Illum previous editions

illum 20 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/349232

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

28 illum Il-Ħadd 20 ta' Lulju 2014 SPORTSillum It-Tazza tad-Dinja tal-Goalkeepers Mill-ewwel logħba li fiha kienet involuta l-Ġermanja kontra l-Portugall, dlonk deher biċ-ċar li Manuel Neur kien se jkollu Tazza tad-Dinja mill-aqwa. Spikka f 'kull logħba waqt li d-distribuzzjoni tiegħu tal-ballun hija bla dubju fost l-aqwa li teżisti fil- futbol mondjali. Mhux ta' b'xejn li huwa meqjus bħala l-aqwa goalkeeper fid-dinja fil-preżent fejn jidher li l-ġranet ta' Buffon bħala l-aqwa goalkeeper fid-dinja huma sorpassati minn dan il-goalkeeper ġgant Ġermaniż. Fil-fatt bl-iktar mod meritat huwa rebaħ l-Ingwanta tad-Deheb li tissimbolizza l-aqwa goalkeeper f 'din it-Tazza tad-Dinja, b'bosta jkunu tal-opinjoni li huwa tabilħaqq kellu jirbaħ il-Ballun tad-Deheb li jissimbolizza l-aqwa plejer tat-Tazza tad-Dinja flok il-fenomenu Arġentin, Lionel Messi. Dan il-goalkeeper ta' 27 sena kien wasal għal din it-Tazza tad-Dinja b'rekord ta' clean sheets mat-tim Spanjol, Levante. Sofra biss żewġ paritajiet f 'ħames logħbiet li fihom il-Kosta Rika lagħbet kontra l-Urugwaj, l-Italja, l-Ingilterra, il-Greċja u l-Olanda. Wara difiża solida, Navas ipprovda preżenza sigura bejn il-lasti. Hekk kif kibret il-pressjoni fuq it-tim, il-wirja tiegħu tjiebet b'mod kostanti speċjalment fl-aħħar żewġ wirjiet bejn il-lasti tal-Kosta Rika kontra l-Greċja u l-Olanda. Barra l-ispettaklu, l-emozzjonijiet, is-sorpriżi, id-diżappunti u l-kontroversji varji li off riet din it-Tazza tad-Dinja, fi l-Brażil m'hemmx dubju li l-istess kompetizzjoni meqjusa bħala l-iktar waħda importanti u prestiġjuża fi d-dinja tal-futbol, se tibqa' mfakkra fost oħrajn bħala t-Tazza tad-Dinja tal-goalkeepers hekk kif numru konsiderevoli ta' goalkeepers issorpendew bil-kbir u stabilixxew lilhom infushom bħala determinanti għat-tim nazzjonali li kienu qed jirrappreżentaw. Ejja nagħtu ħarsa lejn l-aqwa 10 goalkeepers f 'din l-edizzjoni. 1. Manuel Neuer - Ġermanja 2. Guillermo Ochoa - Messiku 3. Keylor Navas - Kosta Rika Wara tliet snin mal-klabb mhux daqshekk b'saħħtu Ajaccio fi Franza dan il-goalkeeper Messikan issa jinsab mingħajr klabb hekk kif huwa free agent iżda m'hemmx dubju li ma tantx se jdum ma jsib klabb wara t-Tazza tad- Dinja mill-aqwa li kellu. Qed jissemmew bosta klabbs li jistgħu jakkwistaw is-servizzi ta' dan il-goalkeeper fosthom AC Milan tal-Italja. Kellu logħba mill-aqwa kontra l-Brażil fejn bħal donnu l-Brażiljani sabu ħajt fil-lasta u dan il-goalkeeper laqa' kulma ġie għal idejh. Mhux ta' b'xejn li l-Brażiljani ma rnexxielhomx isibu x-xibka f 'din il-logħba wara tant u tant tentatttivi speċjalment minn Neymar.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 July 2014