Illum previous editions

illum 20 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/349232

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 20 ta' Lulju 2014 | illum 3 19 il-kadavru mistennija jaslu Malta matul il-jum IKOMPLI l-eżodu tal- immigranti illegali li qed jaħarbu mill-kosta Afrikana lejn l-Ewropa fejn matul il-jumejn li għaddew, l-awtoritajiet Taljani salvaw mijiet t'immigrant f 'operazzjoni ta' salvataġġ b'għajnuna mill-Forzi Armati ta' Malta. Mhux l-immigranti kollha rnexxilhom isalvaw hekk kif 19-il persuna hu magħruf li tilfu ħajjithom wara li d-dgħajsa li kienu qegħdin jivvjaġġaw fuqha bdiet tegħreq fiż-żona ta' tiftix u salvataġġ Maltija. Jirriżulta li dan il-grupp ta' immigranti kien jifforma parti minn grupp ieħor akbar ta' bejn it-300 u l-400 immigrant u jirriżulta li waqt l-operazzjoni ta' salvataġġ li saret mill-Forzi Armati ta' Malta kien hemm xi immigranti oħrajn li għerqu. Filwaqt li dawk li mietu se jinġiebu f 'pajjiżna aktar tard illum, dawk li baqgħu ħajjin ittieħdu lejn Lampedusa. Eco Wardens pajżana minn għada f 'Birkirkara minn għada f 'Birkirkara IŻŻAMMA tal-indafa f 'pajjiżna hija prijorità f 'kull lokalità u għalkemm ilna żmien twil nassistu għal kampanji edukattivi sabiex inżommu ambjent nadif, xorta għad fadal min iħammeġ barra minn daru mingħajr skruplu. Minn għada filgħodu, l-lokalità ta' Birkirkara se tkun qed tiżgura li l-ambjent jinżamm ferm aktar nadif permezz tal-introduzzjoni ta' Eco Wardens. Dawn l-Eco Wardens pajżana mhux se jkunu lebsin l-ebda uniformi intenzjonalment sabiex ma jkunux magħrufa minn min ikun beħsiebu jew ikun qiegħed iħammeġ u b'hekk jispiċċa jinqabad fil-fatt. Fost l-infurzar li se jeżiġu l-Eco Wardens hemm li m'għandhomx jintefgħu boroż bi skart madwar l-iskips, li l-ħmieġ tal-klieb għandu jinġabar mis-sid ġo borża li huwa obbligat li jġorr miegħu, li kull min jitma' l-annimali barra huwa responsabbli li jnaddaf u li ħadd m'għandu jitfa' sigaretti barra. Il-boroż tal-iskart għandom jinħarġu mit- tmienja ta' filgħodu mit- Tnejn sas-Sibt biss. Boroż suwed nhar ta' Tnejn, Erbgħa, Ġimgħa u Sibt filwaqt li boroż ħodor jinħarġu biss it-Tlieta u l-Ħamis. Din il-gazzetta għamlet kuntatt mal-Kunsill ta' Birkirkara fejn staqsejna x'se jagħmel min ikun irid joħroġ għax-xogħol qabel it-tmienja. Il-kelliema tal- Kunsill qalet li min jaħdem jista' joħroġ il-borża sa mis-sitta ta' filgħodu basta il-borża tinżamm quddiem il-bieb tal-individwu. Mistoqsija x'jiġri jekk persuna tikser xi waħda mir-regolamenti msemmija aktar 'il fuq, il-kelliema qalet li f 'dak il-każ l-Eco Wardens għandhom il-poter biex joħorġu ċitazzjonijiet lil min hu responsabbli għan- nuqqas t'għemilu. Il-President ta' Malta għada f 'Reporter Ritratt: Ray Attard ILPRESIDENT ta' Malta, Marie Louise Coleiro Preca se tkun il-mistiedna ewlenija waqt il-programm Reporter li jixxandar għada filgħaxija fid- 8.45pm fuq TVM. Kien fil-bidu ta' Frar meta bdew iduru xnigħat li Marie Louise Coleiro Preca, dak iż-żmien Ministru għall- Familja u Solidarjetà Soċjali, kienet se tinħatar bħala d-disa' President ta' Malta wara t-terminu ta' George Abela. L-aħbar intlaqgħet b'entużjażmu minn ħafna nies għall-fatt li Coleiro Preca kienet magħrufa għall-bżulija f 'xogħolha filwaqt li oħrajn ħassew li l-aktar Ministru ħabrieka fil-kabinett ta' Joseph Muscat, kienet se tinħela fi rwol meqjus bħala wieħed ċerimonjali. Balzan jistaqsi lill- President kif kienet tħares lejn il-presidenza qabel ma ġiet appuntata? U llum li qiegħda hemm, x'inhuma l-impressjonijiet tagħha? Jistaqsiha wkoll jekk damitx taħsibha qabel ma aċċettat ir-rwol u jekk ir-rwol ċerimonjali jdejjaqhiex. Il- Presidenza x'effett kellha fuq il-familja ta' Marie Louise Coleiro Preca? Kien hemm qisu l-ftehim speċjali li Marie Lousie Coleiro Preca bħala President tibqa' marbuta ma' temi soċjali u involuta fit- tfassil ta' politiki fil-qasam soċjali. Dan fuq insistenza tagħha? Reporter għandu produzzjoni u preżentazzjoni minn Saviour Balzan mgħejun mill-ġurnalist Frederick Attard. Reporter jixxandar għada fid-8.45pm b'ripetizzjoni t-Tlieta fis-5.45pm fuq TVM 2

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 July 2014