Illum previous editions

illum 20 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/349232

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 35

26 illum Il-Ħadd 20 ta' Lulju 2014 SPORTSillum SPORTSillum "Se nagħmel ħilti kollha biex din il-ħolma ssir realtà" – Steve Borg Steve Borg fl-azzjoni ma' Valletta kontra Balzan FTIT tal-jiem ilu tħabbar li d-difensur internazzjonali Steve Borg se jkun qed iħalli Malta biex imur jilgħab f 'kontinent ieħor eżattament fl-Afrika ta' Isfel mat-tim ta' Platinum Stars. Huwa kellu diġà prova ma' dan il-klabb iktar kmieni matul dan is-sajf iżda wara kollox beda jindika li Borg kien se jingħaqad mat-tim immexxi mill-eks kowċ ta' Valletta, l-Olandiż Andre Paus, Anortosis f 'Ċipru. Madankollu jidher li l-klabb ta' Platinum Stars iktar attira lil Steve Borg u b'hekk għażel li jingħaqad magħhom b'mod definittiv. Dan il-ġurnal għamel kuntatt ma' Borg innifsu fejn staqsieh kif qed iħares lejn din l-esperjenza ġdida fil-karriera tiegħu u ferm 'il bogħod minn xtutna. Huwa saħaq li: "Hija l-ħolma tiegħi li nilgħab il-futbol bħala plejer professjonali, u fl-aħħar ġewni żewġ opportunitajiet. Qed inħares lejha bħala sfida kbira, għax ninsab ċert li mhux se tkun faċli - kemm minħabba li se nkun 'il bogħod mill-familja, tfajla u ħbieb, kif ukoll biex nirbaħ posti fit-tim u nibda nilgħab. Qed ngħid hekk minħabba l-fatt li milli rajt sa issa l-livell tal-kampjonat li se nkun qed nilgħab fih fl-Afrika ta' Isfel huwa wieħed għoli. Imma m'iniex se naqta' qalbi u se nagħmel ħilti kollha biex din il-ħolma ssir realtà." "Nixtieq li din l-esperjenza fl-Ungerija tgħinni nim- matura" – Rowen Muscat LEKS plejer ta' Birkirkara, l-internazzjonali Malti, Rowen Muscat, jinsab fl-Ungerija fejn iffirma kuntratt ta' sena mal-klabb Dunaujvaros. Dan il-ġurnal għamel kuntatt ma' Muscat innifsu fl-Ungerija fejn talbu l-kummenti tiegħu rigward kif qed iħares lejn din l-esperjenza unika li qed jagħmel 'il bogħod minn xtutna. Huwa saħaq li: "Hawnhekk tkun futboler professjonali jiġifieri filgħodu u filgħaxija futbol u tispiċċa taħseb il-ħin kollu fuq futbol. Il-ħajja hawnhekk fl-Ungerija hija naqra diffiċli għall-bidu sakemm tidra lin-nies u lill-plejers u l-post. L-akbar problema hija li hawnhekk ma jitkellmu Ingliż xejn. U anki l-plejers sħabi - 5 minnhom biss jitkellmu Ingliż allura qed ikolli nitgħallem ħafna kliem tekniku biex niftiehem magħhom. Bħala ħajja irħisa ħafna u faċli tgħix fl- Ungerija. Madankollu, il-ħajja li ngħixu Malta trid tinsiha għax hawnhekk ma jkollokx ħin għall-ġenn u għat- tgawdija li jkollna Malta. Din hija l-ħajja ta' futboler professjonali kuljum taħriġ iebes filgħodu u filgħaxija u fi tmiem il-ġimgħa wara l-logħba, mistrieħ. Qed nuża din l-opportunità biex mhux biss nesperjenza ħajja professjonali iżda biex tgħini nsir raġel matur aktar 'il quddiem," temm jgħid Rowen Muscat. YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt Rowen Muscat fl-ewwel dehra tiegħu f'Dunaujvaros fl-Ungerija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 July 2014