Illum previous editions

illum 20 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/349232

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 20 ta' Lulju 2014 | illum 33 SPORTSillum Liam Reno Grech jimpressjona -Isvezja BEJN id-29 ta' Ġunju u s-6 ta' Lulju grupp ta' plejers Maltin taħt il- kappa tal-Malta Students Sports Federation telgħu jikkompetu fit-turnament annwali ta' Storsjocupen ġewwa Ostersund l-Isvezja. Immexxija mis-Sur Michael Farrugia, is-Sur Paul Camilleri u s-Sur Kenneth Deguara, tim ta' taħt it- 13-il sena u żewġ timijiet taħt it-12-il sena ħadu sehem b'suċċess fi Storsjo Cup International Youth Tournament. It-tfal Maltin rebħu l-kategorija ta' taħt it-tlettax il-sena minn fost 50 tim filwaqt li fil-kategorija ta' taħt it-tnax-il sena tim minnhom wkoll irnexxielu jasal sal-finali minn fost 80 tim, fejn tilef kontra l-qawwa tat-tim Messikan InterCups. Flimkien magħhom tela' wkoll Liam Reno Gatt li ħa sehem fil-kategorija ta' taħt is-16-il sena. Wara li ħa sehem fl-istess turnament is-sena l-oħra mal-MSSF, din is-sena ġie mistieden biex jieħu sehem mat-tim Svediż tal-lokal IFK Ostersund bħala 'guest player'. Liam ħalla impressjoni tajba ħafna, fejn barra l-wirjiet pożittivi rnexxielu jsib ix xibka avversarja tliet darbiet u għen lit-tim Svediż jasal sal-kwarti tal-finali fejn sfortunatament inqalgħu bl-għoti tal-penalties. Huwa ngħata rikonoxximent mill- klabb ta' IFK Ostersund għall-atteġġjament professjonali u l-attitudni li wera waqt is-sitt logħbiet li lagħab għall-klabb. B'hekk għalqet ġimgħa memorabbli għall-kontinġent Malti li kien ukoll akkumpanjat minn xi ġenituri tat-tfal li ħadu sehem. Liam Reno Grech fl-azzjoni fl-Isvezja Rosberg jikseb il-pole f 'Hockenheim u Hamilton involut f 'inċident ISSEWWIEQ li qed ikollu staġun tal-Formula 1 mill- aqwa Nico Rosberg kiseb il- pole position ta' Hockenheim ġewwa l-Ġermanja. Żgur li l-partitarji ta' Rosberg kienu iktar kuntenti b'dan ir- rebħ tal-pole hekk kif ilkoll nafu li Rosberg huwa Ġermaniż u għalhekk kien qed isuq ġewwa daru. F'din il-pole ssorprenda s-sewwieq ta' Williams Valtteri Botars li se jkun qed jibda mit-tieni post waqt li sieħbu fuq Williams, il-Brażiljan Felipe Massa se jkun qed jibda mit-tielet post. Kevin Magnussen fuq Mclaren se jkun qed jibda mir-raba' post. Tajjeb ngħidu li f 'din il-pole is- sewwieq Brittaniku ta' Mercedes, Lewis Hamilton kellu inċident wara 10 minuti tal-ewwel fażi ta' kwalifikazzjoni li seta' kellu konsegwenzi iktar serji. Illum se jkun qed jibda biss mis-16-il post. Nico Rosberg fuq Mercedes Hamilton joħroġ mill-karozza tiegħu Mercedes wara li kien involut f'inċident wara biss 10 minuti Intant, dawn huma l-postijiet li minnhom se jkunu qed jibdew illum is-sewwieqa tal-F1 f 'Hockenheim: 1 Nico Rosberg Mercedes 2 Valtteri Bottas Williams-Mercedes 3 Felipe Massa Williams-Mercedes 4 Kevin Magnussen McLaren-Mercedes 5 Daniel Ricciardo Red Bull Racing-Renault 6 Sebastian Vettel Red Bull Racing-Renault 7 Fernando Alonso Ferrari 8 Daniil Kvyat STR-Renault 9 Nico Hulkenberg Force India-Mercedes 10 Sergio Perez Force India-Mercedes 11 Jenson Button McLaren-Mercedes 12 Kimi Räikkönen Ferrari 13 Jean-Eric Vergne STR-Renault 14 Esteban Gutierrez Sauber-Ferrari 15 Romain Grosjean Lotus-Renault 16 Lewis Hamilton Mercedes 17 Adrian Sutil Sauber-Ferrari 18 Jules Bianchi Marussia-Ferrari 19 Pastor Maldonado Lotus-Renault 20 Kamui Kobayashi Caterham-Renault 21 Max Chilton Marussia-Ferrari Fgura United ottimisti għall-ewwel avventura BEDA l-istaġun 2014/15 bil-Players Meeting għall- klabb ta' Fgura United FC fejn il-plejers ġew indirizzati mill-President Lawrence Bugeja u l-Coach Ramon Zammit. Preżenti kien hemm ukoll l-assistenti Mark Vella u Ivan Milosevic. Bugeja qal li fl-ewwel avventura tal-Club fl-Ewwel Diviżjoni qiegħed jistenna sfida iebsa imma li qiegħed iħares lejha b'ottimiżmu. Filwaqt li l-iskwadra tilfet xi elementi mill-istaġun ta' qabel, ġew ingaġġati oħrajn li għalkemm għadhom żgħażagħ għandhom esperjenza diġà fl-ewwel diviżjoni. Għamilha ċara li l-kumitat jaf x'inhuma l-limiti finanzjarji tiegħu u minkejja li n-nefqa se tikber minn staġuni passati, qiegħed isir sforz biex jinkisbu sponsors tant bżonjuzi biex itaffu l-ispejjeż li jġib miegħu l-kampjonat ta l-Ewwel Diviżjoni. Il-Kowċ Ramon Zammit apella għas-serjetà u d-dixxiplina u li kulħadd jiġbed ħabel wieħed. Il-Club se jkun jagħti prova lil plejers barranin biex jinżammu tlieta kif jippermettu r-regolamenti. Meta jkun il-waqt il-Club se jħabbar uffiċjalment l-akkwisti l-ġodda. Diriġenti ta' Fgura United jindirizzaw lill-plejers tal-istess klabb waqt l-ewwel laqgħa tal-istaġun

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 July 2014