Illum previous editions

illum 20 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/349232

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 20 ta' Lulju 2014 | illum 35 SPORTSillum bil-kbir fl-atletika lill-ġenerazzjonijiet li ġejjin biex jemmnu fihom infushom u jiksbu r-riżultati dejjem aħjar. Malta hija sabiħa, inħobbha u ma nibdilha ma' xejn. Malta hija wkoll gżira żgħira f 'nofs ta' baħar, u sfortunatament għandna t-tendenza li nsofru minn mentalità ta' gżira żgħira f 'nofs ta' baħar u nitfgħu fuqna ħafna inibizzjonijiet li fil-verità ftit ikunu tassew jeżistu. Nitkellem hekk għaliex naf li kieku ħames snin ilu ma tajtx lili nnifsi ċans ieħor u ċedejt għall-istess inibizzjonijiet, kieku llum m'iniex nitkellem hekk. Bla dubju li kieku ma kienx l-appoġġ sieket imma b'saħħtu ta' ommi u ta' missieri lanqas ma kien jirnexxieli nagħti lili nnifsi dan iċ-ċans. Il-fatt li atleta bħalek jitħarreġ f 'Malta, x'differenza tagħmel li kieku dan kien jitħarreġ barra minn xtutna? L-istudju, il-ħbieb, il-ħruġ, il-karriera, l-injuries, il-baggage ġenetiku tagħna, l-infrastruttura, il-flus, it-temp – u tista' tibqa' sejjer – huma tassew partikolari fuq din il-gżira tagħna, imma m'għandhomx għax ikunu l-iskuża għaliex wieħed għandu jxejjen il-ħolm u l-ambizzjonijiet tiegħu. L-atleta leġġendarju Pietro Paolo Mennea twieled u trabba ftit eluf ta' kilometri 'l bogħod minn xtutna fl-Italja tas-sebgħinijiet u t-tmeninijiet. F'Malta stess kien hawn atleti kbar fosthom il-kowċ tiegħi Mario Bonello u Xandru Grech li bir-riżorsi li kellhom (jew li ma kellhomx) kisbu riżultati li għadhom jissemmew sal-lum. Bħal daż-żmien sena kelli x-xorti li ngħatajt l-irwol biex, flimkien ma' sħabi li kienu fis-sekondarja miegħi nibdew nieħdu ħsieb u nagħtu ħajja lill-klabb tagħna tas- Savio Athletic Club, u li bil-mod il-mod qegħdin naraw ir-riżultati. Hija l-konsegwenza naturali għal dawk bħali li jħobbu tassew l-isport u li trabbew f 'ambjent Salesjan. Imma barra minn hekk, lil hinn mill-politika u l-kompetizzjoni bejn il-klabbs, nemmen li r-responsabbiltà tagħna lkoll hija dik li nippromwovu stil ta' ħajja b'saħħtu u attitudni pożittiva lejn il-ħajja. Twieled s-7 ta' Jannar 1989 f'Tal-Pietà Jaħdem -informatika imma ilu jitħarreġ -isport tal-atletika minn mindu kellu 9 snin Fl-età ta' 11-il sena kiser ir-Rekord Nazzjonali tat-300 metru tal-kategorija tiegħu Fl-2004 kiser ir-rekord nazzjonali tal-400 metru tal-kategorija tal-Youths darbtejn, l-ewwel b'ħin ta' 53.1 sekondi (kien 53.2 sekondi tal-atleta Nikolai Portelli), imbagħad b'ħin ta' 52.59 sekondi Fl-2010 reġa' beda ġej l-forma tiegħu u ntagħżel t-tim tal-4x400 metru għall- European Team Championships Matthew Croker Ritratt: Ray Attard "Irnexxielu jerġa' jġennini fuq ir- reġina tal-isport, l-atletika"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 July 2014