Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/352856
Il-Ħadd 27 ta' Lulju 2014 | illum 15 Qegħdin tikkunsidraw li tiżviluppaw niċeċ ġodda fis-settur bħal mhu t-turiżmu mediku? Bħala pajjiż dan is-settur ilna ninnamraw miegħu. Anke l-amministrazzjoni preċedenti għamlet xi xogħol fuq dan il-qasam però r-riżultati li għandi f 'idejja juru li l-isforzi li saru ma ħallewx ir-riżultati mixtieqa. Dan il-gvern hu determinat li naħdmu fuq dan il-qasam però rridu naraw x'wassal għan-nuqqas ta' suċċess fl-iskemi li saru fil-passat u nitgħallmu minnhom. Il-gvern għadu kemm appunta lil Maria Micallef bħala chairman ġdida fl-AirMalta, il-linja nazzjonali li għadha kemm iċċelebrat l-40 sena mit-twaqqif tagħha. X'istruzzjonijiet ingħatat Maria mill-gvern dwar l-AirMalta? Maria hija persuna validissima u kienet diġà fil-bord. Għandha esperjenza vasta u l-mira tagħha hi l-aħjar interess tal-linja nazzjonali. Aħna ninsabu fir-raba' sena tal- programm ta' ristrutturar tal- AirMalta fejn il-gvern kellu joħroġ 52 miljun bħala għajnuna liema għajnuna qed tkun segwita mill-EU state aid monitoring board. Saru diversi programmi ta' ristrutturar biex l-AirMalta tkun linja tal-ajru vijabbli f 'dinja ta' linji tal-ajru li ħafna minnhom iffaċċjaw sfidi kbar fl-operat tagħhom. Il-Gvern insista fuq Micallef li tibqa' ssostni t-tibdil li hemm bżonn fl-aħjar interess tal- kumpanija. Għaliex ir-rappreżentant il-ġdid tal-AirMalta fuq il-bord tal-MTA għall-ewwel darba huwa rwol mhux eżekuttiv? Aħna nistiednu lill-AirMalta tagħtina isem biex jirrappreżenta lill-kumpanija fil-bord ma' diversi stakeholders oħra li flimkien jgħaqqdu l-bord tal-MTA. Chris Grech, il-persuna li jirrappreżenta lill-AirMalta fil-bord il-ġdid hu persuna li jien għandi fiduċja totali fih u li jieħu l-affarijiet bis-serjetà u b'impenn. Jien li qed nagħmel hu li qed nipprova noħloq sinerġija aħjar bejn is-setturi kollha fit-turiżmu. Imma int il-Ministru kemm tal- AirMalta u kemm tal-MTA, kif qed iżżomm bilanċ bejn it-tnejn meta Joe Galea, Head of Marketing tal- MTA se jidħol mal-AirMalta? Mhux se żżarma knisja biex tibni oħra? L-entitajiet mhumiex biss in-nies. Il-persuna li qed issemmi inti hu persuna kompetenti ħafna fis- settur turistiku u jien nirrispetta d-deċiżjonijiet personali li jieħu hu. Dawn huma deċiżjonijiet li jieħdu n-nies personali però jiena nemmen li l-entitajiet huma ikbar minn nies u allaħares nispiċċaw kollox idur fuq in-nies. Meta l-Vatikan jispiċċa Papa jilħaq ieħor u hekk ukoll isir f 'kull organizzazzjoni fejn jidħlu r-riżorsi umani. Għandek anke l-AirMalta li riċentament tilfet numru ta' nies f 'karigi għolja, x'tikkummenta? L-ewwel nett kien hemm għażliet li għamlu dawn il-persuni stess rigward il-futur professjonali tagħhom. Irrid ngħid li fl-AirMalta sibna moral veru baxx u qed nagħmel sforzi personali anke jien sabiex ngħollu l-moral 'il fuq. Il- ħaddiema tal-AirMalta għandhom iħossu sense of pride f 'xogħolhom u għalhekk hemm bżonn li nimmotivawhom. Wieħed mill- briefs li tajna lil Maria Micallef hu li ssib ir-riżorsi umani f 'high level management sabiex jgħinu lilha u lill-kumpanija ovvjament. F'Diċembru li għadda l-predeċessur tiegħek Karmenu Vella kien waqqaf bord dwar żoni turistiċi mmexxi minn Joe Cassar u George Micallef. Għadu jiffunzjona dan il- bord u jekk iva, xi progress sar? Dażgur li għadu jiffunzjona u dan il-bord qed jiltaqa' iktar minn qatt qabel. Huwa bord li jinkorpora fih diversi setturi, fosthom is- settur privat u l-kunsilli lokali, u bħalissa qed jindirizzaw dak kollu li jirrigwardja ż-żoni turistiċi f 'perjodu fejn ninsabu mimlijin. Din il-ġimgħa jien anke ltqajt ma' Silvio Parnis u l-kumitat tan-nofsinhar ta' Malta u jien stedinthom biex anke jkunu fil- bord. Hemm pjanijiet biex insaħħu l-istruttura ta' dan il-bord u nkomplu nibnu fuqu. X'inhu r-rwol ta' George Micallef fil-Ministeru, huwa konsulent tiegħek? Kien hu li għamel ir- reviżjoni tal-politika tat-turiżmu? Iva George Micallef hu konsulent tiegħi. Okkupa diversi rwoli fis-settur u allura hu persuna li l-esperjenza tiegħu hi valida għalkemm mhux dejjem naqblu fuq kollox jew naċċetta l-pariri kollha tiegħu. Rigward il-politika, le George ma kienx il-persuna li għamel din il-politika iżda kien wieħed mit-tim li ħadem fuqha. L-ebda politika m'għandha tkun politika ta' persuna waħda u dawn għandhom jirriflettu firxa wiesgħa ta' opinjonijiet u esperjenzi ta' xogħol. Anke fejn tidħol konsulenza, jien xorta nikkonsulta ma' diversi stakeholders fis-settur. Ftit ilu int iltqajt ma' operaturi Ingliżi magħrufa bħala Malta Specialists, li jispeċjalizzaw fid- destinazzjoni tagħna, Malta. Tista' tindika xi proposti jew ideat li qasmu miegħek dawn l-operaturi? Waħda mill-affarijiet li insistew hi li hemm bżonn aktar aggressività fil-kummerċjalizzazzjoni tagħna. Li hemm bżonn ngħaġġlu biex nieħdu deċiżjonijiet. Saħqu dwar il-bżonn tal-midja diġitali. Il-bżonn ta' qabża fil-kwalità f 'dak li noffru. Li pajjiżna ma jattirax biss ċittadini adulti imma turisti iżgħar fl-età. Li jkollna aktar divertiment. Li jkollna aktar rotot minn destinazzjonijiet differenti. Kien hemm xi suġġerimenti mingħandhom għal ajruplani ikbar biex jiżdiedu l-ammonti ta' turisti fuq ir-rotot l-aktar popolari bħal Londra u Manchester? Jista' jkun li semmewh però mhux jiġi f 'moħħi bħalissa. Din mhix deċiżjoni li neħodha jien imma l-linji stess tal-ajru, però jista' jkun li kien hemm dan is-suġġeriment. Matul l-ewwel kwart tal-2014, it-traffiku totali tal-passiġġieri tal-cruise liners f 'Malta żdied bi kważi 70% meta mqabbel mal- istess perjodu fl-2013. X'inhuma l-indikazzjonijiet għall-kumplament tas-sena? L-indikazzjonijiet huma pożittivi ħafna u ta' min jirringrazzja anke lis- settur privat f 'dan kollu. Għalkemm hemm min jistaqsi dwar l-istatistika fuq dan is-settur u fuq kemm qed iħallu flus f 'pajjiżna dawn it-turisti, dan hu settur li rridu ngħafsu iktar fuqu speċjalment li jkollna aktar vapuri li jgħażlu lil Malta bħala homeport għax dak ifisser li l-passiġġieri li jiġu Malta biex jaqbdu l-vapur ġeneralment jieqfu f 'pajjiżna għal ftit jiem kemm qabel jew wara l-cruise. Aħna se nkomplu naħdmu mal-Valletta Cruise Port f 'dan il- qasam biex dan is-settur ikompli jiżdied. Taħseb li Għawdex għandu jkollu ajruport internazzjonali żgħir tiegħu? It-turiżmu f 'Għawdex matul is- sena li għaddiet żdied minn kull aspett. Jiena nemmen li Għawdex għandu jkollu politika ta' turiżmu għal rasu fi sfond ta' politika nazzjonali. Hemm interessi li jiftħu aktar lukandi f 'Għawdex. Din tal-ajruport ilna ntawlu fuqha u hemm ideat differenti. Jien favur dak kollu li jista' jkattar il-ġid għal Għawdex u l-Għawdxin kemm mil-lat ta' ekonomija u kemm ta' opportunitajiet ta' xogħol għall- Għawdxin. Xejn mhu se jiġri jekk ma tiżdiedx l-aċċessibbiltà għal Għawdex. Jiġifieri fil-prinċipju naqbel mal-proposta imma m'iniex tekniku dwar kif u l-aħjar mod li din tista' ssir. qatt ma sar xejn kif suppost" "Ir-riżultati li għandi f'idejja juru li l-isforzi li saru ma ħallewx ir-riżultati mixtieqa"