proposta meta kienu ilhom snin fil-Gvern u qatt ma għamlu xejn dwarha. Għalija t-tweġiba hija ċara. Sakemm kienu fil-Gvern, anke jekk il-partit Nazzjonalista kien qiegħed jegħreq, ma ħassx il-ħtieġa li jagħmel proposta bħal din. Jiena konvint, li minkejja l-pestilenzi finanzjarji li għandu l-partit Nazzjonalista, li kieku l-aħħar elezzjoni ntrebħet minn dan il-partit, xorta waħda ma kinitx issir din il-proposta. Fil-Gvern kellhom riżorsi pubbliċi illimitati. Iżda aktar minn hekk, il-liġi dwar il-finanzjament tal-partiti ma kinitx fl-interess tagħhom li ssir. Kien ikun jaqblilhom li jibqgħu għaddejjin bil-konfraternitajiet tal-jottijiet mingħajr obbligu ċar li jiddikjaraw dak li jiġbru. Dan huwa xorta ta' opportuniżmu politiku li jqiegħed fid-dubju l-kredenzjali ta' kredibbilità ta' dawk li jagħmlu proposti ta' din ix-xorta. Aktar u aktar meta niftakru x'kien ġara kważi ħames snin ilu dwar proposta ta' din ix-xorta. Kultant naħseb li l-mexxejja Nazzjonalisti jaħsbu li huma biss jiftakru. Jaħsbu li ħaddieħor m'għandux memorja jew li jkun qiegħed isofri minn xi amnesija storika. TONI ABELA Opportuniżmu politiku Il-politika għandha ħafna mill-arena tal-gladjaturi: "mors tua, vita mea"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 July 2014