Illum previous editions

illum 20 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/349232

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 20 ta' Lulju 2014 | illum 21 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SGN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Sit: www.illum.com.mt • Email: illum@mediatoday.com.mt K ulħadd jgħid li llum qed ngħixu f 'dinja libera, fejn kulħadd għandu aċċess għal dak li jgħoġbu u kulħadd għandu dritt jagħmel dak li jagħmlu kuntent ħadd ma jista' jindaħal lil ħadd. Iżda it li xejn nindunaw li qed niġu mxekkla minn aarijiet li daħlu u ankraw l-għeruq tagħhom f 'ħajjitna. Ktajjen li bla ma nintebhu bihom qegħdin marbutin ma' saqajna u nġorruhom magħna kull fejn immorru. Id-dinja virtwali. Id-dinja virtwali, b'mod speċjali l-mezzi soċjali ħakmuna u ħafna huma dawk li saru jaddattaw ħajjithom għalihom. Ma tistax tgħid li huma biss iż-żgħażagħ u l-ġenerazzjonijiet iż-żgħar li sfaw vittmi ta' dan kollu għax illum il-ġurnata anke l-adulti wkoll għandhom profil fuq Facebook u jużawh daqs, jekk mhux iktar miż- żgħażagħ. Illum qed ngħixu f'dinja fejn irridu ngħoġbu lil ħaddieħor. Fejn irridu nuru li għandna ħajja mill- isbaħ u li qed nieħdu gost. Nitfgħu ritratti ta' kull post li mmorru fih u naraw li nkunu nidhru fl-aqwa tagħna. Nitbissmu jew nippużaw biex ħaddieħor jgħid "Arah kemm hu xxamplat!", "Araha xi tgawdi!". Biex ir-ritratt jiġi isbaħ awtomatikament nitfgħulu effett, u r-ritratt jieħu dimensjoni oħra, il- kuluri jiġu isbaħ u b'hekk inqarrqu bir-realtà, u jirnexxilna ngħawġu dak li hu tassew madwarna u nuru biss dak li nagħżlu li nuru. Niktbu status li dan hu l-isbaħ sajf li qatt kellna u l-gost li ħadna dal-lejl kien ta' barra minn hawn, anke jekk qattajna l-lejl fuq il-mobile niċċekkjaw l-istess Facebook biex naraw x'qed jagħmel ħaddieħor. Dinja li hija affetwata mill- ammont ta' Likes li nġibu fuq il-profil tagħna. Li nagħmlu minn kollox biex inġibu kemm jista' jkun Likes u iktar ma jkollna iktar inħossuna tajbin. Nagħmlu kollox biex niġbdu l-attenzjoni ta' ħaddieħor. Tara tfajla żgħira fuq Facebook, tinża, tikxef u tippoppa biex ġisimha bħal donnu jidher perfett u jkun ix-xewqa ta' kull raġel li qed jgħarrex fuq l-internet u li kull mara tkun trid li ġisimha jkun bħal tagħha. Ma tistax ma ssemmix il- kwotazzjonijiet li nitfgħu mar- ritratti biex b'hekk ħaddieħor jgħid, "Sewwa qed tgħid!", "Kemm hi intelliġenti!" anke jekk qas inkunu nemmnu kelma li hi kelma minn dak il-kliem fieraħ li tfajna mar-ritratt. Bla ma nintebhu qed nikkundizzjonaw ħajjitna. Sirna skjavi u moħħna biex naġġornaw il-profil, bħallikieku dak li hemm fuq il-profil huwa ħajjitna fir- realtà. Naraw kif se nagħmlu biex nidhru sbieħ. F'kull ħanut, ristorant, bar, klabb li mmorru nagħmlu ċ-check in fuq Facebook, ħalli ħaddieħor jinduna li ħriġna u li qed ingawdu u għandna xi nberbqu anke jekk ikunu b'id wara u l-oħra quddiem. Imbagħad nintefgħu nieħdu r-ritratti biex inkunu nistgħu ntellgħuhom ftit wara. Minflok nintefgħu ngawdu l-mumenti u naqbdu diskursata sura ma' ta' madwarna, nintilfu fl-aġġeġġi tagħna u fis-siti soċjali biex nilħqu salib ħaddieħor, biex naraw li dik inqabdet tqila, u l-ieħor bidel ix-xogħol, l-oħra qed toħroġ ma' dak, u dik qed toħroġ ma' dik. Iżda donnu ninsew li bħalma aħna qed inqasqsu fuq ħaddieħor, ħaddieħor qed iqasqas fuqna. X'inhi dil-ħajja li qed ngħixu? Lil min qed nippruvaw nikkonvinċu? Lil ħaddieħor li f'ħajjitna kollox miexi ħarir? Jew lilna nfusna, li nafu li fl-aħħar mill-aħħar xejn mhu perfett? Ħajja kkundizzjonata

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 July 2014