Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/352856
0.90 27 ta' Lulju 2014 • Nr 406 Tel: 2122 3999 Il-kriżi fil-Libja tkompli teħżien Ara paġna 3 Ara l-intervista paġni 14 u 15 Ara paġna 17 Aktar dettalji f 'paġni 6,7 Mistenni rekord ta' turisti Jiċħad li se jkun CEO tal-PN F'risposta lil din il-gazzetta, Chris Scicluna li kien attiv fil-kampanja elettorali tal- PN, ċaħad l-istorja tal-Ħadd li għadda li hu kien se jkun CEO tal-PN, iżda ma qalx jekk qattx ġie avviċinat jew ikkunsidra l-kariga. "Qed inħarsu lejn Awwissu bħala xahar impenjattiv ħafna għat-turiżmu fejn qed nistennew li jaslu f 'pajjiżna madwar 220,000 turist" – Edward Zammit Lewis Jibqa' jfittex il-verità minkejja li għaddew 103 snin Il-misteru ta' tifla ta' sitt snin li għebet JOHN PISANI jpisani@mediatoday.com.mt MINKEJJA li għadda aktar minn seklu mindu tifla ta' sitt snin għebet wara li ħarġet mid-dar, Dr Joe Azzopardi, Senior Lecturer fl-Università ta' Malta u riċerkatur, jinsab determinat li jibqa' jfittex u jqalleb sakemm jasal għal dak li ġara 103 snin ilu. Fis-27 ta' Awwissu 1911, Modesta Cefai ta' sitt snin mir- Rabat, Għawdex, għall-ħabta ta' nofsinhar ħarġet mid-dar u baqgħet qatt ma dehret aktar. Saru diversi rapporti mal-Pulizija, iżda qatt ma kien hemm riżultati pożittivi. Dr Azzopardi huwa wkoll parantela tat-tifla peress li n-nanna tiegħu, Ċetta, hi oħt Modesta. Huwa qal lill- gazzetta ILLUM li l-ħolma tiegħu kif ukoll ix-xewqa tal-qraba ta' Modesta dejjem kienet li jinstabu l-fdalijiet tagħha biex ikunu jistgħu jagħtuha d-difna li jixirqilha fil-qabar tal-familja tagħha. Meta fis-17 ta' Frar, 1968 kienet ħarġet xniegħa li nstabu fdalijiet umani waqt xogħol f 'binja fir-Rabat stess, l-istorja ta' Modesta Cefai reġgħet kienet fuq fomm l-Għawdxin. Saħansitra anke kienet infetħet inkjesta minkejja li s-sejba tal- għadam kienet biss xniegħa. Il-kruċjata tar-riċerkatur Azzopardi mhux li ssir ġustizzja ma' min kien responsabbli mill-għibien taċ- ċkejkna Modestina għax dan żgur li m'għadux ħaj, imma l-kruċjata tiegħu hi li l-familja tistrieħ darba għal dejjem jekk u meta jinstabu l-fdalijiet tagħha. It-tieni oħt ta' Modesta hi Marie Antoinette li tiġi n-nanna tal-ġurnalist Saviour Balzan. Modesta kienet deskritta bħala tifla sabiħa b'għajnejn kbar u suwed, xagħar iswed twil innukklat, ġilda bajda u kienet tifla twila għall-età tagħha. Minn għandu xi informazzjoni jibgħatha fuq jpisani@mediatoday.com.mt Manuel Cuschieri jirrifjuta karigi offruti minn Joseph Muscat biex jieħu ħsieb missieru JOHN BUSUT TIL jbusuttil@mediatoday.com.mt WARA karriera ta' 25 sena sħaħ jimmilita u jaħdem fi ħdan il-Partit Laburista, fil-mument tal- glorja, Manuel Cuschieri għażel li jgħix għal missieru minflok jaċċetta l-karigi u unuri li offrielu l-Prim Ministru Joseph Muscat. Cuschieri, li jaħdem bħala Senior Manager mal- Partit Laburista, jinsisti li ma jrid lil ħadd itellef mid-dinjità ta' missieru li qed ibati minn dimensja qawwija. Jistqarr li ilu tliet snin u nofs ma jsiefer u li ma baqagħlux ħbieb. Jgħid li m'għandux ħin għall- ebda relazzjoni u wisq anqas m'għandux ħin biex jaċċetta xi kariga milli ried jagħtih il-Prim Ministru. Filwaqt li kkonferma li l-Prim Ministru talbu jagħti kontribut lil pajjiż, Cuschieri wera l-apprezzament tiegħu li Muscat ikkonċedielu l-ħin kollu li jrid biex jieħu ħsieb missieru. NEW PEUGEOT 108 DESIGN YOUR LIFE Combined consumption (l/100 km): from 3.8 to 4.3. CO 2 emissions (g/km): from 88 to 99. www.peugeot.com.mt 7 THEMES OF PERSONALISATION Michael Attard Ltd. – National Road, Blata l-Bajda – T: 2123 8854 – M: 79 406 607 – E: sales@michaelattard.com Join Peugeot Malta on Facebook: www.facebook.com/peugeotmalta 0856. Peugeot - 108 - 10x4.indd 1 09/07/2014 17:03 NEWSPAPER POST Ikompli f ' paġna 2 Ċetta Marie Antoinette