Illum previous editions

illum 20 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/349232

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

Il-Ħadd 20 ta' Lulju 2014 | illum 19 I s-sajf iġib miegħu aktar żmien ħieles għal ħafna min-nies anke għal min mhux ipprivileġġjat li jaħdem nofs ta' nhari. Dan anke għaliex il-jiem jitwalu sew. Għal ħafna dan ifisser ħafna ħin ħdejn il-baħar. Imma mhux kulħadd jagħżel li jqatta' l-ħin ħieles tiegħu jgħum. U attivatijiet alternattivi hawn bil- bosta. Din il-ġimgħa se nagħżel li nitkellem fuq ġeneru ta' attivitajiet partikolari li jsiru matul is-sena kollha imma li fis-sajf jieħdu spinta ġmielhom. Qiegħed nirreferi għall- attivatijiet kulturali li jsiru matul is-sena fil-gżejjer tagħna. Ir-rendikont li se nagħti huwa neċessarjament parzjali. M'iniex se nitkellem fuq ix-xena tal-arti viżiva, drammatika jew ċinematografika li lili personalment jinteressawni anqas. L-ebda disrispett lil min isegwi jew jippratika dawn il-forom artistiċi li żgur huma validi u jagħtu sodisfazzjon daqs kwalunkwe forma artistika oħra. Imma se nagħżel li nitkellem fuq dak li l-aktar insegwi u naf mill-qrib: id-dinja tal-mużika klassika u lirika. Hemm bosta forom ta' modi u mezzi kif il-bniedem jifraħ u jieħu gost fil-ħajja, kif il-bniedem ipaxxi s-sensi tiegħu. Imma żgur li mod ferm popolari ta' kif il-bniedem jieħu gost huwa billi jisma' l-mużika. Issa kif ilkoll nafu li hemm bosta ġeneri ta' mużika li jappellaw għall-gosti differenti. Tiskanta x'differenzi fil-ħoss jista' jkollok minkejja li l-mużika dejjem hija kumbinazzjoni differenti ta' seba' noti. Ħafna mużika hija effimera fin-natura tagħha, destinata li tkun popolari għal ftit żmien biex imbagħad tintilef fil-milja taż-żmien. Din mhijiex xi ħaġa ġdida. Monteverdi, Bach, Mozart, Beethoven u Mahler ma kinux waħedhom fix-xena mużikali tal-epoka imma l-kobor tal-mużika tagħhom tinsab fil-fatt li għadha attwali llum u baqgħet tpaxxi s-sensi ta' min jismagħha. Naħseb li hija esperjenza tassew privileġġjata meta wieħed jista' japprezza kompożizzjoni mużikali. Min jimbarka fuq il-vjaġġ ta' apprezzament mużikali, jibda vjaġġ bla tmiem, vjaġġ mimli eċitament u skoperti. Dan l-aħħar skoprejt żewġ kompożituri kbar ta' żewġ epoki ferm differenti li qed jimlewni b'gost kbir: Bach u Mahler. Bach kien kompożitur ferm versatili li verament skoprejtu fil-Festival Internazzjonali tal-Mużika Barokka li sar il-Belt f 'Jannar li għadda. Indaqqet il-Missa in B Minor stupenda tiegħu fl-ambjent maestuż tal-Kon-Katidral ta' San Ġwann u kienet esperjenza tassew unika. Mhux ta' b'xejn il-knisja kienet maħnuqa bin-nies. Avveniment ieħor mill-isbaħ kienu s-sitt kunċerti ta' Brandenburg tal-istess Johann Sebastian Bach li ndaqqu fit-teatru Barokk per eċċellenza tal-Manoel. Kienet serata oħra mill-isbaħ li paxxiet lil bosta, fosthom ħafna barranin li ġew apposta għal dan il-festival. Kien ukoll stupend il-kunċert fil- Knisja Anglikana tat-traskrizzjoni ta' Bach tal-Istabat Mater ta' Pergolesi li miet f 'età tassew tenera ta' 26 sena imma li ħallielha biċċa mużikali mill-aktar kommoventi. Okkażjoni oħra unika li sfortunatament m'attendejtx minħabba l-impenn ta' kull ġimgħa magħkom il-qarrejja kien il-kunċert tal-Vespro della Beata Vergine ta' Claudio Monteverdi li wkoll indaqq fil-Knisja Anglikana. Fortunament, qed inpatti għal dan in- nuqqas billi smajt bosta verżjonijiet ta' dan il-Vespro fuq YouTube li hu sors infinit ta' esperjenzi mużikali mill-isbaħ. Ftit ġimgħat ilu għażilt li flok ma noqgħod nara lill- Italja titqanżaħ fit-Tazza tad-Dinja, immur nara t-trasmissjoni diretta mir-"Royal Opera House" tal-opra "Manon Lescaut" f 'sala taċ-ċinema lokali. Kienet esperjenza ferm sabiħa u reġistrazzjoni tal-awdjo ta' din it-trasmissjoni issa tista' tinstema' fuq YouTube. It-trasmissjoni diretta ta' opri issa ilha ssir is-snin u aħna hawn Malta tassew xortina tajba li t-tmexxija tal-Kavallier ta' San Ġakbu kellha l-viżjoni li tibda turihom direttament mill-Metropolitan ta' New York. Teatri privati oħra juru l-produzzjonijiet ta' teatri kbar oħra bħal ROH, La Scala jew il-Liceu ta' Barċellona. Ħasra li ftit huma dawk li jisfruttaw dawn l-okkażjonijiet. Dan l-aħħar iltqajt ma' eks diplomatiku f 'serata minnhom u stqarrli kemm kien aktar konvenjenti għalih li jara opra f 'San Ġakbu milli fil-kapitali Ewropea fejn iqatta' ħafna miż-żmien tiegħu. Min irid jimbarka fuq il-vjaġġ meraviljuż tal-opra lirika li hija ferm u ferm aktar rilevanti għall-ħajja tal-lum milli bosta jaħsbu għandu bosta opportunitajiet li jagħmel hekk f 'xi wieħed mis-swali taċ-ċinema f 'pajjiżna u dan bi prezz ferm moderat ta' €20, jekk mhux anqas. U dan għandu jservi ta' antipast għar- rappreżentazzjonijiet operistiċi li jittellgħu f 'pajjiżna. Hemm bosta u bosta inizjattivi lodevoli oħra. Il-ġimgħa l-oħra assistejt għal tliet kunċerti verament eċċezzjonali mill-Kor ta' Clare College f 'Cambridge. Inġabu hawn Malta in okkażjoni tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu mill-professur Mark Agius li jgħallem f 'dan il-kulleġġ u hu rettur tal-arċikonfraternità tal-Karmnu tal-Belt. Ir-reliġjon dejjem kienet sors importanti ta' mużika u l-Kristjaneżmu fil-bosta manifestazzjonijiet tiegħu kien u għadu patrun importanti tal-mużika. Dan jixhdu inizjattivi bħal Victoria Arts Festival li jsir kull sena fil-Knisja ta' San Ġorġ fir-Rabat, Għawdex qabel il-festa tal-patrun tal- Għawdxin b'għajnuna minima mill-istat. Dan il-festival ikun mimli daqs bajda b'kunċerti ta' livell għoli u hija tassew sfortuna li ħafna drabi jiġu aktar apprezzati mill-barranin fostna minkejja li hawn bosta jitgħallmu l-mużika f 'xi forma jew oħra. Tassew ħaqqhom prosit l-aħwa Ġorġ u Maria Frendo u l-professur Joseph Vella li jipprovdu festa mużikali eċċezzjonali sena wara sena. Din is-sena verament ħadt gost nisma' l-kunċerti ta' mużika Barrokka ta' kwartett Taljan imma kien hemm bosta kunċerti oħra ta' livell għoli. Nies bħal Mark Agius, l-aħwa Frendo u l-professur Vella huma l-eroj siekta tax-xena kulturali. Ma rrid nonqos lil ħadd u ma rridx ninsa nsemmi lil Kenneth Zammit Tabona li qed itella' l-Festival tal-Mużika Barokka ta' livell ferm għoli kif ukoll Colin Attard li jorganizza inizjattiva lodevoli oħra, il-Festival Gaulitana. Verament il-ħajja kulturali f 'Għawdex hija tassew vibranti u ma rridx ninsa liż-żewġ teatri f 'Għawdex li sena wara sena qegħdin itellgħu żewġ opri ta' livell dejjem jogħla li jħabbatha ma' produzzjonijiet barranin. Dan b'għajnuna minima mill-istat u bix-xogħol sieket ta' ħafna voluntiera. Ovvjament, l-istat jagħmel il-parti tiegħu wkoll. Semmejna t-Teatru Manoel li t-tmexxija tiegħu toffri bosta okkażjonijiet mużikali matul is-sena u ma nistgħux ninsew l-Orkestra Filarmonika Maltija li matul is-snin tejbet ferm il- livell tagħha. Dan l-aħħar tħabbar li ġie ristrutturat l-Arts Council Malta li għandu f 'idejh sitt programmi ta' finanzjament ta' inizjattivi kulturali li jlaħħqu l-miljun ewro. L-Arts Council jorganizza wkoll l-Malta Arts Festival li joffri bosta inizjattivi li altrimenti l-pubbliku ma jkollux ċans li jara kif ukoll festival tal-għana tradizzjonali u l-festival tal-jazz li huwa mfittex minn min iħobb dan il-ġeneru. Ktibt dan l-artiklu din il-ġimgħa bi skop. Nhar il-Ġimgħa, ħafna mis-sinjuri u potenti ta' dawn il-gżejjer assistew għall- kunċert li kull sena jorganizza t-tenur Joseph Calleja. Dwar il-kapaċitajiet vokali ta' Calleja m'hemm l-ebda dubju imma ma nifhimx għala tali kunċert li diġà jattira sponsorizzazzjoni kummerċjali qawwija jimmerita sponsorizzazzjoni statali ta' €500,000 fis-sena. Dan għal ġieħna biex min ma jaffordjax il-biljetti esaġeratament għoljin ta' dan il-kunċert jekk ma jkunx akkwista xi wieħed mingħand xi sponsor kummerċjali jkun jista' jassisti għall-kunċert bil-wieqfa. Min għoġbu jagħti din is-somma esaġerata ta' flus għall-kunċert li sa sentejn ilu kien isir mingħajr din l-għajnuna tal-istat l-anqas kien kapaċi jinsisti li l-pubbliku għandu jiġi ttrattat diċentament u mqiegħed bil-qiegħda. Kont nippreferi kieku flok ma nkomplu niġu nawseati bil-kant ta' "Nessun Dorma" u "O Sole Mio", Joseph Calleja joffri t-talent konsiderevoli tiegħu f 'master classes sabiex jinkixef aktar talent liriku fost it-tfal u ż-żgħażagħ ta' pajjiżna. Dan kif jagħmel tenur kbir ieħor Marcello Giordano li kull sajf jorganizza master classes f 'raħal twelidu, Priolo ħdejn Sirakuża biex juri l-apprezzament tiegħu għall-komunità li ndukratu. U nippreferi wkoll li din is- somma eċċessiva titqassam fuq inizjattivi kulturali oħra li jimmeritaw għajnuna finanzjarja. Politika kulturali għaqlija, barra li timla l-vojt u tpaxxi s-sensi ta' kwalunkwe ruħ, għandha potenzjal ekonomiku qawwi li m'għandux jiġi traskurat. Nawgura lill-Ministru l-ġdid tal-Kultura Owen Bonniċi li nieħu gost narah jipparteċipa f 'manifestazzjonijiet kulturali li jiżgura li r-riżorsi jintużaw bl-aktar mod għaqli u ma jiġux sparpaljati f 'manifestazzjonijiet faraoniċi li jservu l-aktar biex min ma resaqx lejn manifestazzjoni kulturali f 'sena sħiħa juri lil kulħadd li għandu xrara ta' sensibbiltà kulturali tiġri f 'demmu. Segwini fuq Twitter @ellisjoseph biex tiġi aġġornat b'bosta artikli minn sorsi differenti dwar dak li jkun qed jiġri fid- dinja. Kultura politika għall-pajjiżna JOE ELLIS politiku L-opportuniżmu politiku ta' din il-proposta joħroġ ċar meta niftakar li ħames snin ilu l-mexxejja Nazzjonalisti kienu kontra din ix-xorta ta' proposta li ma kienet saret minn ħadd, għalkemm provaw jagħtu x'jifhem li kienet ġejja mill-partit Laburista. Kienu kontra din il-proposta anke minkejja li dakinhar il- partit Nazzjonalista kien diġà qiegħed jegħreq fid-dejn, għaliex l-iskop ma kienx li jkun hemm diskussjoni b'rieda tajba iżda li jiskredita lill-partit Laburista. Ħames snin ilu kienu qegħdin isiru diskussjonijiet bejn iż- żewġ partiti dwar kif nistgħu nsaħħu l-istituzzjonijiet tagħna. Kien hemm qbil li dawn id- diskussjonijiet, sakemm ma jsirx qbil, jibqgħu bejn dawk li jkunu qegħdin jiddiskutuhom. L-iskop kien sabiex kulħadd ikun komdu jgħid dak li għandu jgħid mingħajr il-biża' li xi ħadd ikun kwotat f 'xi gazzetta jew fil-mezzi tax-xandir. Dakinhar, il-mexxejja Nazzjonalisti ta' dak iż-żmien, għamlu waħda min dawk li tinkiteb, tant li tħarbtu dawn id- diskussjonijiet. Kultant ngħid li dak kien l-iskop u ntlaħaq. Qalu li l-partit Laburista għamel proposta fis-sens li l-partiti jibdew jitħallsu tant ewro għal kull vot li jġibu. Kien jidher ċar li riedu joskuraw lill-partit Laburista fuq proposta li mhux veru saret minnu. Riedu l-partit Laburista jidher man-nies li huwa xi sangisug li jgħix minn fuq it- taxxi tan-nies. L-opportuniżmu politiku wassalhom sal-punt li jitħarbtu dawn id-diskussjonijiet. Apparti li dak li ntqal ma kienx minnu, lill-mexxejja Nazzjonalisti ma stajtx tafdahom aktar, għaliex sabiex jiddemonizzaw lill-avversarji tagħhom kienu lesti għal kollox. Dakinhar il-leġislatura kienet għadha fil- bidu tagħha u l-ġurnata minn filgħodu turik! Kien jidher ċar li kienu ġejjin ħames snin ta' opportuniżmu politiku minn dak it-tip li jkun mibni fuq dettalji ħżiena u nofs veritajiet. Dakinhar kienet xegħlet bozza ħamra għall- partit Laburista. Iżda l-ironija hi li dawk li dakinhar taparsi kienu kontra proposta bħal din li ma kienet ġejja minn ħadd, issa f 'daqqa waħda ħarġu biha huma. Dawn huma proposti serji ħafna u trid tiżinhom tajjeb. Iżda żgur mhumiex proposti li jsiru skont jekk intix fil-Gvern jew fl- Oppożizzjoni. Daqskemm kienet mossa ta' opportuniżmu politiku dakinhar ħames snin ilu biex jiskreditaw lill-partit Laburista, tibqa' proposta ta' opportuniżmu politiku llum. Milli jidher il- gawwi li hemm fid-Dar Ċentrali tal-Pietà mhux biss huwa bil-ġuħ iżda issa anke dar biex jiekol liż- żgħar tiegħu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 July 2014