Illum previous editions

illum 20 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/349232

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 20 ta' Lulju 2014 In-nisa tagħhom JEAN PIERRE CASSAR jpcassar@mediatoday.com.mt WARA xahar sħiħ ta' bumbardament qawwi ta' informazzjoni fuq il- futbol u t-Tazza tad-Dinja, il-finali ta' nhar il-Ħadd ġabet fit-tmiem din il-festa ta' futbol. Xahar sħiħ fejn fil-mezzi tax-xandir kont tisma' biss bil-Brażil u t-Tazza tad-Dinja. Xahar sħiħ li tmur fejn tmur kont tilmaħ bnadar tal-pajjiżi parteċipanti u l-mezzi soċjali miżgħuda b'ritratti tal-plejers minn madwar id-dinja. Iżda x'hemm iktar apparti dawn il-plejers? Hemm in-nisa tagħhom! Kif tistgħu taraw mir-ritratti jidher li dawn il-plejers ma jibbrillawx biss fil-grawnd! ILLUM għamlet ġabra ta' dawn in-nisa u għażlet l-aqwa għaxra nisa li fl- opinjoni tagħna huma l-isbaħ nisa tal-plejers li ħadu sehem f 'din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja. Antonella Roccuzzo ta' Messi. Lionel Messi m'għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni. Jilgħab mal-klabb Spanjol ta' Barcelona u hu l-captain tat- tim nazzjonali tal-Arġentina. Antonella u Lionel ilhom flimkien mill-2008 u fit-12 ta' Novembru 2012 kellhom tifel li semmewh Thiago. Melissa Satta ta' Boateng għandha 28 sena. Hija t-tfajla tal-plejer ta' AC Milan, Kevin Prince Boateng. Hija Taljana- Amerikana, preżentattriċi fuq it-televixin u esperta fil-komunikazzjoni. Kienet ukoll waħda minn dawk il-famużi tfajliet ta' Striscia La Notizia. Satta kisbet ċertu fama meta tkellmet fuq il- maħbub tagħha meta kien imweġġa' f 'kuxxtejh. Ħafna qalu li probabbli Boateng kien weġġa' matul derby li Milan kellhom ma' Inter iżda t-tfajla tiegħu kienet tkellmet mal-istampa u qalet li l-kawża ta' dan kien l-ammont ta' sess li jagħmlu huma t-tnejn, minn seba' sa għaxar darbiet fil-ġimgħa. Irina Shayk ta' Ronaldo, hija mudella Russa ta' 28 sena. Ilha mill-2010 ma' Cristiano Ronaldo, attakkant ma' Real Madrid u captain tat-tim nazzjonali tal-Portugall. Apparti li hi mudella għamlet id-debutt tagħha fid-dinja taċ-ċinema din is-sena billi kienet mart Hercules fil-film 'Hercules'. Sara Carbonero ta' Casillas, għandha 30 sena u hija preżentattriċi fuq it-televixin fi Spanja, fuq l-istazzjon Telecinco. Hija wkoll ġurnalista sportiva. Ilha mill-2009 ma' Iker Casillas, il-gowlkiper u l-captain ta' Real Madrid u tat-tim nazzjonali Spanjol. Jingħad li fit-Tazza tad-Dinja 2010 waqt li Sara kienet qed tirrapporta l-logħba bejn l-Iżvizzera u Spanja b'xi mod fixklet lil Casillas u kkaġunat ir-rebħa mhux mistennija tal- Iżvizzera. Kemm dan hu vera, ħadd ma jaf. Shakira ta' Pique, m'għandha bżonn tal-ebda introduzzjoni. Għandha 37 sena u ilha toħroġ id-diski mill-1990. Kisbet fama mad-dinja kollha u għadha popolari sal-lum. Ilha mill-2010 ma' Gerard Piqué li jilgħab mal-Barċelona u mat-tim nazzjonali Spanjol. Fit-22 ta' Jannar 2013 il-koppja kellhom tifel u semmewh Milan. Ann-Kathrin Brömmel ta' Götze hija waħda mir- rivelazzjonijiet riċenti għad- dinja. Götze huwa l-plejer tat- tim nazzjonali tal-Ġermanja li kien is-salvatur li skorja l-gowl li rebbaħ it-Tazza tad-Dinja lill-Ġermanja għar- raba' darba. Ann-Kathrin għandha 23 sena u hija wkoll mudella tal-ħwejjeġ ta' taħt. Fil-Ġermanja hija wkoll kantanta u ħarġet żewġ diski, waħda This Is Me u l-oħra Body Language. Ilaria D'Amico ta' Buffon hija l-ixjeħ waħda f 'din il-lista. Għandha 40 sena u hija preżentattriċi u kummentattriċi fuq it-televiżjoni Taljan. Riċentament fil-mezzi tax- xandir ġie żvelat li għandha affari mal-gowlkiper tal-Italja Gianluigi Buffon. Laia Grassi ta' Sanchez. Alexis Sanchez għadu kif ingħaqad ma' Arsenal din is-sena u lagħab fit-Tazza tad-Dinja maċ-Ċilì, pajjiżu. Alex Gerrard ta' Gerrard, née Curran, għandha 31 sena. Mudella u tikteb fuq il-moda fil-gazzetta Ingliża Daily Mirror. Kif jixhed kunjomha hija l-mara ta' Steven Gerrard plejer ta' Liverpool u captain tat-tim nazzjonali Ingliż. Alex għandha wkoll il-fwieħa tagħha li jisimha bħalha. Daniella Seeman ta' Fabregas. Flimkien għandhom tifla ta' 15-il xahar, Lia. Cesc Fabregas għadu kif ingħaqad ma' Chelsea u lagħab mat-tim nazzjonali ta' Spanja fit- Tazza tad-Dinja li għadha kif intemmet. Daniella għandha żewġt itfal oħra mir-raġel li kellha qabel Elie Taktouk. Ann-Kathrin Brommel, għandha biex tagħmilha mal-quċċata ta' din il-lista! Għaxra fost l-isbaħ nisa tal-plejers li ħadu sehem fit-Tazza tad-Dinja 2014

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 July 2014