Illum previous editions

illum 20 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/349232

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

4 illum | Il-Ħadd 20 ta' Lulju 2014 GĦALKEMM Lulju daħal ġmielu u l-maġġoranza tar-riżultati ta' skejjel diversi ħarġu, mhux il- każ fejn jidħlu l-istudenti tal-Università ta' Malta. Il-President tal-korp studentesk Pulse, avviċina lill-ġurnal ILLUM sabiex juri t-tħassib tal-organizzazzjoni dwar din il-kwistjoni. "Tul dawn l-aħħar snin, il- korp studentesk kellu jaffaċċja kwistjoni wara l-oħra fejn fiha l-istudent bħal donnu jiġi mistenni jċedi parti mid-drittijiet tiegħu sabiex jakkomoda xi awtorità, jew sabiex jiġu mħarsa l-prattiċi preżenti. Sfortunatament għal xi wħud, il-kunċett ta' dawn id-drittijiet huwa ineżistenti, jew agħar minn hekk, jista' jinbidel mal- esiġenzi tal-ġurnata. B'hekk ripetutament l-istudent jispiċċa jiżżeffen fin-nofs ma' kull kwistjoni, bl-inċertezza u n-nuqqas ta' komunikazzjoni effettiva jtellfu mill-progress akkademiku tiegħu. Sfortunatament tul dawn l-aħħar ġimgħat rajna kwistjoni ta' din ix-xorta tiżviluppa hekk kif l-istudenti Universitarji u tal-Junior College tħallew fid-dlam dwar l-effetti tad-diżgwid industrijali bejn l-Għaqda tal-Akkademiċi tal-Università (UMASA) u l-MUT, u l-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Amministrazzjoni tal- Università. Fid-dawl tal-fatt li bħalissa l-maġġoranza tal-istudenti jinsabu fuq ix- xwiek jistennew ir-riżultati tagħhom, inċertezza ta' din ix-xorta hija inaċċettabbli. Qed nitkellmu dwar il-futur ta' studenti li għalihom ir-riżultati tal-aħħar tas- sena għandhom ituhom indikazzjoni ta' kif sejrin fil-kors tagħhom. F'ċerti każijiet, dawn ir-riżultati se jkunu qegħdin jiddeterminaw saħansitra jekk student hux eleġibbli għal skambju tal- Erasmus jew boroż ta' studju. L-istudent mhuwiex xi ass strateġiku sabiex jintuża fin- negozjati. Id-drittijiet tiegħu ma jistgħux jiġu mċaħħda minħabba falliment fin- negozjati. Sfortunatament azzjonijiet bħal dawn inisslu dubji serji dwar jekk il- partijiet konċernati humiex tassew iħarsu lejn l-istudenti bħala individwi b'futur li jrid jiġi determinat b'riżultat, jew sempliċiment bħala numri fuq karta. Ittra li ntbagħtet fl-4 ta' Lulju li titlob lill-partijiet ikkonċernati fid-diżgwid biex jikkonfermaw ir-rieda tagħhom li ma jaffettwawx il-publikazzjoni tar-riżultati, baqgħet mhux imwieġba. Bla dubju, is-skiet huwa risposta, u jservi ta' prova ta' mentalità li tippretendi li l-istudent għandu jibqa' servili għal kull sitwazzjoni. Strutturi bħalma huma l-Ombudsman tal- Università jridu jingħataw iżjed flessibbiltà sabiex jissalvagwardjaw id-drittijiet tal-istudent. Hemm bżonn li jittieħdu miżuri bħal din biex nassiguraw li meta l-istudent jitkellem, isib lil min jisimgħu u jikkunsidrah. Fir-rigward tal-kwistjoni industrijali fl-Università, nappellaw għal darb'oħra lill-partijiet kollha konċernati biex iġibu quddiem għajnejhom l-eluf ta' żgħażagħ li sforz in-nuqqas ta' ftehim bejniethom, se jkunu qed iqattgħu parti sostanzjali mis-sajf tagħhom b'inċertezza li mhix denja tal-Università tagħna." Il-President tal-Pulse, Matthew Zerafa għalaq il- kumment tiegħu billi saħaq li "L-għaqda Pulse se tkun qed issegwi s-sitwazzjoni u tieħu kull pass neċessarju biex tiżgura li d-drittijiet tal- istudenti jkunu l-pedament li fuqu jinbena l-futur tal- istituzzjonijiet edukattivi tagħna." "Id-drittijiet tal-istudent mhumiex negozjabbli" - Il-President tal-Pulse

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 July 2014