Illum previous editions

illum 20 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/349232

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 35

Il-Ħadd 20 ta' Lulju 2014 | illum 23 Kummercjali Is-Seba' Edizzjoni ta' Opera vs Pop under the Stars WARA s-sitt edizzjonijiet tal- ispettaklu kulurit "Opera vs Pop under the Stars", kif ukoll is-serata mużikali fil-ftuħ tan-Notte Gozitana – Lejlet Lapsi 2012, issa l-Gozo Youth Orchestra b'kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex u l-Ambaxxata Amerikana f 'Malta, se tippreżenta "Opera vs Pop under the Stars". Is-seba' edizzjoni se ssir nhar it-Tnejn 28 ta' Lulju 2014 fit-8.30pm (dawk preżenti mitluba jkunu f 'posthom kwarta qabel). Mistiedna speċjali se jkunu l-Ministru għal Għawdex l-Onor Dr. Anton Refalo u l-Ambaxxatriċi tal-Istati Uniti għal Malta l-E.T. Gina Abercrombie-Winstanley. F'dan il-kunċert se jieħdu sehem fost l-oħrajn, is-sopran imwielda f 'Għajnsielem imma li tgħix f 'New York, Pamela Agius, il-Baxx Noel Galea u l-kantant pop Taljan Francesco Joseph Nicodeme. Fl-ewwel parti tal-programm, l-orkestra dejjem taħt id-direzzjoni tal- fundatur tagħha s-Surmast Joseph Grech se tesegwixxi siltiet minn opri u xogħlijiet klassiċi, waqt li fit-tieni parti nassistu għal varjetà sabiħa minn soundtracks ta' films u musicals popolari u magħrufa. Dan l-avveniment issa sar parti mill-kalendarju tas- sajf u jkun mistenni mill- Għawdxin u minn ħafna Maltin u barranin li jgħixu fostna. Mużika sabiħa, logħob tad-dawl, ambjent mill-aqwa u sirda sajfija huma parti mill- ingredjenti li jipprovdi dan l-ispettaklu annwali flimkien ma' xarba friska wara x-show! Jekk trid tkun ċert minn post fil-bitħa tal-Ministeru fi Pjazza San Franġisk, Victoria, nhar it-Tnejn 28 ta' Lulju filgħaxija, ċempel 79421611 jew 99421611 inkella ikteb f 'dan l-indirizz elettroniku li ġej: gozowindbandorchestra@ yahoo.co.uk. Tista' wkoll tibbukkja postijiet VIP li jinkludi cocktail reception qabel il-kunċert kif ukoll post garantit fl-ewwel tliet fillieri. Pamela Agius, is-sopran minn Għajnsielem li tgħix New York L-Air Malta tilħaq it-80,000 Like fuq Facebook L-Orkestra Filarmonika ta' Malta ddoqq għal Banif LAIR Malta (www. airmalta.com) laħqet it- 80,000 Like fuq Facebook, u b'hekk żammet il-pożizzjoni tagħha bħala waħda mid- ditti Maltin l-aktar popolari fuq il-mezzi soċjali. "Facebook jippermettilna naqsmu l-imħabba tagħna għal Malta u d-destinazzjonijiet l-oħra tagħna mal-klijenti madwar id-dinja kollha. Ninsabu kburin li għandna udjenza li tinvolvi ruħha ħafna u li baqgħet tikber kull xahar," qal il-Kap Uffiċjal Kummerċjali tal-Air Malta, Philip Saunders. "Xahrejn ilu biss konna qegħdin niċċelebraw it- tragward ta' 70,000 Like, għalhekk dan ir-rekord il-ġdid huwa partikolarment inkoraġġanti." Il-paġna ta' Facebook tal-Air Malta tiġi aġġornata regolarment b'vidjows, ritratti, posts fuq il-blogg u kompetizzjonijiet li jiċċelebraw il-passjoni tal- linja tal-ajru għall-ivvjaġġar, b'mod partikolari f 'Malta u d-diversi destinazzjonijiet l-oħrajn tagħha. Is-segwaċi tal-Air Malta jikkontribwixxu wkoll b'mod regolari, billi jaqsmu l-esperjenzi tagħhom bil-paġna www.facebook. com/airmalta b'rispons konsistenti dwar it-titjiriet u s-servizzi tal-Air Malta. Matul dawn l-aħħar tliet xhur, l-Air Malta offriet lis- segwaċi ta' Facebook tagħha 25% skont fuq it-titjiriet skedati tagħha madwar l-Ewropa biex tiċċelebra l-40 anniversarju tagħha u organizzat kompetizzjoni ta' tbassir matul l-istaġun tal- futbol, li tat il-possibbiltà lill-parteċipanti kollha jirħbu skontijiet u titjiriet bla ħlas. Kien biss xahrejn ilu meta l-Air Malta ċċelebrat is-70,000 Like LORKESTRA Filarmonika ta' Malta ħadet lill-impjegati ta' Banif Bank, ħbieb u familjari tagħhom fuq vjaġġ mużikali maġiku, billi wasslitilhom siltiet minn films popolari maħbubin ħafna kemm mit-tfal kif ukoll mill-adulti. Is-serata, mtella' b'mod esklussiv għall-Bank mill-Banif Sports and Social Committee, bdiet b'rinfresk fil-Ġnien tal-Argotti fejn l-impjegati setgħu jiltaqgħu ma' sħabhom b'mod informali. Is-Sala Robert Sammut fil-Furjana, li qabel kienet knisja tal-Metodisti, kienet adattata għal dan il- kunċert, bl-udjenza tapprezza l-akustiċi eċċellenti tal-post. Il-mużiċisti, taħt id-direzzjoni ta' Michael Laus, tellgħu programm ta' mużika klassika, waqt li l-vuċi sabiħa ta' Dorothy Bezzina paxxiet lit-tfal li kienu bilqiegħda fuq quddiem nett jisimgħu b'attenzjoni kbira. L-Orkestra Filarmonika daqqet xogħlijiet bi preċiżjoni u passjoni, biex b'hekk is-serata ħadet xejra verament maġika. Il-mużika kienet akkumpanjata b'viżwali mill-films, proġettati fuq skrin kbir. "Lejla pjaċevoli ta' ċinema, wieħed jista' jgħid!" ikkummenta Patrick Bartolo, maniġer tal- fergħa tas-Siġġiewi u membru fil-kumitat organizzattiv. "Ovvjament kienet aktar minn dan, u ta' min ifaħħar il-mod intelliġenti li bih l-Orkestra Filarmonika inkludew it-tfal, billi involvewhom direttament f 'bosta biċċiet li ndaqqu. Dan għen sabiex dawk aktar ċkejkna joqogħdu attenti u kwieti." Il-Banif Sports and Social Committee tella' wkoll kompetizzjoni għat-tfal, li kellhom joħolqu strumenti mużikali minn materjal riċiklat. Is-serata saret fis-Sala Robert Sammut u offriet divertiment kemm għall-adulti u anke għat-tfal YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 July 2014