Illum previous editions

illum 20 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/349232

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

ILKONĊESSJONI rinomata Amerikana tal-proprjetà RE/MAX, li ċċelebraw l-10 anniversarju joperaw fil-gżejjer Maltin din is-sena, issa fetħu uffiċċju prestiġjuż ġdid fil- qalba tal-Kumpless ta' Bay Street, f 'San Ġiljan. Din hi l-ewwel darba li Bay Street daħlu aġenzija tal-proprjetà fost l-għażla wiesgħa ta' ħwienet tal-moda, sport, ikel u divertiment. Dawn l-uffiċini ta' RE/MAX f 'Bay Street kienu l-ispirazzjoni ta' David Mifsud u Miriam Vella, li għandhom il- konċessjoni bejniethom. It-tnejn jiġu minn familji marbutin mal-kostruzzjoni. David għandu 10 snin esperjenza bħala konsulent fil-proprjetà u t-tifel ta' Miriam, Alex, li ħadem fil- proprjetà għal madwar sena, ukoll sar parti mit-tim ta' RE/MAX f 'Bay Street. L-uffiċċju ta' RE/MAX f 'Bay Street, li jinsab fuq Level 1, hu mifrux fuq medda ta' 45 metru kwadru. Dan se jservi bħala reception biex dawk li jgħaddu minn hemm jistgħu jiltaqgħu u jiġu infurmati fuq il-firxa wiesgħa ta' servizzi tal-proprjetà li jistgħu jsibu, apparti milli jaħdmu tliet konsulenti tal-proprjetà minn hemm. Fuq Level 6 hemm back office mifrux fuq medda ta' 80 metru kwadru fejn hemm kamra għal-laqgħat u post fejn jaħdmu numru ta' konsulenti tal-propjetà oħrajn. Huwa mistenni li xi 20 konsulent tal-proprjetà u assoċjati se jaħdmu b'shift biex joffru livell għoli ta' servizz waqt il-ħinijiet tal- ftuħ tal-Kumpless ta' Bay Street sebat ijiem fil-ġimgħa (mit-Tnejn sal-Ħadd) mill- 10am sal-10pm. Għal iktar informazzjoni ċempel fuq 2138 0600 jew żur il-paġna ta' Bay Street fuq Facebook, www.facebook.com/ baystreetmalta. 24 illum | Ħadd 20 ta' Lulju 2014 Kummercjali Bank of Valletta jħabbar l-offerti tal-2014 għall-istudenti RE/MAX b'uffiċċju f 'Bay Street BANK of Valletta ħabbar il- pakkett ta' offerti għall-2014 tal-BOV Club, offerti li jinkludu numru ta' inċentivi għall-istudenti li diġà qed jattendu istituzzjonijiet post-sekondarji u terzjarji. Il-pakkett ta' BOV Club ġie ddisinjat sabiex jgħin lill-istudenti jimmaniġjaw aħjar flushom bil-għan li jkollhom biżżejjed flus tul il-ħajja akkademika tagħhom. Dawk il-membri ta' BOV Club li jiftħu kont elettroniku (eAccount) igawdu minn rati ogħla ta' interess meta mqabbel mal- kont normali ta' tfaddil. Dawn l-istudenti jistgħu jgawdu wkoll minn self ta' flus mhux garantit li jlaħħaq sa €5,000 b'rati ta' interess kompetittivi mingħajr tariffi tal-ipproċessar. BOV qed joffri wkoll lill-istudenti ordnijiet permanenti (standing orders) b'xejn, BOV Club Cashlink b'xejn, kards ta' BOV Cashlink Electron u BOV Cashlink Visa. L-istudenti jistgħu japplikaw ukoll għal BOV Visa Classic b'xejn u BOV Mastercard b'limitu ta' kreditu ta' €500. Barra minn hekk, dawk l-istudenti li jkunu eleġibbli jistgħu jagħżlu minn firxa wiesgħa ta' rigali b'xejn, inkluż Freecam Tough Speakers, Sony Stylish Headphones, Verbatim Hard Drives, Monster Portable Power Chargers u vawċers li jissarrfu minn Eurosport, Rip Curl u l-ħwienet ta' Aġenda. Din l-offerta hija valida għall-istudenti li jew ikomplu jistudjaw wara l-edukazzjoni sekondarja għal istituzzjoni post- sekondarja, jew dawk li javvanzaw minn istituzzjoni post-sekondarja għall- Università ta' Malta. L-istudenti jrid ikollhom irċevuta tal-istipendju li jidħol f 'kont ta' BOV. Ir-rigali ta' BOV Club se jkunu disponibbli sal-31 ta' Ottubru 2014. KARRIERA U MHUX SEMPLIĊI MPJIEG ILMITA TIPPROVDI AKTAR MINN SEMPLIĊI MPJIEG. ILMITA HIJA LAKBAR ENTITÀ TAL ICT F'MALTA B'TIM PROFESSJONALI TA' AKTAR MINN 330 IMPJEGAT. AĦNA NINVESTU FIK BIEX TILĦAQ ILPOTENZJAL PROFESSJONALI TIEGĦEK U NASSIGURAW LI LIMPJIEG TIEGĦEK MALMITA JIŻVILUPPA F'KARRIERA LI TTIK SODISFAZZJON. JEKK QIEGĦED/A TFITTEX KARRIERA U MHUX SEMPLIĊI IMPJIEG, IRRIDU NISIMGĦU MINN GĦANDEK. ANALYST / DEVELOPER PERMESS TALETC: 44/2014 MPO: 77/2005/05 Il-kandidati magħżula ser ikunu qed jaħdmu f 'ambjent ta' xogħol dinamiku, fejn permezz ta' soluzzjonijiet teknoloġiċi avvanzati, jitjieb l-operat ta' diversi oqsma ħdan il-Gvern. Permezz tal-għaren miksub, il-kandidati magħżula se jgħinu biex jiżviluppaw, jimplimentaw u jsostnu soluzzjonijiet li jittrasformaw l-operat tal-Gvern għall-beneċċju taċ-ċittadin. Il-kandidati magħżula jrid ikollhom wieħed minn dawn is-settijiet ta' kwaliċi u/jew esperjenzi meħtieġa: i) Grad akkademiku relatat mal-ICT (livell -MQF ta' 6 jew ogħla), f 'liema każ esperjenza preċedenti mhijiex neċessarja; JEW ii) Diploma relatata mal-ICT (livell -MQF ta' 5) imkien ma' tliet snin esperjenza ta' xogħol f 'qasam relatat; JEW iii) Diploma relatata mal-ICT (livell -MQF ta' 4) imkien ma' ħames snin ta' esperjenza ta' xogħol f 'qasam relatat. Il-kandidati huma mitluba sabiex jissottomettu ċ-ċertikat tal-ekwivalenza -MQF għal kwalunkwè Diploma jew Grad akkademiku li mhumiex imniżżla d-'database' tal-NCFHE. Preferenza tingħata lil kandidati li għandhom ġabra ta' ħiliet kurrenti -ICT, li jinkludu metodoloġiji ta' analiżi jew immudellar intraprenditorjali, għaren ta' mudelli ta' disinn, kif ukoll l-abbiltà li jiżviluppaw u jimplimentaw jew isostnu soluzzjonijiet permezz tal-aktar teknoloġiji avvanzati. Għal aktar dettalji żur www.mita.gov.mt/careers Ibgħat C.V. dettaljat, imkien ma' ittra sa mhux aktar tard mill-Erbgħa, 30 ta' Lulju 2014 indirizzat lil: Human Resources Manager, Malta Information Technology Agency, Gattard House, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda ĦMR 9010 careers.mita@gov.mt Il-MITA tapplika l-prinċipju ta' opportunitajiet ugwali għal kulħadd L-uffiċċju l-ġdid ta' RE/MAX f 'Baystreet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 July 2014